Qari mill-Ewwel Ittra ta’
San Pawl Appostlu
lill-Korintin
1, Kor 8, 1b-7.11-13
Ħuti, nafu li lkoll
għandna l-għerf; imma
l-għerf jonfoħna;
l-imħabba tibnina.
Jekk xi ħadd jidhirlu li
jaf xi ħaġa, għadu ma fehemx kif għandu jkun jaf.
Jekk xi ħadd iħobb lil
Alla, lil dan Alla jagħrfu.
Mela dwar l-ikel
tal-laħam offert lill-idoli: naf li l-idolu mhu xejn
fid-dinja; ħadd mhu alla ħlief wieħed.
Imqar jekk hemm l-hekk
imsejjħa allat sew fis-sema sew fl-art,- u tassew hemm ħafna allat u ħafna sidien - għalina Alla wieħed hemm:
il-Missier li minnu ġej kollox u aħna bih neżistu, u wieħed Mulej: Ġesù Kristu, li permezz tiegħu sar kollox u aħna għalih neżistu.
Iżda mhux kulħadd
għandu l-għerf.
Xi wħud, billi kienu
mdorrija bl-idoli, jieklu
l-laħam bħallikieku
kien offert lill-idoli;
u billi tkun dgħajfa,
il-kuxjenza tagħhom tittabba’.
Mela bl-għerf tiegħek jiġġarraf id-dgħajjef, ħuk, li għalih miet Kristu!
Meta intom tidinbu b’dan
il-mod kontra ħutkom u tfieru l-kuxjenza dgħajfa tagħhom, kontra Kristu tkunu tidinbu.
Mela jekk l-ikel jiskandalizza lil ħija,
ma niekol qatt iżjed laħam biex ma niskandalizzax
lil ħija.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
R:/ Mexxini, Mulej,
fit-triq ta’ dejjem
Salm Responsorjali
Mulej, int tgħarbilni �u tagħrafni; int taf �meta noqgħod u meta nqum, int tagħraf �mill-bogħod ħsibijieti.
Int tagħraf il-mixi
u l-waqfien tiegħi;
triqati kollha inti
tafhom sewwa.
R:/ Mexxini, Mulej,
fit-triq ta’ dejjem
Għax int sawwart
il-ġewwieni tiegħi,
u f’ġuf ommi inti nsiġtni.
Irroddlok ħajr,
għax b’mod tal-għaġeb għamiltni:
tal-għaġeb huma
l-għemejjel tiegħek.
R:/ Mexxini, Mulej,
fit-triq ta’ dejjem
Għarbilni, o Alla,
u agħraf qalbi;
iflini, u kun af
ħsibijieti.
Ara iniex miexi
fi triq ħażina,
u mexxini fit-triq
ta’ dejjem
R:/ Mexxini, Mulej,
fit-triq ta’ dejjem
Hallelujah, Hallelujah
Jekk inħobbu ’l xulxin,
Alla jgħammar fina,
u mħabbtu
ssib il-milja tagħna fina.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont
San Luqa�Lq 6, 27-38
R:/ Glorja lilek Mulej
F’dak iż-żmien, Ġesù qal
lid-dixxipli tiegħu:
“Lilkom, li qegħdin tisimgħuni, ngħidilkom:
Ħobbu l-għedewwa tagħkom, agħmlu l-ġid
lil min jobgħodkom,
bierku lil min jisħetkom, itolbu għal min iżeblaħkom.
Min jagħtik bil-ħarta
fuq naħa waħda, dawwarlu wiċċek
ħalli jagħtik fuq
in-naħa l-oħra;
min jeħodlok il-mantar, anqas il-libsa ma għandek tiċħadlu.
Agħti lil kull min jitolbok;
u min jeħodlok xi ħaġa
tiegħek, titlobhilux lura.
Kif tridu li l-bnedmin jagħmlu lilkom, hekk ukoll agħmlu intom lilhom.
Jekk intom tħobbu lil min
iħobbkom, xi ħlas jista’ jkollkom?
Għax il-midinbin ukoll iħobbu lil min iħobbhom.
U jekk tagħmlu l-ġid lil
min jagħmel il-ġid lilkom,
xi ħlas jista’ jkollkom?
Għax dan jagħmluh
saħansitra l-midinbin.
U jekk tisilfu xi ħaġa lil min tistennewh iroddhielkom lura, xi
ħlas jista’ jkollkom?
Il-midinbin ukoll
jisilfu lill-midinbin,
bil-ħsieb li jieħdu lura daqshekk ieħor mingħandhom.
Imma intom ħobbu
l-għedewwa tagħkom,
agħmlu l-ġid, isilfu bla
ma tistennew xi ħaġa lura, u l-ħlas tagħkom ikun kbir;
u tkunu wlied Alla
l-Għoli, li hu tajjeb ma’
l-ingrati u l-ħżiena.
Ħennu, bħalma hu
ħanin Missierkom.
Tiġġudikawx, u ma
tkunux iġġudikati;
tikkundannawx, u ma tkunux ikkundannati;
aħfru, u ssibu l-maħfra;
agħtu, u jingħatalkom.
Kejl tajjeb, marsus,
mheżheż sewwa u
mburġat iqegħdulkom f’ħoġorkom;
għax bl-istess kejl li tkejjlu intom jitkejjel lilkom.”
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu