1 of 41

Qari mill-Ittra ta’

San Pawl Appostlu

lill-Efesin

Efes 4, 7-16

2 of 41

Ħuti, lil kull wieħed minna Alla tana l-grazzja skont

il-qjies tad-don ta’ Kristu. Hu għalhekk li tgħid

l-Iskrittura:

3 of 41

“Tela’ fil-għoli, jassar

l-ilsiera, ta doni

lill-bnedmin”.

4 of 41

“Telá”, xi jfisser dan għajr li hu niżel ukoll fl-inħawi

l-aktar t’isfel tal-art?

5 of 41

Dak li niżel huwa dak li telá fuq is-smewwiet kollha, biex jimla kollox.

6 of 41

U huwa dak li ta lil xi wħud

li jkunu appostli, lil xi wħud profeti, lil xi wħud evanġelisti, lil xi wħud rgħajja u mgħallmin:

7 of 41

Hekk jitrawmu l-qaddisin għax-xogħol tal-ħidma tagħhom għall-bini

tal-Ġisem ta’ Kristu,

8 of 41

sakemm aħna lkoll naslu biex insiru ħaġa waħda

fil-fidi u fl-għarfien

tal-Iben ta’ Alla;

9 of 41

insiru raġel magħmul,

fl-aħjar ta’ żmienu. U hekk isseħħ il-milja ta’ Kristu.

10 of 41

Ma nkunux aktar trabi mitfugħin ’l hawn u ’l hemm,

11 of 41

u mkaxkra minn kull riħ ta’ tagħlim bil-qerq tal-bnedmin u bl-ingann tagħhom biex iwasslu lil ħaddieħor

fl-iżball.

12 of 41

Imma waqt li nagħmlu

s-sewwa fl-imħabba nikbru f’kollox fih, f’dak li hu

r-Ras, Kristu.

13 of 41

Fih il-ġisem kollu jsib

ir-rabta u l-għaqda tiegħu permezz tal-għekiesi kollha li jservuh skont il-ħidma ta’ kull waħda minnhom,

14 of 41

biex jikber fih innifsu u jinbena fl-imħabba.

15 of 41

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

16 of 41

R:/ Fraħt meta qaluli: “Sejrin f’dar il-Mulej!”

Salm Responsorjali

17 of 41

Fraħt meta qaluli:

“Sejrin f'dar il-Mulej!”

Diġà qegħdin riġlejna

fi bwiebek, Ġerusalemm!

18 of 41

R:/ Fraħt meta qaluli: “Sejrin f’dar il-Mulej!”

19 of 41

Ġerusalemm, mibnija bħal belt, magħquda ħaġa waħda.

Lejha t-tribujiet jitilgħu,

it-tribujiet tal-Mulej.

20 of 41

R:/ Fraħt meta qaluli: “Sejrin f’dar il-Mulej!”

21 of 41

Biex, skont il-liġi ta’ Iżrael,

ifaħħru isem il-Mulej.

22 of 41

Għax hemm twaqqfu

t-tronijiet tal-ħaqq,

it-tronijiet tad-dar ta’ David.

23 of 41

R:/ Fraħt meta qaluli: “Sejrin f’dar il-Mulej!”

24 of 41

Hallelujah, Hallelujah

25 of 41

Jien ma nitgħaxxaqx b’mewt il-midneb, imma bir-reġgħa lura tiegħu minn triqtu biex jgħix.

26 of 41

Hallelujah, Hallelujah

27 of 41

Qari mill-Evanġelju skont

San Luqa�Lq 13, 1-9

R:/ Glorja lilek Mulej

28 of 41

F’dak iż-żmien, ġew xi wħud għand Ġesù u qalulu b’dawk il-Galilin li Pilatu kien ħallat demmhom

mad-demm tal-vittmi....

29 of 41

....tas-sagrifiċċji tagħhom. U Ġesù qabad u qalilhom:

30 of 41

“Taħsbu intom li dawn

il-Galilin kienu iżjed midinbin mill-Galilin

l-oħra biex sofrew dan kollu? Le, ngħidilkom;

31 of 41

imma jekk ma tindmux, ilkoll tintilfu bħalhom.

Jew dawk it-tmintax-il ruħ li fuqhom waqá t-torri ta’ Silwam u qatilhom,

32 of 41

taħsbu intom li kienu iżjed ħatja min-nies l-oħra ta’ Ġerusalemm?

33 of 41

Le, ngħidilkom; imma jekk ma tindmux, ilkoll tintilfu xorta waħda”.

34 of 41

U qalilhom din il-parabbola:

35 of 41

“Wieħed kellu siġra tat-tin imħawla fl-għalqa. Mar ifittex il-frott fiha,

u ma sabx.

36 of 41

Għalhekk qal lil dak li kien jaħdimlu l-għalqa:

‘Ara, ili tliet snin niġi nfittex il-frott f’din is-siġra tat-tin, u qatt ma sibtilha.

37 of 41

Mela aqlagħha, għax għalfejn se tibqa’ tkidd

l-art?’.

Iżda dak wieġbu:

38 of 41

‘Inti ħalliha, sinjur, għal din is-sena, sa ma nagħżqilha madwarha u

nagħtiha d-demel.

39 of 41

Id-dieħla għandha mnejn tagħmel il-frott; jekk le, aqlagħha.’”

40 of 41

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

41 of 41