1 of 91

Festa Solenni

Il-Ġisem u

d-Demm Imqaddes ta’ Kristu

2 of 91

Glorja `l Alla fil-għoli

tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.

3 of 91

Infaħħruk,

inberkuk,

nadurawk,

nagħtuk ġieh.

4 of 91

Inroddulek ħajr

għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan

tas-sema,

Alla Missier li tista’ kollox.

5 of 91

Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,

Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.

6 of 91

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ħenn għalina.

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.

7 of 91

Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis, Int waħdek Mulej,

Int waħdek il-għoli,

8 of 91

Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu

s-Santu:

fil-glorja tal-Missier Alla.

Ammen.

9 of 91

Festa Solenni

Il-Ġisem u

d-Demm Imqaddes ta’ Kristu

10 of 91

Qari mill-Ktieb�tad-Dewteronomju�Dewt 8:2-3,14b-16a

11 of 91

F’dak iż-żmien, Mosè kellem lill-poplu u qal:

12 of 91

“Ftakar fil-mixja kollha li mexxiek il-Mulej, Alla tiegħek, matul dawn

l-erbgħin sena fid-deżert, biex iċekknek u jġarrbek,

13 of 91

ħalli jkun jaf x’għandek f’qalbek, jekk tridx toqgħod għall-kmandamenti tiegħu jew le.

14 of 91

Huwa ċekknek, ried li tbati l-ġuħ, imbagħad temgħek il-manna, li la int u lanqas missirijietek ma kontu qatt tafu biha,

15 of 91

biex jurik li mhux bil-ħobż biss jgħix il-bniedem, imma b’dak kollu li joħroġ minn fomm il-Mulej, b’dan jgħix il-bniedem.

16 of 91

Qis li ma titkabbarx qalbek u tinsa l-Mulej, Alla tiegħek, li ħarġek mill-art tal-Eġittu, mill-art tal-jasar.

17 of 91

Hu li mexxiek fid-deżert kbir u jwaħħax, mimli sriep velenużi u skorpjuni,

art niexfa bla ilma xejn,

18 of 91

li ħariġlek l-ilma mill-blata taż-żnied, li temgħek

il-manna fid-deżert, li missirijietek ma kienu jafu biha xejn”.

19 of 91

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

20 of 91

R:/ Sebbaħ, Ġerusalemm, lill-Mulej.

Salm Responsorjali

21 of 91

Sebbaħ, Ġerusalemm,

lill-Mulej;

faħħar lil Alla tiegħek, Sijon!

22 of 91

Hu jsaħħaħ l-istaneg

tal-bibien tiegħek,

u jbierek ġewwa fik lil uliedek.

23 of 91

R:/ Sebbaħ, Ġerusalemm, lill-Mulej.

24 of 91

Hu jqiegħed fis-sliem

it-trufijiet ta’ artek,

u lilek bl-aħjar qamħ ixebbgħek.

25 of 91

Hu jibgħat fuq l-art

il-kmand tiegħu;

bil-ħeffa tiġri l-kelma tiegħu.

26 of 91

R:/ Sebbaħ, Ġerusalemm, lill-Mulej.

27 of 91

Hu jxandar kelmtu lil Ġakobb,

il-liġijiet u d-digrieti tiegħu lil Iżrael.

28 of 91

Ma għamel hekk ma’ ebda poplu;

lil ħadd ma għarraf

id-digrieti tiegħu.

29 of 91

R:/ Sebbaħ, Ġerusalemm, lill-Mulej.

30 of 91

Qari mill-Ewwel Ittra�ta’ San Pawl Appostlu �lill-Korintin�1 Kor 10:16-17

31 of 91

Ħuti, il-kalċi mbierek li fuqu ngħidu l-barka mhuwiex għaqda

mad-demm ta’ Kristu?

32 of 91

U l-ħobż li naqsmu mhuwiex għaqda mal-ġisem ta’ Kristu? Għax la l-ħobża hi waħda, aħna, li aħna ħafna, aħna ġisem wieħed;

33 of 91

ilkoll kemm aħna nieħdu sehem minn ħobża waħda.

34 of 91

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

35 of 91

SEKWENZA

36 of 91

Faħħar, Sijon, lill-Feddej,

ir-ragħaj tiegħek u

l-mexxej,

bl-innijiet u bl-għana.

37 of 91

Ibqa’ faħħru daqs kemm tista’,

għax Hu ’l fuq minn kull tifħir,

qatt ma tfaħħru kemm jistħoqqlu.

38 of 91

Għat-tifħir ħaġa tal-għaġeb,

il-ħobż ħaj li jagħti l-ħajja,

hawn quddiemna f’dan

il-jum.

39 of 91

Dak il-ħobż li fuq il-mejda,

lill-appostli fl-ikla mqaddsa,

kien ingħata biex jikluh.

40 of 91

Ikun sħiħ it-tifħir tiegħek,

b’qalb ferrieħa, b’leħen għoli,

ikun jixraq ferħ ir-ruħ.

41 of 91

Għax dal-jum ta’ festa kbira,

ta’ dik l-ikla hu t-tifkira,

meta saret l-ewwel darba.

42 of 91

F’dina l-ikla s-Sultan tagħna,

l-Għid il-ġdid tal-liġi

l-ġdida,

temm għal kollox l-Għid qadim.

43 of 91

Il-qadim twarrab mill-ġdid,

dak li hu ġie flok ix-xbieha,

id-dawl biegħed dlam il-lejl.

44 of 91

Dak li twettaq fl-aħħar ċena,

Kristu ried jibqa’ jiġġedded,

biex ikun tifkira tiegħu.

45 of 91

Imgħallmin b’tagħlim imqaddes, nibdlu l-ħobż u

l-inbid tagħna

b’sagrifiċċju għas-saħħa tagħna.

46 of 91

Twemmin ġdid lilna

l-insara,

li dal-ħobż jinbidel f’Ġisem,

u l-inbid jinbidel f’Demm.

47 of 91

Dak li ma tarax jew tifhem,

it-twemmin isaħħu u jwettqu,

fuq kull ordni tan-natura.

48 of 91

Taħt xbihat fejn aħna nilmħu

mhux il-ħajja, imma sinjali,

jinħbew ħwejjeġ hekk għeżież.

49 of 91

Ikel Ġismu, xorb hu Demmu;

iżda Kristu sħiħ hemm moħbi

taħt kull waħda mix-xbihat.

50 of 91

Sħiħ jittiekel Kristu kollu,

bla jitkisser, bla jitfarrak,

bla jinqasam minn min jieħdu.

51 of 91

Jieklu elf u jiekol wieħed,

kemm ħa dan, hekk jieħdu huma,

bla jintemm meta jittiekel.

52 of 91

Jieklu t-tajba, jieklu

l-ħżiena;

imma ’l dawk iġib il-ħajja,

lil dawn jixħet fit-telfien.

53 of 91

Mewt għall-ħżiena, ħajja għat-tajba

ara kif jinbidel fihom,

għalkemm jieħdu l-istess ikel.

54 of 91

Meta l-Ostja tkun maqsuma,

la tibżax, imm’inti ftakar,

taħt ix-xbieha ta’ kull farka

hemm jinsab daqs fl-Ostja sħiħa.

55 of 91

Ebda ksur ma jsir fi Kristu;

biss ix-xbieha tkun miksura:

u b’dal-ksur xejn ma jitnaqqas

f’Dak li hu taħt din ix-xbieha.

56 of 91

Dan ħobż l-anġli, magħmul ikel

għall-bnedmin fit-triq

tal-ħajja,

57 of 91

ikel bnin

għall-ulied kollha, li m’għandux fix-xejn jintrema.

58 of 91

Bi xbihat kien ilu mħabbar,

f’dik l-offerta ta’ Iżakk,

fil-ħaruf li nqatel fl-Għid,

u fil-manna tad-deżert.

59 of 91

Int ragħaj tajjeb, ħobż tassew,

Ġesù tagħna, ħenn għalina;

Int itmagħna u ħarisna:

60 of 91

Inti lilna l-ġid urina

fl-art imbierka tal-ħajjin.

61 of 91

Int li taf u tista’ kollox,

li titmagħna hawn

f’dil-ħajja,

hemm agħmilna lkoll imsieħba,

62 of 91

f’għaqda waħda lkoll werrieta

mal-qtajjiet tal-qaddisin.

Ammen. Hallelujah.

63 of 91

Hallelujah, Hallelujah

64 of 91

Jiena hu l-ħobż il-ħaj, li niżel mis-sema, jgħid

il-Mulej; jekk xi ħadd jiekol minn dan il-ħobż jgħix għal dejjem.

65 of 91

Hallelujah, Hallelujah

66 of 91

Qari mill-Evanġelju skont

San Ġwann

Ġw 6:51-58

R:/ Glorja lilek Mulej

67 of 91

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies:

68 of 91

“Jiena hu l-ħobż il-ħaj, li niżel mis-sema. Jekk xi ħadd jiekol minn dan

il-ħobż jgħix għal dejjem.

69 of 91

U l-ħobż li jiena nagħti huwa ġismi għall-ħajja tad-dinja”.

70 of 91

Fuq hekk il-Lhud tlewmu bejniethom, u bdew jgħidu:

71 of 91

“Kif jista’ dan jagħtina ġismu biex nikluh?”.

Ġesù mela qalilhom:

72 of 91

“Tassew, tassew ngħidilkom, jekk ma tiklux il-ġisem ta’ Bin il-bniedem u ma tixorbux demmu, ma jkollkomx il-ħajja fikom.

73 of 91

Min jiekol ġismi u jixrob demmi għandu l-ħajja ta’ dejjem, u jiena nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum.

74 of 91

Għax ġismi huwa tassew ikel, u demmi hu tassew xorb.

75 of 91

Min jiekol ġismi u jixrob demmi jibqa’ fija u jiena fih. Bħalma bagħatni

l-Missier, li hu ħaj, u jiena ngħix b’Missieri,

76 of 91

hekk ukoll min jiekol lili, hu wkoll jgħix bija. Dan huwa l-ħobż li niżel

mis-sema;

77 of 91

mhuwiex bħal dak li kielu missirjietkom u mietu; min jiekol dan il-ħobż jgħix għal dejjem”.

78 of 91

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

79 of 91

Festa Solenni

Il-Ġisem u

d-Demm Imqaddes ta’ Kristu

80 of 91

Jiena nemmen f’Alla wieħed, il-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u

l-art, dak kollu li jidher u dak li ma jidhirx.

81 of 91

U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,

imnissel mill-Missier

qabel kull żmien.

82 of 91

Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier u bih sar kollox.

83 of 91

Niżel mis-smewwiet għalina

l-bnedmin u għall-fidwa

tagħna.

84 of 91

U ħa l-ġisem

bis-setgħa tal-Ispirtu

s-Santu minn Marija Verġni u sar bniedem.

85 of 91

Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh, u fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet, skont

il-Kotba mqaddsa,

86 of 91

u tela’ s-sema, u qieghed fuq

il-lemin tal-Missier.

87 of 91

U għandu jerġa jiġi

bil-glorja biex jagħmel ħaqq

mill-ħajjin u mill-mejtin, u s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem.

88 of 91

U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej

mill-Missier u mill-Iben:

89 of 91

li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u

mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.

90 of 91

U fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika, appostolika.

Nistqarr magħmudija waħda

għall-maħfra tad-dnubiet.

91 of 91

U nistenna l-qawma

mill-imwiet, u l-ħajja

taż-żmien li ġej.

Ammen.