1 of 41

Qari mill-Ktieb

tal-Profeta Eżekjel

(Eżek 18, 1-10.13b.30-32)

2 of 41

Ġietni l-kelma tal-Mulej,

u qalli:

3 of 41

“Xi tridu tfissru bih dan

il-proverbju għall-art

ta’ Iżrael:

4 of 41

‘Il-missirijiet kielu

l-għeneb qares u ddarrsu snien uliedhom?’

Daqskemm jien ħaj, oraklu ta’ Sidi l-Mulej,

5 of 41

ma jkollkomx għalfejn

ittennuh iżjed dan

il-proverbju f'Iżrael.

6 of 41

Araw, kulħadd huwa tiegħi; bħall-ħajja tal-missier hekk dik tal-iben tiegħi huma.

7 of 41

Min jagħmel id-dnub, ikun hu li jmut. Jekk wieħed jgħix ħajja sewwa u jagħmel il-ħaqq u s-sewwa,

8 of 41

jiġifieri ma jmurx jiekol fuq il-muntanji, ma jerfax għajnejh lejn l-idoli

tad-dar ta’ Iżrael,

9 of 41

ma jtebbax il-mara ta’ għajru, ma jersaqx lejn mara fl-inġiesa tagħha,

ma jaħqar lil ħadd, irodd lura r-rahan tad-dejn,

10 of 41

ma jisraqx, jagħti ħobżu lil min hu bil-ġuħ, jostor

bl-ilbies lill-għeri, u ma

Jislifx bl-imgħax, ma jiħux interessi,

11 of 41

iżomm idu mill-ħażen, jagħmel il-ħaqq skont

is-sewwa bejn bniedem u ieħor,

12 of 41

iġib ruħu skond

il-kmandamenti tiegħi u jħares id-digrieti

tiegħi biex jagħmel

is-sewwa,

13 of 41

min jagħmel dan kollu huwa ġust, u żgur jgħix,

oraklu ta’ Sidi l-Mulej.

14 of 41

Iżda jekk huwa jiled iben

li jagħtiha għas-serq u għat-tixrid tad-demm,

jaqaw iben bħal dan se

jgħix?

15 of 41

Le, ma jgħix; hu jkun għamel dawn il-ħwejjeġ moqżieża kollha, u żgur imut, demmu jkun fuqu.

16 of 41

Għalhekk lil kull wieħed minnkom niġġudikah skont imġibtu, dar Iżrael,

oraklu tal-Mulej.

17 of 41

Indmu, u erġgħu lura minn dnubietkom kollha,

biex ma jkollkomx xi jwaqqagħkom fil-ħażen.

18 of 41

Biegħdu minnkom

il-ħtijiet kollha li waqajtu fihom, u ġeddu qalbkom u ruħkom.

19 of 41

L-għala tridu tmutu, dar Iżrael? Jiena ma nieħux pjaċir

bil-mewt ta' ħadd!

20 of 41

Oraklu tal-Mulej.

Mela indmu u għixu.”

21 of 41

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

22 of 41

R:/ Oħloq fija qalb safja, o Alla

Salm Responsorjali

23 of 41

Oħloq fija qalb safja,

o Alla,

u spirtu qawwi ġedded fija.

24 of 41

La twarrabnix minn quddiemek;

tneħħix minni l-ispirtu qaddis tiegħek.

25 of 41

R:/ Oħloq fija qalb safja, o Alla

26 of 41

Roddli l-hena

tas-salvazzjoni tiegħek,

u bi spirtu qalbieni wettaqni.

27 of 41

Lill-midinbin ngħallem triqatek,

u l-ħatjin lejk jerġgħu lura.

28 of 41

R:/ Oħloq fija qalb safja, o Alla

29 of 41

Għax lilek ma jogħġbokx

is-sagrifiċċju;

noffrilek vittmi maħruqa,

u ma tilqagħhomx.

30 of 41

Is-sagrifiċċju tiegħi, o Alla,

hu l-qalb niedma;

qalb maqsuma u sogħbiena ma twarrabhiex, o Alla.

31 of 41

R:/ Oħloq fija qalb safja, o Alla

32 of 41

Hallelujah, Hallelujah

33 of 41

Infaħħrek, Missier,

Sid is-semma u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ

tas-saltna wrejthom

liċ-ċkejknin.

34 of 41

Hallelujah, Hallelujah

35 of 41

Qari mill-Evanġelju skont

San Mattew

Mt 19, 13-15

R:/ Glorja lilek Mulej

36 of 41

F’dak iż-żmien, ressqu quddiem Ġesù xi tfal żgħar biex iqiegħed idejh fuqhom u jitlob għalihom.

37 of 41

Iżda d-dixxipli qabdu jgħajjtu magħhom. U Ġesù qalilhom:

38 of 41

“Ħalluhom it-tfal

iż-żgħar jiġu għandi, u la żżommuhomx, għax ta’ min hu bħalhom hija

s-Saltna tas-Smewwiet.”

39 of 41

Imbagħad qiegħed idejh fuqhom u telaq minn hemm.

40 of 41

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

41 of 41