1 of 34

It-Tlieta

tat-Tieni Ġimgħa

tal-Għid

2 of 34

Qari mill-Ktieb

tal-Atti tal-Appostli

Atti 4, 32-37

3 of 34

Il-kotra kbira ta’ dawk li emmnu kienu qalb waħda u ruħ waħda. Ħadd minnhom ma kien jgħid li l-ġid li kellu kien tiegħu,

4 of 34

iżda kellhom kollox flimkien. B’qawwa kbira

l-appostli kienu jagħtu xhieda tal-qawmien

tal-Mulej Ġesù,

5 of 34

u kulħadd kien iġibhom ħafna. Ħadd minnhom ma kien jonqsu xejn; għax kull min kellu oqsma jew djar kien ibigħhom,

6 of 34

u l-flus li jdaħħal minnhom kien imur iqegħedhom f’riġlejn l-appostli.

7 of 34

Imbagħad kien jitqassam kollox skont il-ħtieġa ta’ kull wieħed.

8 of 34

Hekk għamel il-levita Ġużeppi, minn Ċipru, li

l-appostli kienu jsejħulu Barnaba, jiġifieri <bin

il-faraġ>; dan kellu għalqa,

9 of 34

biegħha, u l-flus li daħħal minnha mar iqegħedhom f’riġlejn l-appostli.

10 of 34

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irrodu ħajr lil Alla

11 of 34

R:/ Il-Mulej isaltan;

il-kobor libes

Salm Responsorjali

12 of 34

Il-Mulej isaltan; il-kobor libes,

libes il-Mulej u tħażżem bil-qawwa.

13 of 34

R:/ Il-Mulej isaltan;

il-kobor libes

14 of 34

Iżomm sħiħa d-dinja; qatt ma titħarrek.

Imwaqqaf it-tron tiegħek fis-sod minn dejjem;

minn dejjem ta’ dejjem int.

15 of 34

R:/ Il-Mulej isaltan;

il-kobor libes

16 of 34

Il-kmandamenti tiegħek ta’ min joqgħod fuqhom;

qdusija lil darek tixraq, Mulej,

sa kemm itul iż-żmien.

17 of 34

R:/ Il-Mulej isaltan;

il-kobor libes

18 of 34

Hallelujah, Hallelujah

19 of 34

Jeħtieġ li jkun merfugħ Bin il-bniedem,

biex kull min jemmen fih ikollu l-ħajja ta’ dejjem.

20 of 34

Hallelujah, Hallelujah

21 of 34

Qari mill-Evanġelju skont

San Ġwann

Ġw 3, 7b-15

R:/ Glorja lilek Mulej

22 of 34

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu:

23 of 34

“La tistagħġibx jekk jiena għedtlek li jeħtiġilkom titwieldu mill-ġdid.

24 of 34

Ir-riħ fejn irid jonfoħ; tisma’ ħossu, imma ma tafx mnejn hu ġej jew fejn hu sejjer. Hekk jiġri minn kull min jitwieled mill-Ispirtu”.

25 of 34

“Kif qatt jista’ jkun dan?”,

raġa’ qallu Nikodemu.

U Ġesù qallu:

26 of 34

“Inti mgħallem f’Iżrael u dan ma tafux? Tassew tassew ngħidlek li aħna qegħdin nitħaddtu fuq dak li nafu,

27 of 34

u qegħdin nagħtu xhieda ta’ dak li rajna, imma

x-xhieda tagħna ma tilqgħuhiex.

28 of 34

Jekk intom ma temmnux meta nitkellem magħkom fuq il-ħwejjeġ tal-art,

29 of 34

kif sejrin temmnu meta nkellimkom fuq il-ħwejjeġ tas-sema? Ħadd ma tela’

s-sema ħlief Bin il-bniedem, li niżel mis-sema.

30 of 34

U kif Mosè rafa’ s-serp

fid-deżert, hekk jeħtieġ li jkun merfugħ Bin

il-bniedem,

31 of 34

biex kull min jemmen fih ikollu l-ħajja ta’ dejjem”

32 of 34

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

33 of 34

It-Tlieta

tat-Tieni Ġimgħa

tal-Għid

34 of 34