1 of 35

Bidu tal-Ewwel Ktieb

ta’ Samwel

1 Sam 1, 1-8

2 of 35

Kien hemm raġel minn Ramatajm-Sofim

mill-muntanji ta’ Efrajm, u kien jismu Elkana bin Ġeroħam, bin Eliħu,

3 of 35

bin Toħu, bin Suf minn

Efrajm. U kellu żewg nisa, waħda jisimha Anna u

l-oħra Peninna.

Peninna kellha wlied,

4 of 35

imma Anna ma kellhiex ulied.

5 of 35

Minn sena għal oħra dan

ir-raġel kien jitla’ Silo

mill-belt tiegħu biex jadura lill-Mulej tal-eżerċti u joffrilu sagrifiċċju.

6 of 35

Kien hemm iż-żewġ ulied ta’ Għeli, Ħofni u Fineħas, qassisin tal-Mulej.

7 of 35

Ġara li f’jum minnhom, Elkana offra s-sagrifiċċju u ta ishma lil martu Peninna u lis-subien u l-bniet tagħha lkoll; imma lil Anna,

8 of 35

għalkemm kien iħobbha, taha sehem wieħed biss għax il-Mulej kien għalqilha ġufha.

9 of 35

Il-mara l-oħra kienet tinkiha

u tweġġagħha, għax

il-Mulej kien għalqilha ġufha. Hekk kien jiġri kull sena,

10 of 35

kull meta kienu jitilgħu f’dar il-Mulej; hekk kienet tħobb tinkiha, u Anna kienet taqbad tibki u ma tikolx. Darba żewġha Elkana qalilha:

11 of 35

“Anna! Għaliex qiegħda tibki u għaliex m’intix tiekol? Għala int qalbek sewda? M’iniex jien aħjar għalik minn għaxar ulied?”

12 of 35

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

13 of 35

R:/ Lilek, Mulej noffri sagrifiċċju ta’ radd il-ħajr

Salm Responsorjali

14 of 35

Xi rrodd lill-Mulej

għall-ġid kollu li għamel miegħi?

15 of 35

Ngħolli l-kalċi

tas-salvazzjoni,

u isem il-Mulej insejjaħ.

16 of 35

R:/ Lilek, Mulej noffri sagrifiċċju ta’ radd il-ħajr

17 of 35

Intemm lill-Mulej

il-wegħdiet tiegħi,

quddiem il-poplu tiegħu kollu.

18 of 35

Lilek noffri sagrifiċċju ta’ radd il-ħajr,

u isem il-Mulej insejjaħ.

19 of 35

R:/ Lilek, Mulej noffri sagrifiċċju ta’ radd il-ħajr

20 of 35

Intemm lill-Mulej

il-wegħdiet tiegħi,

quddiem il-poplu tiegħu kollu,

21 of 35

fil-btieħi ta’ dar il-Mulej,

ġo nofsok, Ġerusalemm!

22 of 35

R:/ Lilek, Mulej noffri sagrifiċċju ta’ radd il-ħajr

23 of 35

Hallelujah, Hallelujah

24 of 35

Iż-żmien huwa mitmum u s-Saltna ta’ Alla waslet, jgħid il-Mulej: indmu u emmnu fl-Evanġelju.

25 of 35

Hallelujah, Hallelujah

26 of 35

Qari mill-Evanġelju skont

San Mark

Mk 1, 14-20

R:/ Glorja lilek Mulej

27 of 35

Wara li arrestaw lil Ġwanni, Ġesù mar

il-Galilija jxandar

l-Evanġelju ta’ Alla u jgħid:

28 of 35

“Iż-żmien huwa mitmum, u s-Saltna ta’ Alla waslet;

indmu u emmnu

fl-Evanġelju.”

29 of 35

Waqt li kien għaddej ma’ xatt il-baħar tal-Galilija, lemaħ lil Xmun u ’l ħuh Indrì qegħdin ikalaw

ix-xbiek fil-baħar,

30 of 35

għax kienu sajjieda. U Ġesù qalilhom:

31 of 35

“Ejjew warajja, u nagħmel minnkom sajjieda

tal-bnedmin.”

32 of 35

U minnufih telqu x-xbiek, u marru warajh.

Wara li mexa ftit ieħor ra lil Ġakbu ta’ Żebedew u lil ħuh Ġwanni fid-dgħajsa

33 of 35

qegħdin isewwu x-xbiek u minnufih sejħilhom. U huma telqu lil missierhom Żebedew fid-dgħajsa

mal-lavranti, u marru warajh.

34 of 35

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

35 of 35