Il-parabbola
taż-żerriegħa
Glorja `l Alla fil-għoli
tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.
Infaħħruk,
inberkuk,
nadurawk,
nagħtuk ġieh.
Inroddulek ħajr
għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan
tas-sema,
Alla Missier li tista’ kollox.
Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,
Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ħenn għalina.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.
Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis, Int waħdek Mulej,
Int waħdek il-għoli,
Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu
s-Santu:
fil-glorja tal-Missier Alla.
Ammen.
Il-parabbola
taż-żerriegħa
Qari mill-Ktieb tal-
Profeta Isaija
Is 55, 10-11
Dan jgħid il-Mulej:
“Bħalma x-xita u s-silġ jinżlu mis-smewwiet,
u ma jerġgħux lura mnejn ġew bla ma jsaqqu l-art,
imma jġegħluha tnissel u tnibbet, u tagħti
ż-żerriegħa lil min jiżra’ u l-ħobż lil min jiekol,
hekk jiġri minn kelmti:
hija toħroġ minn fommi, u ma terġax lura vojta, imma tagħmel dak li jogħġob lili, u ttemm dak li nkun bgħattha tagħmel”.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
R:/ Iż-żerriegħa waqgħet f’art tajba, u għamlet
il-frott
Salm Responsorjali
Inti żżur l-art u ssaqqiha,
u tagħniha bil-ġid tiegħek.
Il-wied ta’ Alla mimli
bl-ilma,
il-qamħ tagħhom ħejjejtilhom.
R:/ Iż-żerriegħa waqgħet f’art tajba, u għamlet
il-frott
Hekk int tħejjiha:
issaqqi r-raddiet u twitti
t-tub tagħha,
bl-irxiex trattabha u tberkilha ż-żrieragħ.
Fawwart is-sena bi tjubitek,
triqatek bil-ġid joqtru.
R:/ Iż-żerriegħa waqgħet f’art tajba, u għamlet
il-frott
Joqtru bin-nida l-mergħat tad-deżert,
u bil-ferħ jitħażżmu
l-għoljiet.
Il-mergħat jimtlew
bl-imrieħel,
il-widien jinksew
bil-qamħ;
jgħajtu lkoll u jgħannu
bil-ferħ!
R:/ Iż-żerriegħa waqgħet f’art tajba, u għamlet
il-frott
Qari mill-Ittra ta’
San Pawl Appostlu
lir-Rumani
Rum 8, 18-23
Ħuti, jiena għadni persważ li t-tbatijiet ta’ issa ma għandhom xejn x’jaqsmu mal-glorja li għad trid tidher fina.
Il-ħlejjaq kollha qegħdin jistennew ħerqana
r-rivelazzjoni ta’ wlied Alla; għax il-ħolqien jinsab taħt il-frugħa –
mhux minn rajh, imma minħabba dak li xeħtu taħtha –
bit-tama li l-ħlejjaq huma wkoll għad ikunu meħlusa mill-jasar tat-taħsir u jiksbu l-ħelsien tal-glorja ta’ wlied Alla.
Aħna nafu li l-ħolqien kollu għadu s’issa jitniehed
bl-uġigħ tal- ħlas;
u mhux hu biss, imma wkoll aħna li għandna
l-ewwel frott tal-Ispirtu,
aħna wkoll nitniehdu fina nfusna waqt li nistennew
l-adozzjoni ta’ wlied,
il-fidwa ta’ ġisimna.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
Hallelujah, Hallelujah
Iż-żerriegħa hi l-Kelma ta’ Alla u l-bidwi hu Kristu:
kull min isib lilu, għandu
l-ħajja ta’ dejjem.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont
San Mattew
Mt 13, 1-23
R:/ Glorja lilek Mulej
Dakinhar Ġesù ħareġ
mid-dar, mar f’xatt il-baħar u qagħad bilqiegħda hemm.
U nġabru madwaru folol hekk kbar ta’ nies li kellujitla’ fuq dgħajsa u jinżel bilqiegħda fiha;
in-nies qagħdu lkoll wieqfa fuq ix-xatt, u hu beda jkellimhom fuq bosta ħwejjeġ bil-parabboli.
U qalilhom:
“Darba wieħed bidwi ħareġ jiżra’. Huwa u jiżra’, xi żerrigħat waqgħu mal-mogħdija,
ġew l-għasafar u naqqruhom kollha. Oħrajn waqgħu f’art kollha blat, fejn ma kienx hemm wisq ħamrija,
u malajr nibtu, għax
il-ħamrija ma kinitx fonda; iżda mbagħad telgħet
ix-xemx, u nħarqu u nixfu, għax ma kellhomx għeruq.
Oħrajn waqgħu qalb
ix-xewk, u x-xewk kiber magħhom u ħonoqhom.
Imma oħrajn waqgħu
f’art tajba, u għamlu
l-frott, min mija, min sittin, u min tletin. Min għandu widnejn, ħa jisma!”.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu
Il-parabbola
taż-żerriegħa
Jiena nemmen f’Alla wieħed, il-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u
l-art, dak kollu li jidher u dak li ma jidhirx.
U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,
imnissel mill-Missier
qabel kull żmien.
Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier u bih sar kollox.
Niżel mis-smewwiet għalina
l-bnedmin u għall-fidwa
tagħna.
U ħa l-ġisem
bis-setgħa tal-Ispirtu
s-Santu minn Marija Verġni u sar bniedem.
Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh, u fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet, skont
il-Kotba mqaddsa,
u tela’ s-sema, u qieghed fuq
il-lemin tal-Missier.
U għandu jerġa jiġi
bil-glorja biex jagħmel ħaqq
mill-ħajjin u mill-mejtin, u s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem.
U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej
mill-Missier u mill-Iben:
li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u
mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.
U fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika, appostolika.
Nistqarr magħmudija waħda
għall-maħfra tad-dnubiet.
U nistenna l-qawma
mill-imwiet, u l-ħajja
taż-żmien li ġej.
Ammen.