Qari mill-Ewwel Ktieb
tas-Slaten
1 Slaten 17, 1-6
F’dak iż-żmien, Elija minn Tisbi ta’ Gilgħad, qal lil Aħab:
“Daqskemm hu ħaj
il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, li jien inservi quddiemu, ma jkunx hemm dawn is-snin la nida u lanqas xita,
jekk mhux meta nitkellem jien”.
Il-Mulej kellem lil Elija u qallu:
“Itlaq minn hawn, iġbed lejn il-Lvant, u mur inħeba fil-wied ta’ Kerit, biswit
il-Ġordan.
Inti tixrob mill-wied, u jien ikkmandajt liċ-ċawl jitimgħek hemmhekk”.
Elija telaq u għamel kif qallu l-Mulej, u qagħad ħdejn il-wied ta’ Kerit biswit
il-Ġordan.
U ċ-ċawl kienu jġibulu ħobż u laħam mas-sebħ u ħobż u laħam filgħaxija. U kien jixrob mill-wied.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
R:/ L-għajnuna tiegħi mingħand il-Mulej
Salm Responsorjali
Nerfa’ għajnejja lejn
l-għoljiet;
mnejn se tiġini l-għajnuna?
L-għajnuna tiegħi mingħand il-Mulej,
li għamel is-sema u l-art.
R:/ L-għajnuna tiegħi mingħand il-Mulej
Ma jħalli qatt li riġlek jogħtor;
ma jongħosx dak li jħarsek.
Ara, la jongħos u lanqas jorqod
dak li jħares lil Iżrael.
R:/ L-għajnuna tiegħi mingħand il-Mulej
Il-Mulej hu dak li jħarsek;
il-Mulej hu d-dell tiegħek fuq lemintek.
Ma tolqtokx ix-xemx binhar,
anqas il-qamar billejl
R:/ L-għajnuna tiegħi mingħand il-Mulej
Iħarsek il-Mulej minn kull deni;
hu jħarislek ħajtek.
Il-Mulej iħarsek fil-ħruġ u
d-dħul tiegħek,
minn issa u għal dejjem.
R:/ L-għajnuna tiegħi mingħand il-Mulej
Hallelujah, Hallelujah
Ifirħu u thennew,
għax ħlaskom kbir
fis-smewwiet.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont
San Mattew
Mt 5, 1-12
R:/ Glorja lilek Mulej
F’dak iż-żmien, kif ra
l-folol, Ġesù tala’ fuq
il-muntanja, qagħad bilqiegħda, u resqu lejh
id-dixxipli tiegħu.
Fetaħ fommu u qabad jgħallimhom u jgħid:
“Henjin il-foqra fl-ispirtu,
għax tagħhom hija
s-Saltna tas-Smewwiet.
Henjin l-imnikkta, għax huma jkunu mfarrġa.
Henjin ta’ qalbhom ħelwa,
għax huma jkollhom b’wirthom l-art.
Henjin dawk li huma
bil-ġuħ u l-għatx
tal-ġustizzja, għax huma jkunu mxebbgħin.
Henjin dawk li jħennu,
għax huma jsibu ħniena.
Henjin dawk li huma safja f’qalbhom, għax huma jaraw ’l Alla.
Henjin dawk li jġibu
l-paċi,
għax huma jissejħu wlied Alla.
Henjin dawk li huma ppersegwitati minħabba
s-sewwa, għax tagħhom hija s-Saltna
tas-Smewwiet.
Henjin intom, meta jgħajrukom u jippersegwitawkom u jaqilgħu kull xorta ta’ ħażen u gideb kontra
tagħkom minħabba fija.
Ifirħu u thennew, għax ħlaskom kbir fis-smewwiet.
Hekk kienu jippersegwitawhom
lill-profeti li kienu qabilkom”.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu