1 of 35

Il-Ħamis

tat-Tieni Ġimgħa

tal-Avvent

2 of 35

Qari mill-Ktieb tal-

Profeta Iżaija

Iż 41, 13-20

3 of 35

Jiena l-Mulej, Alla tiegħek, inwieżnek minn idek

il-leminija, u ngħidlek:

‘Tibżax, jiena l-għajnuna tiegħek.’

4 of 35

Tibżax, Ġakobb, daqsxejn

ta’ dudu fl-art, intom,

bnedmin ta’ Iżrael!

Jiena l-għajnuna tiegħek

oraklu tal-Mulej -,

5 of 35

il-feddej tiegħek, il-Qaddis ta’ Iżrael! Arani! Jien nagħmel minnek romblu tad-dris ġdid, jaqta’ u kollu snien.

6 of 35

Int tidres il-muntanji u tfarrakhom, u l-għoljiet tagħmilhom tlief; int idderihom u r-riħ iġorrhom, u r-riefnu jxerridhom.

7 of 35

Imbagħad int tifraħ

fil-Mulej, u tiftaħar

bil-Qaddis ta’ Iżrael.

8 of 35

Il-foqra u l-imsejknin ifittxu l-ilma u ma jsibux! Ilsiehom niexef bil-għatx.

9 of 35

Jiena, il-Mulej, nismagħhom, Jiena, Alla ta’ Iżrael, ma ninsihomx.

Xmajjar ta’ ilma nfawwar fuq l-għoljiet għerja,

10 of 35

u għejun f’nofs il-widien. Nibdel id-deżert f’għadira

ilma, u l-art niexfa f’għejun ta’ ilma.

11 of 35

Inxettel iċ-ċedri fid-deżert, il-gazzi, u r-riħan, u s-siġar taż-żebbuġ; intella’ ċ-ċipress

fix-xagħri, u magħhom

id-dolf u l-bux;

12 of 35

biex hekk jaraw u jagħrfu jaħsbu u jifhmu wkoll, li id

il-Mulej għamlet dan, u

l-Qaddis ta’ Iżrael ħalqu.

13 of 35

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

14 of 35

R:/ Il-Mulej

twajjeb u ħanin

Salm Responorjali

15 of 35

Ħa nkabbrek, �Alla tiegħi, sultan, �u nbierek ismek �għal dejjem ta’ dejjem.

16 of 35

Twajjeb ma’ kulħadd �il-Mulej, �tjubitu fuq kulma �għamel.

17 of 35

R:/ Il-Mulej

twajjeb u ħanin

18 of 35

Kulma għamilt �iroddlok ħajr, Mulej; �iberkuk il-ħbieb tiegħek kollha.�

19 of 35

Is-sebħ tas-saltna �tiegħek ixandru, �fuq is-setgħa tiegħek jitkellmu.

20 of 35

R:/ Il-Mulej

twajjeb u ħanin

21 of 35

Biex jgħarrfu lill-bniedem �il-qawwa tiegħek, �u s-sebħ u l-ġmiel �tas-saltna tiegħek.

22 of 35

Saltnatek hi saltna �għaż-żminijiet kollha, �minn nisel għal nisel �il-ħakma tiegħek.

23 of 35

R:/ Il-Mulej

twajjeb u ħanin

24 of 35

Hallelujah, Hallelujah

25 of 35

Qattru, smewwiet,

mill-għoli, u jraxxax

is-sħab il-ġustizzja;

tinfetaħ l-art u tinbet

is-salvazzjoni.

26 of 35

Hallelujah, Hallelujah

27 of 35

Qari mill-Evanġelju skont

San Mattew

Mt 11, 11-15

R:/ Glorja lilek Mulej

28 of 35

F’dak iż-żmien, Ġesù

qal lill-folla:

29 of 35

“Tassew, ngħidilkom,

li fost ulied in-nisa ħadd

ma qam akbar minn Ġwanni l-Battista.

30 of 35

U b’danakollu l-iżgħar wieħed fis-Saltna

tas-Smewwiet hu akbar minnu.

31 of 35

Minn żmien Ġwanni

l-Battista sal-lum

is-Saltna tas-Smewwiet

il-bniedem qegħdin

jitħabtu bis-sħiħ għaliha,

32 of 35

u dawk li jitħabtu bis-sħiħ jaħtfuha. Għax il-Profeti kollha, u wkoll il-Liġi, ħabbru sa żmien Ġwanni, u, jekk tridu temmnuni,

33 of 35

dan hu Elija li għandu jiġi.

Min għandu widnejn

ħa jisma’!”

34 of 35

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

35 of 35

Il-Ħamis

tat-Tieni Ġimgħa

tal-Avvent