Qari mit-Tieni Ktieb
ta’ Samwel
2 Sam 6, 12b-15.17-19
F’dak iż-żmien, David mar u talla’ l-arka ta’ Alla
bil-ferħ mid-dar ta’ Għobed-edom għall-belt ta’ David.
U malli r-reffiegħa tal-arka
tal-Mulej imxew xi sitt passi, offra b’sagrifiċċju gendus u għoġol imsemmen.
David, liebes efod
tal-għażel, beda jiżfen b’ħiltu kollha quddiem
il-Mulej.
U hekk David u
d-dar kollha ta’ Iżrael
wasslu l-arka tal-Mulej b’għajjat ta’ ferħ u daqq
tat-trombi.
Ġiebu l-arka tal-Mulej u qegħduha f’postha, fit-tinda li kien waqqaf għaliha David.
David imbagħad offra sagrifiċċji tal-ħruq u sagrifiċċji tas-sliem quddiem il-Mulej.
Meta kien offra s-sagrifiċċji tal-ħruq u s-sagrifiċċji
tas-sliem, David bierek
il-poplu b’isem il-Mulej tal-eżerċti;
u qassam lill-poplu kollu, lill-kotra ta’ Iżrael, rġiel u nisa, ftira ħobż, biċċa laħam u ċappa żbib kull wieħed.
U l-poplu kollu telaq, kulħadd lejn daru.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
R:/ Il-Mulej hu
s-Sultan tal-glorja
Salm Responsorjali
Intrefgħu, bibien,
infetħu, intom bibien ta’ dejjem,
ħalli jidħol is-Sultan
tal-glorja!
R:/ Il-Mulej hu
s-Sultan tal-glorja
Min hu dan is-Sultan
tal-glorja?
Hu l-Mulej setgħan u qawwi,
il-Mulej qawwi fit-taqbida.
R:/ Il-Mulej hu
s-Sultan tal-glorja
Intrefgħu, bibien,
infetħu, intom bibien ta’ dejjem,
ħalli jidħol is-Sultan
tal-glorja!
R:/ Il-Mulej hu
s-Sultan tal-glorja
Min hu dan is-Sultan
tal-glorja?
Hu l-Mulej tal-eżerċti:
dan hu s-Sultan tal-glorja!
R:/ Il-Mulej hu
s-Sultan tal-glorja
Hallelujah, Hallelujah
Infaħħrek, Missier, Sid
is-sema u l-art,
għax inti dawn il-ħwejjeġ tas-Saltna wrejthom
liċ-ċkejknin.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont �San Mark
Mk 3, 31-35
R:/ Glorja lilek Mulej
F’dak iż-żmien, ġew omm Ġesù u ħutu, baqgħu barra u bagħtu jsejħulu. Dak
il-ħin kien hemm ħafna nies bilqiegħda madwaru.
Qalulu:
“Ara, ommok u ħutek qegħdin hemm barra u jriduk.”
U hu weġibhom:
“Min huma ommi u ħuti?”
Imbagħad dawwar ħarstu fuq dawk li kien hemm madwaru bilqiegħda, u qal:
“Dawn, ara, huma ommi u ħuti. Kull min jagħmel
ir-rieda ta’ Alla, dak
huwa ħija, u oħti, u ommi.”
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu