L-Erbgħa
tal-Irmied
Sena Ċ
Missierek, li jara dak li hu moħbi, iroddlok hu.
Glorja `l Alla fil-għoli
tas-smewwiet, u paċi fl-art
lill-bnedmin ta’ rieda tajba.
Infaħħruk, inberkuk, nadurawk, nagħtuk ġieh. Inroddulek ħajr għall-glorja kbira tiegħek.
Mulej Alla,
Sultan tas-sema,
Alla Missier li tista’ kollox. Mulej Iben waħdieni,
Ġesù Kristu,
Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla,
Bin il-Missier.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ħenn għalina.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna. Int li qiegħed fuq il-lemin
tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis,
Int waħdek Mulej,
Int waħdek il-għoli,
Ġesù Kristu,
ma’ l-Ispirtu s-Santu:
fil-glorja tal-Missier Alla. Ammen.
L-Erbgħa
tal-Irmied
Sena Ċ
Missierek, li jara dak li hu moħbi, iroddlok hu.
Qari I
Ċarrtu qalbkom, u mhux ilbieskom.
Qari mill-Ktieb
tal-Profeta Ġoel Ġoel 2:12-18
Dan jgħid il-Mulej:
“Erġgħu duru lejja
bi qlubkom kollha,
bis-sawm, bil-biki u bl-ilfiq.
Ċarrtu qalbkom,
u mhux ilbieskom,
u erġgħu duru lejn il-Mulej, Alla tagħkom,
għax hu twajjeb u ħanin,
tqil biex jinkorla,
u kollu tjieba;
u jisgħobbih għall-ħażen”.
Min jaf jerġax jibdielu
u jisgħobbih,
u jħalli barka wrajh,
offerta tal-ikel u tax-xorb
lill-Mulej, Alla tagħkom?
Doqqu t-tromba f’Sijon!
Ordnaw sawma,
sejħu laqgħa mqaddsa;
iġbru l-poplu,
qaddsu l-ġemgħa
għajtu x-xjuħ,
iġbru t-tfal,
u t-trabi tal-ħalib!
Ħa joħroġ l-għarus
minn ġo kamartu
u l-għarusa mill-kmajra tagħha!
Bejn il-portiku u
bejn l-altar ħa jibku
l-qassisin, qaddejja tal-Mulej!
U ħa jgħidu:
“Ħenn għall-poplu tiegħek, Mulej, u la tħallix il-wirt tiegħek jaqa’ għaż-żebliħ,
u jiġi fi lsien il-ġnus!”.
L-għala għandu jingħad
fost il-popli:
“Fejn hu Alla tagħhom?”.
U l-Mulej ġietu għira
għall-art tiegħu,
għader il-poplu tiegħu.
Il-Kelma tal-Mulej
℟ Irroddu ħajr lill Alla
Salm Responsorjali
Salm 50(51):3-4,5-6a,12-13,14,17
℟ O Alla, ħenn għalina
għax dnibna!
Ikollok ħniena minni,
o Alla, fi tjubitek;
fil-kobor tal-ħniena tiegħek ħassar ħtijieti.
Aħsilni kollni mill-ħtija tiegħi;
naddafni mid-dnub tiegħi.
℟ O Alla, ħenn għalina
għax dnibna!
Għax jien nagħrafhom ħtijieti;
id-dnub tiegħi dejjem quddiemi.
Kontrik biss jiena dnibt,
u dak li hu ħażin f’għajnejk għamilt.
℟ O Alla, ħenn għalina
għax dnibna!
Oħloq fija qalb safja, o Alla,
u spirtu qawwi ġedded fija.
La twarrabnix minn quddiemek;
tneħħix minni l-ispirtu qaddis tiegħek.
℟ O Alla, ħenn għalina
għax dnibna!
Roddli l-hena
tas-salvazzjoni tiegħek,
u bi spirtu qalbieni wettaqni.
Iftaħli xufftejja, Sidi,
u fommi jxandar it-tifħir tiegħek.
℟ O Alla, ħenn għalina
għax dnibna!
Qari II
Ħallu lil Alla jħabbibkom miegħu. Araw, issa hu ż-żmien tajjeb.
Qari mit-Tieni Ittra
ta’ San Pawl Appostlu
lill-Korintin 2 Kor 5:20–6:2
Ħuti, aħna nagħmluha
ta’ ambaxxaturi ta’ Kristu bħallikieku Alla stess qiegħed isejjaħ permezz tagħna.
Nitolbu fuq li nitolbu
f’ġieħ Kristu:
Ħallu lil Alla
jħabbibkom miegħu.
