Ħadd il-Palm u
L-Passjoni tal-Mulej
Sena A
” Minħabba fina
Kristu obda sal-mewt,
anzi sal-mewt tas-salib.
Għalhekk Alla
għollieh sas-smewwiet,
u żejnu bl-isem li hu fuq kull isem.”
Qari I
Ma ħbejtx wiċċi mit-tagħjir.
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija Is 50, 4-7
Sidi l-Mulej tani lsien
ta’ wieħed jitgħallem,
biex nagħraf ngħin
lill-għajjien b’xi kelma.
Ta’ kull filgħodu jqajjimli
lil widinti,
biex nisma’ bħal wieħed jitgħallem.
Sidi l-Mulej fetaħli widinti,
u jiena ma webbistx rasi,
ma rġajtx lura.
Tajt dahri lil dawk
li kienu jsawtuni,
ħaddejja lil dawk
li kien jnittfuli lħiti;
ma ħbejtx wiċċi mit-tagħjir
u l-bżieq.
Sidi l-Mulej jgħinni,
għalhekk ma nitħawwadx;
għalhekk għamilt wiċċi
bħaż-żnied:
jien naf li ma jkollix
mniex nistħi.
Il-Kelma tal-Mulej
℟ Irroddu ħajr lill Alla
Salm Responsorjali
Salm 21 (22), 8-9.17-18a.19-20.23-24
℟ Alla tiegħi,
Alla tiegħi,
għaliex tlaqtni?
Dawk kollha li jarawni
jidħku bija,
jgħajbuni, iħarrku rashom
u jgħidu:
“F’idejn il-Mulej intelaq;
ħa jeħilsu hu!
Ħa jsalvah hu,
la bih jitgħaxxaq!”
℟ Alla tiegħi,
Alla tiegħi,
għaliex tlaqtni?
Qabda klieb daru għalija;
ġemgħa nies ħżiena rassewni.
Taqqbuli idejja u riġlejja;
nista’ ngħodd għadmi kollu.
℟ Alla tiegħi,
Alla tiegħi,
għaliex tlaqtni?
Ħwejġi jaqsmu bejniethom,
jaqtgħu x-xorti għal-libsa tiegħi.
Mulej, la titbegħidx minni;
qawwa tiegħi, fittex għinni!
℟ Alla tiegħi,
Alla tiegħi,
għaliex tlaqtni?
Inxandar ismek lil ħuti;
infaħħrek f’nofs il-ġemgħa.
Faħħru l-Mulej,
intom li tibżgħu minnu;
sebbħuh ilkoll, nisel Ġakobb!
ibżgħu minnu lkoll,
ulied Iżrael!
℟ Alla tiegħi,
Alla tiegħi,
għaliex tlaqtni?
Qari II
Kristu ċekken lilu nnifsu; għalhekk Alla għollieh.
Qari mill-Ittra
ta’ San Pawl Appostlu
lill-Filippin Fil 2, 6-11
Ġesù Kristu li għad li kellu
n-natura ta’ Alla,
ma qagħadx ifittex tiegħu
li hu daqs Alla,
iżda xejjen lilu nnifsu
billi ħa n-natura ta’ lsir,
sar jixbah lill-bnedmin,
u deher minn barra
bħala bniedem;
ċekken lilu nnifsu,
billi obda sal-mewt,
anzi sal-mewt tas-salib.
Għalhekk Alla għollieh
sas-smewwiet
u żejnu bl-isem
li hu fuq kull isem,
biex fl-isem ta’ Ġesù
– fis-sema, fl-art u f’qiegħ l-art
il-ħlejjaq kollha
jinżlu għarkupptejhom,
u kull ilsien jistqarr:
“Ġesù Kristu hu l-Mulej”,
għall-glorja ta’ Alla l-Missier.
Il-Kelma tal-Mulej
℟ Irroddu ħajr lill Alla
Glorja u tifħir lilek, Kristu!
Fil 2, 8-9
Minħabba fina
Kristu obda sal-mewt,
anzi sal-mewt tas-salib.
Għalhekk Alla
għollieh sas-smewwiet,
u żejnu bl-isem li hu fuq kull isem.
Glorja u tifħir lilek, Kristu!
Evanġelju
Il-passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu.
Il-Passjoni ta’
Sidna Ġesù Kristu
skont San Mattew Mt 26, 14-27,66
† Kristu
K Kronista – Narratur
S Sinagoga -
il-Karattri l-oħra kollha
I
K
F’dak iż-żmien,
wieħed mit-Tnax,
jismu Ġuda l-Iskarjota,
K
U huma tawh
tletin biċċa tal-fidda
bħala ħlas.
Minn dak il-ħin
beda jfittex okkażjoni tajba biex jagħtihom
lil Ġesù f’idejhom.
Fl-ewwel jum tal-Ażżmi
d-dixxipli resqu
lejn Ġesù u qalulu:
S
«Fejn tridna nħejjulek
l-ikla tal-Għid?»
K
U hu qalilhom:
†
«Morru l-belt
għand it-tali,
u għidulu:
“Qallek l-Imgħallem:
Is-siegħa tiegħi waslet;
jien se nagħmel
l-ikla tal-Għid għandek
mad-dixxipli tiegħi.”»
K
Id-dixxipli għamlu
kif ordnalhom Ġesù
u ħejjew l-ikla tal-Għid.
Għall-ħin ta’ filgħaxija
qagħad fuq il-mejda
flimkien mat-Tnax,
u waqt l-ikel qal:
†
«Tassew ngħidilkom,
li wieħed minnkom
se jittradini.»
K
Huma bdew isewdu qalbhom ħafna u kull wieħed minnhom
beda jsaqsih:
S
«Jaqaw jien, Mulej?»
K
U Ġesù weġibhom:
†
«Dak li jmidd idu
u jbill il-ħobż
fi platt wieħed miegħi,
dak li se jittradini.
«Bin il-bniedem imur
kif hemm miktub fuqu
imma ħażin għalih
dak il-bniedem
«li permezz tiegħu
Bin il-bniedem
ikun mogħti
f’idejn l-għedewwa!
«Kien ikun aħjar għalih
dak il-bniedem
li kieku
ma twieled xejn!»
K
Qabeż Ġuda,
dak li ttradieh,
u qallu:
S
«Jaqaw jien, Rabbi?»
K
Wieġbu Ġesù:
†
«Int qiegħed tgħidu.»
K
Huma u jieklu,
Ġesù ħa l-ħobż f’idejh,
qal il-barka, qasmu,
newlu lid-dixxipli u qal:
†
«Ħudu, kulu,
dan hu ġismi.»
K
Imbagħad
ħa l-kalċi f’idejh,
radd il-ħajr,
newlilhom il-kalċi u qal:
†
«Ixorbu lkoll minnu,
għax dan huwa demmi,
id-demm tal-Patt,
li jixxerred għall-kotra
għall-maħfra tad-dnubiet.
«Ngħidilkom,
li ma nerġax nixrob iżjed minn dan
il-frott tad-dielja
«sa dakinhar
li nixrob inbid ġdid magħkom
fis-Saltna ta’ Missieri.»
K
Kantaw is-salmi
u ħarġu lejn
l-Għolja taż-Żebbuġ. Imbagħad Ġesù qalilhom:
†
«Ilkoll kemm intom
se titħawdu minħabba fija f’dan il-lejl;
għax hemm miktub:
“Nidrob ir-ragħaj,
u n-nagħaġ tal-merħla
jitferrxu.”
«Imma wara
li nqum mill-mewt, immur il-Galilija
qabilkom.»
K
Qabeż Pietru
u qallu:
S
«Jekk kulħadd jitħawwad minħabba fik,
jiena ma nitħawwad qatt.»
K
Qallu Ġesù:
†
«Tassew,
ngħidlek, li dal-lejl,
qabel ma jidden
is-serduk,
«int tkun ġa ċħadtni
tliet darbiet.»
K
Qallu Pietru:
S
«Le, ma niċħdekx,
anqas jekk ikolli
mmut miegħek!»
K
U d-dixxipli l-oħra wkoll, kulħadd qal l-istess.
Imbagħad Ġesù flimkien
mad-dixxipli tiegħu
wasal f’qasam,
jgħidulu l-Ġetsemani,
u qal lid-dixxipli:
†
«Oqogħdu
bilqiegħda hawn
sakemm immur hemmhekk nitlob.»
K
U ħa miegħu
lil Pietru
u ż-żewġ ulied ta’ Żebedew,
u beda jsewwed qalbu
u jiddejjaq.
Imbagħad qalilhom:
†
«Għandi ruħi
mnikkta għall-mewt, ibqgħu hawn
u ishru miegħi.»
K
Mexa kemmxejn
’il quddiem,
inxteħet wiċċu fl-art
jitlob u jgħid:
†
«Missier,
jekk jista’ jkun,
biegħed minni
dan il-kalċi!
«Imma
mhux kif irrid jien,
iżda kif trid int.»
K
Ġie ħdejn id-dixxipli
u sabhom reqdin;
u qal lil Pietru:
†
«Mela ma flaħtux
tishru siegħa waħda miegħi?
«Ishru u itolbu
biex ma tidħlux fit-tiġrib.
L-ispirtu, iva, irid;
imma l-ġisem dgħajjef.»
K
Għat-tieni darba
raġa’ mar jitlob u qal:
†
«Missieri,
jekk dan il-kalċi
ma jistax jgħaddi mingħajr ma nixorbu,
«tkun magħmula
r-rieda tiegħek.»
K
Mill-ġdid ġie
u sabhom reqdin,
għax għajnejhom
kienu tqal bin-ngħas.
Ħalliehom,
u raġa’ mar jitlob
għat-tielet darba,
u qal l-istess kliem.
Imbagħad
ġie ħdejn id-dixxipli
u qalilhom:
†
«Issa se torqdu
u tistrieħu?
Ara, is-siegħa waslet,
«u Bin il-bniedem
se jkun mogħti
f’idejn il-midinbin.
«Qumu!
Ejjew immorru!
Araw, dak li se jittradini huwa fil-qrib!»
K
Kif kien għadu jitkellem, ġie Ġuda,
wieħed mit-Tnax,
b’ġemgħa kbira
ta’ nies miegħu,
armati bis-sjuf
u l-bsaten,
mibgħuta
mill-qassisin il-kbar
u x-xjuħ tal-poplu.
Issa dak
li kien se jittradih
kien tahom sinjal
u qalilhom:
S
«Lil dak li nbus,
dak hu:
aqbduh.»
K
U minnufih
resaq fuq Ġesù;
u qallu:
S
«Is-sliem għalik,
Rabbi!»
K
U biesu.
U Ġesù qallu:
†
«Ħabib,
għalhekk ġejt int!»
K
Huma resqu lejh,
meddew idejhom
fuq Ġesù u qabduh.
Wieħed minn dawk
li kienu ma’ Ġesù
ħareġ idu u silet is-sejf,
darab lill-qaddej
tal-qassis il-kbir
u qatagħlu widintu.
Imbagħad Ġesù qallu:
†
«Erġa’ daħħal
sejfek f’postu
għax kull min
jaqbad is-sejf,
bis-sejf jinqered.
«Taħseb int
li ma nistax nitlob
lil Missieri
«u jibgħatli issa stess
aktar minn
tnax-il leġjun ta’ anġli?
«Iżda mbagħad
kif isseħħ l-Iskrittura
li tgħid
li hekk għandu jsir?»
K
Fl-istess waqt
Ġesù qal:
†
«Qiskom ħriġtu
għal xi ħalliel,
armati bis-sjuf
u bil-bsaten
biex taqbdu lili!
«Jien kuljum kont inkun bilqiegħda fit-tempju
ngħallem,
u ma żammejtunix.
«Iżda dan kollu ġara
biex isseħħ
il-kitba tal-profeti.»
K
Imbagħad
id-dixxipli kollha
telquh u ħarbu.
Dawk li qabdu lil Ġesù
ħaduh quddiem Kajfa,
il-qassis il-kbir,
fejn ġa kienu nġabru
l-kittieba u x-xjuħ.
Pietru kien baqa’
miexi warajh mill-bogħod sal-palazz
tal-qassis il-kbir;
daħal ġewwa
u qagħad bilqiegħda
mal-qaddejja
biex jara kif kienet
se tintemm il-biċċa.
Il-qassisin il-kbar
u s-Sinedriju kollha
bdew ifittxu xhieda foloz
kontra Ġesù bil-ħsieb
li jagħtuh il-mewt,
iżda għalkemm resqu
bosta xhieda foloz,
ma sabux fuqiex jixluh.
Fl-aħħar
resqu tnejn u qalu:
S
«Dan qal: “Nista’ nħott
it-tempju ta’ Alla
u nerġa’ nibnih
fi tlitt ijiem.”»
K
Il-qassis il-kbir
qam u qallu:
S
«Xejn ma twieġeb? X’inhuma jixhdu dawn kontra tiegħek?»
K
Imma Ġesù baqa’ sieket. Imbagħad il-qassis
il-kbir qabad u qallu:
S
«Aħlifli fuq Alla l-ħaj
u għidilna
jekk intix il-Messija,
Bin Alla.»
K
Qallu Ġesù:
†
«Inti qiegħed tgħidu.
U ngħidilkom ukoll:
minn issa ’l quddiem
għad taraw
lil Bin il-bniedem
«bilqiegħda
n-naħa tal-lemin
ta’ dak li jista’ kollox
u ġej fuq is-sħab
tas-sema.»
K
Imbagħad
il-qassis il-kbir
ċarrat ilbiesu
u qal:
S
«Din dagħwa!
Xi ħtieġa għandna iżjed
ta’ xhieda?
«Ara,
smajtuha issa d-dagħwa! X’jidhrilkom?»
K
Huma weġbuh
u qalu:
S
«Ħaqqu l-mewt.»
K
Imbagħad
beżqulu f’wiċċu
u tawh bil-ponn,
u xi wħud tawh
bil-ħarta u qalulu:
S
«Aqta’ min tahielek, Messija,
din id-daqqa!»
K
Intant Pietru
kien hemm barra bilqiegħda,
fil-bitħa tal-palazz.
U resqet fuqu
waħda qaddejja
u qaltlu:
S
«Int ukoll kont
ma’ Ġesù tal-Galilija!»
K
Imma hu
ċaħad quddiem kulħadd
u qal:
S
«Anqas naf xi trid tgħid.»
K
Imbagħad
warrab lejn il-bieb,
lemħitu qaddejja oħra
u qalet lil dawk
li kienu hemm:
S
«Dan kien
ma’ Ġesù ta’ Nażaret.»
K
U raġa’ ċaħad
u ħalef:
S
«Jien ma nafux
lil dan il-bniedem!»
K
Wara ftit
dawk l-istess nies
resqu lejn Pietru
u qalulu:
S
«Tassew, inti wkoll
wieħed minnhom,
għax għandek il-kisra
ta’ kliemek tikxfek.»
K
Imbagħad
qabad jisħet lilu nnifsu
u jaħlef:
S
«Le,
ma nafux
lil dan il-bniedem!»
K
U minnufih
is-serduk idden.
U Pietru ftakar
fil-kliem ta’ Ġesù
meta qallu:
«Qabel
ma s-serduk jidden,
int tkun ġa ċħadtni
tliet darbiet.»
U ħareġ ’il barra
jibki biki
ta’ qsim il-qalb.
K
L-għada filgħodu
l-qassisin il-kbar
u x-xjuħ tal-poplu
ftiehmu lkoll bejniethom
biex lil Ġesù
jaqtgħuhielu għall-mewt.
Rabtuh
u ħaduh magħhom
biex jagħtuh
f’idejn Pilatu,
il-gvernatur.
Imbagħad Ġuda,
it-traditur,
meta ra li Ġesù
kien ikkundannat,
nidem
u mar
bit-tletin biċċa tal-fidda għand
il-qassisin il-kbar
u x-xjuħ biex jerġa’
jagħtihomlhom lura;
u qalilhom:
S
«Dnibt,
għax ittradejt
demm bla ħtija!»
K
Iżda huma qalulu:
S
«Aħna din
x’inhi affari tagħna?
Dak arah int!»
K
Hu waddab il-flus
fis-santwarju,
telaq u mar tgħallaq.
Imbagħad
il-qassisin il-kbar
ġabru l-flus minn hemm
u qalu:
S
«Dawn ma nistgħux inqegħduhom
mal-offerti, għax huma prezz tad-demm.»
K
Ftiehmu bejniethom,
u b’dawk il-flus xtraw
“l-Għalqa
ta’ Ħaddiem il-Fuħħar,”
biex fiha
jidfnu l-barranin.
Kien għalhekk
li dik l-għalqa ssemmiet “l-Għalqa tad-Demm”,
u hekk għadha
magħrufa sallum.
Imbagħad seħħ
dak li kien ingħad permezz
tal-profeta Ġeremija
meta qal:
«U ħadu
t-tletin biċċa tal-fidda,
il-prezz
ta’ dak li kien stmat
bil-prezz mogħti
minn ulied Iżrael,
«u tawhom
għall-għalqa
ta’ ħaddiem il-fuħħar,
kif ikkmandani
l-Mulej.»
II
K
Ġesù waqaf
quddiem il-gvernatur,
u dan staqsieh:
S
«Int is-sultan tal-Lhud?»
K
U Ġesù wieġbu:
†
«Int qiegħed tgħidu.»
K
Iżda meta
l-qassisin il-kbar u x-xjuħ bdew jakkużawh,
hu ma wieġeb xejn.
Għalhekk Pilatu qallu:
S
«M’intix tisma’
kemm ħwejjeġ qegħdin jixhdu kontra tiegħek?»
K
Iżda hu anqas
għal akkuża waħda
ma wieġeb,
hekk li l-gvernatur
baqa’ mistagħġeb ħafna.
Nhar ta’ festa,
il-gvernatur kien soltu jitlaq wieħed ħabsi,
lil min iridu huma.
Dik il-ħabta kellhom wieħed ħabsi magħruf,
jismu Barabba.
Mela kif kienu miġbura, Pilatu qalilhom:
S
«Lil min triduni nitilqilkom,
lil Barabba jew lil Ġesù
li jgħidulu l-Messija?»
K
Għax hu kien jaf
li kienet l-għira
li ġagħlithom jagħtuh
lil Ġesù f’idejh.
Issa
waqt li kien bilqiegħda fuq is-siġġu tat-tribunal,
martu bagħtet tgħidlu:
S
«Qis li ma jkollokx x’taqsam
ma’ dan ir-raġel ġust,
għax illum minħabba fih batejt ħafna fil-ħolm.»
K
Iżda l-qassisin il-kbar
u x-xjuħ ġiegħlu l-poplu jitolbuh lil Barabba
u jeqirdu lil Ġesù.
Il-gvernatur, mela,
raġa’ staqsiehom:
S
«Lil min triduni nitilqilkom
minnhom it-tnejn?»
K
Weġbuh ilkoll:
S
«Lil Barabba.»
K
Qalilhom Pilatu:
S
«U x’nagħmel b’Ġesù
li jgħidulu l-Messija?»
K
Weġbuh ilkoll:
S
«Sallbu!»
K
Hu staqsiehom:
S
«Imma x’għamel ħażin?»
K
Huma
aktar bdew jgħajtu
u jgħidu:
S
«Sallbu!»
K
Meta mbagħad Pilatu
ra li kollox kien għal xejn, anzi li aktarx kienet
se tinqala’ xi rewwixta,
qabad,
ħasel idejh fl-ilma
quddiem il-poplu
u qal:
S
«Jien m’iniex ħati
ta’ dan id-demm:
dan arawh intom!»
K
U l-poplu kollu
qabeż u qal:
S
«Demmu fuqna
u fuq uliedna!»
K
Imbagħad
telqilhom lil Barabba,
u lil Ġesù,
wara li tah is-swat,
tahulhom biex isallbuh.
Imbagħad
is-suldati tal-gvernatur ħadu lil Ġesù fil-Pretorju,
u ġabru quddiemu
lil sħabhom kollha.
Neżżgħuh,
u xeħtulu fuqu
mantar aħmar skur;
qegħdulu fuq rasu
kuruna minsuġa .
mix-xewk
u qasba f’idu l-leminija,
inxteħtu
għarkubbtejhom
quddiemu,
u qagħdu jiddieħku bih
u jgħidulu:
S
«Is-sliem għalik,
sultan tal-Lhud!»
K
Beżqu fuqu,
u ħadulu l-qasba minn idu u bdew jagħtuh biha
fuq rasu.
Imbagħad,
wara li għaddewh
biż-żufjett,
neżżgħulu l-mantar
u xeddewlu ħwejġu.
U ħaduh magħhom
biex isallbuh.
Huma u sejrin
sabu raġel minn Ċireni,
jismu Xmun,
u ġagħluh jerfagħlu s-salib.
Meta waslu f’post
għidulu Golgota,
jiġifieri
post il-Qorriegħa,
tawh jixrob inbid
b’taħlita morra;
hu daqu,
imma ma riedx jixorbu.
Imbagħad sallbuh,
u qassmu
ħwejġu bejniethom
billi tellgħuhom bix-xorti,
u nxteħtu bilqiegħda
u qagħdu hemm
għassa tiegħu.
U qegħdulu fuq rasu
l-kawża
tal-kundanna tiegħu
li kienet tgħid hekk:
«Dan hu Ġesù,
is-sultan tal-Lhud.»
Imbagħad miegħu
sallbu żewġ ħallelin,
wieħed fuq il-lemin
u l-ieħor fuq ix-xellug.
Dawk li kienu għaddejjin bdew jgħajruh,
iċaqilqu rashom
u jgħidu:
S
«Int li tħott it-tempju
u fi tlitt ijiem
terġa’ tibnih,
«salva lilek innifsek
jekk int l-Iben ta’ Alla,
u inżel minn fuq is-salib!»
K
Hekk ukoll
il-qassisin il-kbar
bdew jiddieħku bih
mal-kittieba
u x-xjuħ
u jgħidu:
S
«Salva oħrajn,
lilu nnifsu
ma jistax isalva!
Hu s-sultan ta’ Iżrael!
«Ħa jinżel issa
minn fuq is-salib
u nemmnu fih!
«Hu jafda f’Alla;
ħa jeħilsu issa,
jekk iħobbu!
Għax hu qal:
“Jiena Bin Alla!”»
K
U bl-istess mod
bdew imaqdruh ukoll
il-ħallelin li kienu
msallbin miegħu.
Mis-sitt siegħa ’l quddiem waqgħet dalma kbira
fuq il-pajjiż kollu
sad-disa’ siegħa.
U madwar id-disa’ siegħa Ġesù għajjat
b’leħen qawwi u qal:
†
«Elí, Elí,
lemà sabaqtàni?»
K
Jiġifieri:
«Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex tlaqtni?»
Xi wħud minn dawk
li kienu hemm,
kif semgħuh, qalu:
S
«Lil Elija
qiegħed isejjaħ dan!»
K
U minnufih
wieħed minnhom
mar jiġri,
qabad sponża
mimlija bil-ħall,
waħħalha f’tarf ta’ qasba
u tah jixrob,
waqt li l-oħrajn qalu:
S
«Stenna,
ħa naraw
jiġix Elija jsalvah!»
K
Imma Ġesù
raġa’ għajjat għajta kbira
u radd ruħu.
Kulħadd
jinżel għarkubbtejh
u jinżamm is-skiet
għal ftit ħin.
U ara
l-purtiera tas-santwarju ċċarrtet fi tnejn
minn fuq s’isfel;
l-art theżhżet,
il-blat inqasam,
u l-oqbra nfetħu,
u qamu ħafna iġsma
ta’ qaddisin
li kienu mietu,
li ħarġu mill-oqbra
u wara l-qawmien tiegħu
daħlu fil-Belt imqaddsa
u dehru lil bosta nies.
Iċ-ċenturjun
u dawk li kienu miegħu għassa ta’ Ġesù,
kif raw l-art titheżheż
u jiġri dak kollu,
imtlew b’biża’ liema bħalu u qalu:
S
«Dan
kien tassew Bin Alla!»
III
K
Hemmhekk
kien hemm ħafna nisa jħarsu mill-bogħod,
Dawk stess
li kienu mxew wara Ġesù
biex jaqduh
sa minn meta
kien għadu fil-Galilija:
fosthom kien hemm
Marija ta’ Magdala,
Marija omm Ġakbu u Ġużeppi
u omm ulied Żebedew.
Xħin sar fil-għaxija,
ġie raġel għani,
minn Arimatija,
jismu Ġużeppi,
li hu wkoll kien sar dixxiplu ta’ Ġesù;
mar għand Pilatu
u talbu l-ġisem ta’ Ġesù.
Imbagħad Pilatu
ordna li jingħatalu.
Ġużeppi ħa l-ġisem
u keffnu f’liżar nadif,
qiegħdu
fil-qabar ġdid tiegħu
li kien ħaffer fil-blat,
gerbeb ġebla kbira
fid-daħla tal-qabar,
u telaq.
Iżda Marija ta’ Magdala
u Marija l-oħra
baqgħu hemm bilqiegħda
biswit il-qabar.
L-għada,
jiġifieri meta għadda
Jum it-Tħejjija,
il-qassisin il-kbar
u l-Fariżej
inġabru għand Pilatu
u qalulu:
S
«Sinjur,
aħna ftakarna
li dan il-bniedem qarrieq, meta kien għadu ħaj, qal:
“Wara tlitt ijiem inqum.”
«Mela ordna li l-qabar ikun imħares tajjeb
sat-tielet jum,
«li ma jmorrux jiġu
d-dixxipli tiegħu jisirquh,
u jgħidu lill-poplu:
“Qam mill-imwiet.”
«U hekk
il-qerq tal-aħħar
ikun agħar
minn tal-ewwel!»
K
Qalilhom Pilatu:
S
«Għandkom l-għassa. Morru ħarsuh tajjeb
kif tafu.»
K
U huma marru
jissiġillaw il-ġebla
biex il-qabar
jibqa’ mħares sewwa,
u ħallew ukoll
l-għassa miegħu.
Il-Kelma tal-Mulej
℟ Tifħir lilek Kristu
Ħadd il-Palm u
L-Passjoni tal-Mulej
Sena A
” Minħabba fina
Kristu obda sal-mewt,
anzi sal-mewt tas-salib.
Għalhekk Alla
għollieh sas-smewwiet,
u żejnu bl-isem li hu fuq kull isem.”
Jiena nemmen f’Alla wieħed,
il-Missier li jista’ kollox,
li ħalaq is-sema u
l-art, dak kollu li jidher
u dak li ma jidhirx.
U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,
imnissel mill-Missier
qabel kull żmien.
Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier
u bih sar kollox.
Niżel mis-smewwiet għalina
l-bnedmin u għall-fidwa
tagħna. U ħa l-ġisem
bis-setgħa tal-Ispirtu
s-Santu minn Marija Verġni
u sar bniedem. Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh,
u fit-tielet jum qam
minn bejn l-imwiet, skont
il-Kotba mqaddsa,
u tela’ s-sema, u qieghed fuq
il-lemin tal-Missier.
U għandu jerġa jiġi
bil-glorja biex jagħmel ħaqq
mill-ħajjin u mill-mejtin, u
s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem. U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej mill-Missier u mill-Iben:
li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u
mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.
U fi Knisja waħda,
qaddisa, kattolika,appostolika.
Nistqarr magħmudija waħda
għall-maħfra tad-dnubiet.
U nistenna l-qawma
mill-imwiet, u l-ħajja
taż-żmien li ġej.
Ammen.
Ħadd il-Palm u
L-Passjoni tal-Mulej
Sena A
” Minħabba fina
Kristu obda sal-mewt,
anzi sal-mewt tas-salib.
Għalhekk Alla
għollieh sas-smewwiet,
u żejnu bl-isem li hu fuq kull isem.”