1 of 38

Qari mill-Ktieb tal-

Profeta Ġeremija.

Ġer 26, 1-9

2 of 38

Fil-bidu tas-saltna ta’ Ġeħojakim bin Ġosija, sultan ta’ Ġuda, ġiet

lill-Ġeremija l-kelma

tal-Mulej:

3 of 38

Hekk jgħid il-Mulej:

Mur u oqgħod fil-bitħa

tat-tempju tal-Mulej, kellem lill-ibliet kollha

ta’ Ġuda,

4 of 38

li jiġu biex iqimu fit-tempju

tal-Mulej; għidilhom

il-kliem kollu li ordnajtlek tgħidilhom, bla ma tħalli

kelma waħda biss.

5 of 38

Għandhom mnejn jisimgħu, u jerġgħu lura kull wieħed minnhom

minn triqtu l-ħażina,

6 of 38

u jiena nindem mill-ħsara

li bi ħsiebni nagħmlilhom minħabba l-ħażen

ta’ għemilhom.

7 of 38

Għidilhom: Dan jgħid

il-Mulej: Jekk intom ma

tisimgħux minni biex timxu fuq il-liġi tiegħi li tajtkom,

8 of 38

jiġifieri, biex tisimgħu

l-kliem tal-qaddejja tiegħi

l-profeti li jiena bla heda

bgħattilkom, imma li intom ma smajtux minnhom,

9 of 38

jiena nagħmel minn dan

it-tempju ħerba bħal Silo, u lil din il-belt nagħmel minnha wirja ta’ saħta

għall-ġnus kollha tad-dinja.”

10 of 38

Il-qassisin, il-profeti u �l-poplu kollu semgħu lil

Ġeremija jgħid dan il-kliem fit-tempju tal-Mulej.

11 of 38

Malli Ġeremija temm jgħid

kulma l-Mulej kien ordnalu jgħid lill-poplu kollu,

12 of 38

il-qassisin u l-profeti u

l-poplu kollu, qabduh u bdew jgħajtu:

13 of 38

“Ħaqqu l-mewt. L-għala ħabbart f’isem il-Mulej

u għedt li bħal Silo

għad jiġrilu dan it-tempju,

14 of 38

u li din il-belt għad issir ħerba bla nies?”

U l-poplu kollu nġabar

madwar Ġeremija

fit-tempju tal-Mulej.

15 of 38

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

16 of 38

R:/ O Alla, weġibni,

fil-kobor ta’ tjubitek

Salm Responsorjali

17 of 38

Dawk li għal xejn jobogħduni

huma iżjed mix-xagħar ta’ rasi;

18 of 38

dawk li bil-gideb

jixluni huma b’saħħithom

aktar minn għadmi;

ġagħluni rrodd dak

li ma sraqtx.

19 of 38

R:/ O Alla, weġibni,

fil-kobor ta’ tjubitek

20 of 38

Għax minħabba fik qiegħed nilqa’ t-tmaqdir,

u l-mistħija tiksili wiċċi.

Sirt barrani għal ħuti;

ulied ommi ma jagħrfunix.

21 of 38

Għax il-ħeġġa għal

darek fnietni,

it-tagħjir ta’ min jgħajjar lilek waqa’ fuqi.

22 of 38

R:/ O Alla, weġibni,

fil-kobor ta’ tjubitek

23 of 38

Imma jien lilek nitlob, Mulej;

meta jogħġbok, o Alla, weġibni,

24 of 38

fil-kobor ta’ tjubitek

u skont

il-wegħda tas-salvazzjoni tiegħek.

25 of 38

R:/ O Alla, weġibni,

fil-kobor ta’ tjubitek

26 of 38

Hallelujah, Hallelujah

27 of 38

Il-kelma tal-Mulej

tibqa’ għal dejjem:

din hi l-kelma �tal-Evanġelju

li kien imxandar lilkom.

28 of 38

Hallelujah, Hallelujah

29 of 38

Qari mill-Evanġelju skont

San Mattew

Mt 13, 54-58

R:/ Glorja lilek Mulej

30 of 38

F’dak iż-żmien, Ġesù mar lejn pajjiżu. Beda jgħallem lin-nies fis-sinagoga tagħhom, u huma baqgħu mistagħġba hekk li

bdew jgħidu:

31 of 38

“Mnejn ġieb dan l-għerf

U din il-qawwa

tal-għaġeb?

32 of 38

Dan mhuwiex bin

il-mastrudaxxa? Ommu mhijiex dak li jisimha Marija, u ħutu Ġakbu u Ġużeppi u Xmun u Ġuda?

33 of 38

U ħutu l-bniet mhumiex

kollha magħna?

Mnejn ġieh dan kollu?”

34 of 38

U tfixklu minħabba fih.�Imma Ġesù qalilhom:

35 of 38

“Ebda profeta ma hu �bla ġieħ jekk mhux f’pajjiżu u daru stess.”

36 of 38

U hemmhekk ma għamilx ħafna mirakli minħabba

n-nuqqas ta’ fidi tagħhom.

37 of 38

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

38 of 38