1 of 38

Qari mill-Ktieb

tal-Profeta Ġeremija.

Ġer 31, 1-7

2 of 38

“F'dak iż-żmien, oraklu

tal-Mulej, jien inkun Alla

tat-tribujiet kollha ta' Iżrael, u huma jkunu l-poplu tiegħi. Dan jgħid il-Mulej:

3 of 38

Il-poplu li ħeles mis-sejf

sab ħniena fid-deżert:

Iżrael terraq lejn il-mistrieħ tiegħu.”

4 of 38

Mill-bogħod il-Mulej deherlu:

“Bi mħabba ta' dejjem ħabbejtek, għalhekk

il-ħlewwa tiegħi rfajt għalik.

5 of 38

Jien nerġa' nwaqqfek fuq riġlejk, o xebba ta' Iżrael, u inti tieqaf.

6 of 38

Terġa' tiżżejjen bit-tnabar tiegħek, u toħroġ

tiżfen ferrieħa. Terġa’ tħawwel id-dwieli fuq

il-muntanji tas-Samarija;

7 of 38

il-bdiewa tiegħek iħawwlu u jiġbru l-ewwel frott. Għax jasal jum meta fuq

il-muntanja ta' Efrajm

l-għassiesa jgħajjtu u jgħidu:

8 of 38

‘Qumu, ejjew nitilgħu Sijon għand il-Mulej, Alla tagħna.’ Għax dan jgħid

il-Mulej:

9 of 38

Għannu bil-ferħ għal Ġakobb, sellmu lill-ewlieni fost

il-ġnus. Xandru, faħħru u niedu: ‘Il-Mulej salva l-poplu tiegħu, il-fdal ta' Iżrael.’”

10 of 38

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

11 of 38

Salm Responsorjali

R:/ Il-Mulej iħarisna kif ragħaj iħares il-merħla tiegħu.

12 of 38

Isimgħu, ġnus, kelmet

il-Mulej,

xandruha 'l bogħod

fil-gżejjer: għidu:

13 of 38

“Dak li xerred lil Iżrael

jiġbru,

u jħarsu kif ragħaj iħares

il-merħla tiegħu.”

14 of 38

R:/ Il-Mulej iħarisna kif ragħaj iħares il-merħla tiegħu.

15 of 38

Għax il-Mulej feda lil

Ġakobb,

ħelsu minn id wieħed aqwa minnu.

16 of 38

Għad jiġu u jgħannu fuq

l-għolja ta' Sijon,

u wiċċhom jiddi minħabba

t-tjieba tal-Mulej.

17 of 38

R:/ Il-Mulej iħarisna kif ragħaj iħares il-merħla tiegħu.

18 of 38

Jifirħu x-xbejbiet

biż-żfin,

jifirħu ż-żgħażagħ u

x-xjuħ.

19 of 38

“Jiena nbiddel il-vistu tagħhom f’hena,

infarraġhom u nferraħhom wara l-hemm tagħhom.”

20 of 38

R:/ Il-Mulej iħarisna kif ragħaj iħares il-merħla tiegħu.

21 of 38

Hallelujah, Hallelujah

22 of 38

Profeta kbir qam fostna,

u Alla żar il-poplu tiegħu.

23 of 38

Hallelujah, Hallelujah

24 of 38

Qari mill-Evanġelju skont

San Mattew

Mt 15, 21-28

R:/ Glorja lilek Mulej

25 of 38

F’dak iż-żmien, Ġesù ħareġ minn hemm u telaq lejn Tir u Sidon.

26 of 38

U ħarġet waħda mara Kangħanija minn dawk

l-inħawi, u qabdet tgħajjat u tgħid:

27 of 38

“Ħenn għalija, Mulej, Bin

David; binti għandha fiha xitan, u magħdura ħafna!”

28 of 38

Iżda hu ma weġibhiex kelma. Resqu lejh id-dixxipli tiegħu, jitolbuh u jgħidulu:

“Eħles minnha, għax ġejja

tgħajjat warajna.”

29 of 38

Imma hu qalilhom:

30 of 38

“Ma ġejtx mibgħut ħlief

għan-nagħaġ li ntilfu

mid-dar ta' Iżrael.”

31 of 38

Iżda hi resqet, inxteħtet

quddiemu u qaltlu:

“Għinni, Mulej!”

Hu weġibha:

32 of 38

“M'hux sewwa tieħu

l-ħobż ta' l-ulied u tixħtu

lill-ġriewi.”

33 of 38

“Hekk hu, Mulej,”

qaltlu, “iżda l-ġriewi wkoll jieklu l-frak li jaqa' minn fuq il-mejda ta’ sidienhom!”

34 of 38

Imbagħad wieġeb Ġesù u

qalilha:

35 of 38

“Mara, il-fidi tiegħek kbira! Ħa jsirlek kif

tixtieq.”

36 of 38

U minn dak il-ħin stess bintha fieqet.

37 of 38

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

38 of 38