Dak li ma kienx jaf x’inhu dnub, Alla għamlu dnub għalina sabiex aħna nsiru fih ġustizzja ta’ Alla.
Ladarba qegħdin naħdmu flimkien ma’ Alla, aħna mela nħeġġukom biex ma tirċevux il-grazzja tiegħu għalxejn.
Għax hu jgħid:
“Fiż-żmien it-tajjeb smajtek,
f’jum is-salvazzjoni għentek”.
Araw, issa hu ż-żmien tajjeb; araw, issa hu jum
is-salvazzjoni!
Il-Kelma tal-Mulej
℟ Irroddu ħajr lill Alla
Hallelujah, Hallelujah
Salm 94(95):8ab
Glorja u tifħir lilek, Kristu!
Illum la twebbsux qalbkom,
iżda isimgħu leħen il-Mulej!
Hallelujah, Hallelujah
Evanġelju
Missierek, li jara dak li hu moħbi, iroddlok hu.
Qari mill-Evanġelju
skond San Mattew Mt 6:1-6,16-18
F’dak iż-żmien,
Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu:
“Qisu li l-għemil tajjeb tagħkom ma tagħmluhx għal wiċċ in-nies biex tidhru quddiemhom,
għax inkella ma jkollkomx
ħlas mingħand Missierkom
li hu fis-smewwiet.
Mela meta tagħmel karità, tmurx iddoqq it-trombi quddiemek,
kif jagħmlu dawk ta’ wiċċ b’ieħor fis-sinagogi u fit-triqat, biex in-nies tfaħħarhom.
Tassew, ngħidilkom,
li l-ħlas tagħhom ġa ħaduh.
Iżda int, meta tagħmel karità, idek ix-xellugija m’għandhiex tkun taf x’inhi tagħmel
il-leminija,
biex hekk il-karità tiegħek
issir fil-moħbi, u Missierek,
li jara dak li hu moħbi, iroddlok hu.
U meta titolbu, tkunux bħal dawk ta’ wiċċ b’ieħor, għax dawk iħobbu joqogħdu jitolbu bilwieqfa fis-sinagogi u f’salib it-toroq, biex jidhru quddiem in-nies.
Tassew, ngħidilkom,
li l-ħlas tagħhom ġa ħaduh.
Iżda int, meta titlob,
idħol fil-kamra tiegħek
ta’ ġewwa,
agħlaq il-bieb warajk,
u itlob lil Missierek li hu
fil-moħbi; u Missierek,
li jara dak li hu fil-moħbi, iroddlok hu.
Meta ssumu, tqarrsux wiċċkom, bħalma jagħmlu dawk ta’ wiċċ b’ieħor,
għax dawn ikerrhu wiċċhom biex quddiem in-nies jidhru
li huma sajmin.
Tassew, ngħidilkom,
li l-ħlas tagħhom ġa ħaduh.
Iżda int, meta tkun sajjem, idlek xagħrek u aħsel wiċċek, biex mhux quddiem in-nies tidher li tkun sajjem,
imma quddiem Missierek
li hu fil-moħbi; u Missierek,
li jara dak li hu fil-moħbi, iroddlok hu”.
Il-Kelma tal-Mulej
℟ Tifħir lilek Kristu
L-Erbgħa
tal-Irmied
Sena Ċ
Missierek, li jara dak li hu moħbi, iroddlok hu.
Jiena nemmen f’Alla wieħed,
il-Missier li jista’ kollox,
li ħalaq is-sema u
l-art, dak kollu li jidher
u dak li ma jidhirx.
U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,
imnissel mill-Missier
qabel kull żmien.
Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier
u bih sar kollox.
Niżel mis-smewwiet għalina
l-bnedmin u għall-fidwa
tagħna. U ħa l-ġisem
bis-setgħa tal-Ispirtu
s-Santu minn Marija Verġni
u sar bniedem. Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh,
u fit-tielet jum qam
minn bejn l-imwiet, skont
il-Kotba mqaddsa,
u tela’ s-sema, u qieghed fuq
il-lemin tal-Missier.
U għandu jerġa jiġi
bil-glorja biex jagħmel ħaqq
mill-ħajjin u mill-mejtin, u
s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem. U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej mill-Missier u mill-Iben:
li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u
mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.
U fi Knisja waħda,
qaddisa, kattolika,appostolika.
Nistqarr magħmudija waħda
għall-maħfra tad-dnubiet.
U nistenna l-qawma
mill-imwiet, u l-ħajja
taż-żmien li ġej.
Ammen.
L-Erbgħa
tal-Irmied
Sena Ċ
Missierek, li jara dak li hu moħbi, iroddlok hu.