1 of 41

Qari mill-Ktieb tal-

Profeta Eżekjel

Eżek 36, 23-28

2 of 41

Dan jgħid il-Mulej:

3 of 41

“Jien inqaddes ismi l-kbir, imkasbar minnkom fost

il-ġnus, li f’nofshom kasbartuh, u l-ġnus ikunu jafu li jiena l-Mulej,

4 of 41

meta nuri qdusiti fikom quddiem għajnejhom, oraklu ta’ Sidi l-Mulej.

5 of 41

Neħodkom minn fost

il-ġnus u niġmagħkom

mill-artijiet kollha, u nerġa’ ndaħħalkom f’artkom.

6 of 41

U rroxx fuqkom ilma safi, u tissaffew mit-tinġis kollu tagħkom; mill-idoli kollha tagħkom insaffikom.

7 of 41

U nagħtikom qalb ġdida, u ruħ ġdida nqiegħed ġo fikom;

8 of 41

u nneħħi minn ġisimkom

il-qalb tal-ġebel u nagħtikom qalb tal-laħam flokha.

9 of 41

U nqiegħed ruħi ġo fikom, u nagħmel li timxu skont

il-kmandamenti tiegħi, u li żżommu l-preċetti tiegħi u tħarsuhom.

10 of 41

U tgħammru fl-art li tajt ’il missirijietkom, u intom tkunu l-poplu tiegħi u jiena nkun Alla tagħkom”.

11 of 41

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

12 of 41

R./ Irroxx fuqkom ilma safi, u tissaffew mit-tinġis kollu tagħkom.

Salm Responsorjali

13 of 41

Oħloq fija qalb safja, o Alla,

u spirtu qawwi ġedded fija.

La twarrabnix minn quddiemek;

14 of 41

tneħħix minni l-ispirtu qaddis tiegħek.

15 of 41

R./ Irroxx fuqkom ilma safi, u tissaffew mit-tinġis kollu tagħkom.

16 of 41

Roddli l-hena tas-salvazzjoni tiegħek,

u bi spirtu qalbieni wettaqni.

17 of 41

RLill-midinbin ngħallem triqatek,

u l-ħatjin lejk jerġgħu lura.

18 of 41

R./ Irroxx fuqkom ilma safi, u tissaffew mit-tinġis kollu tagħkom.

19 of 41

Lilek ma jogħġbokx is-sagrifiċċju;

noffrilek vittmi maħruqa, u ma tilqagħhomx.

20 of 41

Is-sagrifiċċju tiegħi, o Alla, hu l-qalb niedma;

qalb maqsuma u sogħbiena ma twarrabhiex, o Alla.

21 of 41

R./ Irroxx fuqkom ilma safi, u tissaffew mit-tinġis kollu tagħkom.

22 of 41

Hallelujah, Hallelujah

23 of 41

Illum la twebbsux qalbkom,

iżda isimgħu leħen il-Mulej.

24 of 41

Hallelujah, Hallelujah

25 of 41

Qari mill-Evanġelju skont

San Mattew

Mt 22, 1-14

R:/ Glorja lilek Mulej

26 of 41

F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ qabad ikellem lill-kbarat

tal-qassisin u lill-fariżej

bil-parabboli u qalilhom:

27 of 41

“Is-Saltna tas-smewwiet tixbah lil wieħed sultan li għamel festa għat-tieġ ta’ ibnu.

28 of 41

U bagħat għall-mistednin mal-qaddejja tiegħu biex jiġu għall-festa;

imma dawk ma ridux jiġu.

29 of 41

U reġa’ bagħat qaddejja oħra, u qalilhom:

‘Għidu lill-mistednin: Ara, il-mejda tiegħi lesta;

30 of 41

il-barrin u l-għoġiela msemmna diġà maqtula u kollox lest; ejjew

għall-festa’.

Iżda dawk ma tawx kas;

31 of 41

min mar l-għalqa, min għan-negozju tiegħu, u

l-bqija qabdu lill-qaddejja tas-sultan, żebilħuhom u qatluhom.

Imbagħad qal lill-qaddejja tiegħu: “Il-festa mħejjija, imma lil dawk ma kienx ta’ min jistedinhom għaliha. Mela morru f’salib it-toroq u sejħu għall-festa lil kull min issibu”. Dawk il-qaddejja ħarġu fit-triqat u ġabru lil kull min sabu, ħżiena u tajba, u s-sala mtliet bin-nies għall-mejda.

Mela jidħol is-sultan ħalli jara min kien hemm fuq il-mejda, u hemmhekk lemaħ wieħed li ma kienx liebes għall-festa tat-tieġ; u qallu: “Ħabib, dan kif dħalt hawn m’intix liebes għall-festa?”. Dak tbikkem. Imbagħad is-sultan qal lil dawk li kienu qegħdin iservu: “Orbtulu riġlejh u jdejh u waddbuh ’il barra fid-dlam; hemmhekk ikun hemm il-biki u t-tgħażżiż tas-snien! Għax ħafna huma l-imsejħin, imma ftit il-magħżulin”.

32 of 41

Is-sultan inkorla ħafna, u bagħat is-suldati tiegħu, qered lil dawk il-qattiela, u ħarqilhom il-belt tagħhom.

33 of 41

Imbagħad qal lill-qaddejja tiegħu:

‘Il-festa mħejjija, imma lil dawk ma kienx ta’ min jistedinhom għaliha.

34 of 41

Mela morru f’salib it-toroq u sejħu għall-festa lil kull min issibu’.

35 of 41

Dawk il-qaddejja ħarġu

fit-triqat u ġabru lil kull min sabu, ħżiena u tajba, u s-sala mtliet bin-nies

għall-mejda.

36 of 41

Mela jidħol is-sultan ħalli jara min kien hemm fuq

il-mejda, u hemmhekk lemaħ wieħed li ma kienx liebes għall-festa tat-tieġ;

37 of 41

u qallu:

“Ħabib, dan kif dħalt hawn m’intix liebes għall-festa?”. Dak tbikkem.

38 of 41

Imbagħad is-sultan qal lil dawk li kienu qegħdin iservu:

‘Orbtulu riġlejh u jdejh u waddbuh ’il barra fid-dlam;

39 of 41

hemmhekk ikun hemm

il-biki u t-tgħażżiż

tas-snien! Għax ħafna huma l-imsejħin, imma ftit il-magħżulin”.

40 of 41

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

41 of 41