Qari mill-Ittra ta’
San Pawl Appostlu
lill-Galatin
Gal 5, 1-6
Ħuti, Kristu ħelisna biex ngħixu ta' nies ħielsa.
Żommu sħiħ, u terġgħux tmiddu għonqkom
għall-madmad tal-jasar.
Araw, jiena, Pawlu, qiegħed ngħidilkom:
jekk toqogħdu
għaċ-ċirkonċiżjoni, xejn ma jkun jiswielkom Kristu.
Jiena nistqarr għal darb'oħra quddiem kull min qagħad
għaċ-ċirkonċiżjoni,
li hu marbut għall-ħarsien tal-Liġi kollha.
Intom li tfittxu
l-ġustifikazzjoni
fil-Liġi intom maqtugħa minn Kristu; intom twarrabtu mill-grazzja.
Imma aħna t-tama
tal-ġustifikazzjoni
nistennewha bl-ispirtu permezz tal-fidi.
Għaliex fi Kristu Ġesù
biċ-ċirkonċiżjoni jew
mingħajrha xejn ma jkun jiswa ħlief biss il-fidi li taħdem permezz tal-imħabba.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
R:/ Ħa tinżel fuqi
tjubitek, Mulej
Salm Responsorjali
Ħa tinżel fuqi tjubitek,
Mulej,
u s-salvazzjoni tiegħek
skont il-wegħda tiegħek.
Tneħħili qatt minn fommi kliem is-sewwa,
għax jien fid-digrieti
tiegħek nittama.
R:/ Ħa tinżel fuqi
tjubitek, Mulej
Inħares il-liġi tiegħek
għal dejjem,
u għal dejjem ta' dejjem.
U nkun bla xkiel
fil-mixi tiegħi,
għax jiena nfittex
il-preċetti tiegħek.
R:/ Ħa tinżel fuqi
tjubitek, Mulej
Nitgħaxxaq
bil-kmandamenti tiegħek,
li jiena ħabbejt.
Nerfa' jdejja lejn
il-kmandamenti tiegħek,
u naħseb fuq il-preċetti tiegħek.
R:/ Ħa tinżel fuqi
tjubitek, Mulej
Hallelujah, Hallelujah
Il-kelma ta’ Alla hi
ħajja u qawwija;
tgħarbel il-ħsibijiet
u l-fehmiet tal-qalb.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa�Lq 11, 37-41
R:/ Glorja lilek Mulej
F’dak iż-żmien, waqt li Ġesù kien qed jitkellem, wieħed Fariżew stiednu għandu għall-ikel. Daħal għandu u qagħad bilqiegħda.
Imma l-Fariżew stagħġeb meta ra li qabel xejn ma nħasilx skont ir-riti ta' qabel l-ikel u l-Mulej qallu:
“U issa intom il-Fariżej! Intom tnaddfu t-tazza u
l-platt minn barra, iżda minn ġewwa intom mimlija bis-serq u l-ħażen.
Kemm intom bla moħħ!
Min għamel in-naħa ta' barra, ma għamilx ukoll in-naħa ta‘ ġewwa?
Mela agħtu karità minn dak li hemm ġewwa,
u taraw kif kollox ikunilkom nadif.”
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu