1 of 96

Sena A

L-Ewwel Ħadd

tar-Randan

2 of 96

Glorja `l Alla fil-għoli

tas-smewwiet, u paċi fl-art

lill-bnedmin ta’ rieda tajba.

3 of 96

Infaħħruk, inberkuk, nadurawk, nagħtuk ġieh. Inroddulek ħajr għall-glorja kbira tiegħek.

4 of 96

Mulej Alla,

Sultan tas-sema,

Alla Missier li tista’ kollox. Mulej Iben waħdieni,

Ġesù Kristu,

5 of 96

Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla,

Bin il-Missier.

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ħenn għalina.

6 of 96

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna. Int li qiegħed fuq il-lemin

tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis,

7 of 96

Int waħdek Mulej,

Int waħdek il-għoli,

Ġesù Kristu,

ma’ l-Ispirtu s-Santu:

fil-glorja tal-Missier Alla. Ammen.

8 of 96

Sena A

L-Ewwel Ħadd

tar-Randan

9 of 96

Qari I

Il-ħolqien ta’ Adam u Eva u d-dnub tagħhom.

Qari mill-Ktieb

tal-Ġenesi. 2, 7-9; 3, 1-7

10 of 96

Il-Mulej Alla

sawwar il-bniedem

mit-trab tal-art

11 of 96

u nefaħlu fi mnifsejh

nifs il-ħajja,

u l-bniedem

sar ħlejqa ħajja.

12 of 96

U l-Mulej Alla

ħawwel ġnien fl-Għeden,

in-naħa tal-Lvant,

u qiegħed hemm

il-bniedem li kien sawwar.

13 of 96

U l-Mulej Alla

nibbet mill-art

is-siġar kollha

li jpaxxu l-għajn

u bnina għall-ikel;

14 of 96

u s-siġra tal-ħajja

f’nofs il-ġnien

u s-siġra ta’ tagħrif

it-tajjeb u l-ħażin.

15 of 96

Is-serp kien

l-aktar wieħed li jilħaqlu

fost

l-annimali selvaġġi kollha,

li kien għamel il-Mulej Alla.

16 of 96

U qal lill-mara:

«Tassew li Alla qalilkom:

“La tiklux mis-siġar kollha

tal-ġnien?”»

17 of 96

U l-mara wieġbet lis-serp: «Mill-frott

tas-siġar fil-ġnien

nistgħu nieklu.

18 of 96

«Imma mill-frott

li hemm f’nofs il-ġnien, Alla qalilna:

19 of 96

“La tiklux minnu,

u lanqas

ma għandkom tmissuh,

inkella tmutu.”»

20 of 96

U s-serp qal lill-mara:

«Le, żgur ma tmutux.

21 of 96

«Imma Alla jaf li dakinhar

li tieklu minnu

jinfetħu għajnejkom

u ssiru bħal allat,

li jafu t-tajjeb u l-ħażin.»

22 of 96

U l-mara rat li s-siġra kienet tajba għall-ikel

u tiġbdek fil-għajn,

u s-siġra tħajrek

biex tikseb id-dehen;

23 of 96

u ħadet mill-frott u kielet.

Imbagħad tat ukoll

lil żewġha,

li kien magħha, u kiel.

24 of 96

U nfetħu

għajnejhom it-tnejn

u ntebħu li kienu għerja, u ħietu weraq tat-tin,

u għamlu iħżma.

25 of 96

Il-Kelma tal-Mulej.

℟. Irroddu ħajr lil Alla.

26 of 96

Salm Responsorjali

Salm50 (51), 3-4.5-6a.12-13. 14 u 17

℟. Ħenn għalina Mulej,

għaliex dnibna.

27 of 96

Ikollok ħniena minni,

O Alla, fi tjubitek;

fil-kobor tal-ħniena tiegħek ħassar ħtijieti.

28 of 96

Aħsilni kollni

mill-ħtija tiegħi;

naddafni

mid-dnub tiegħi.

29 of 96

℟. Ħenn għalina Mulej,

għaliex dnibna.

30 of 96

Għax jien

nagħrafhom ħtijieti;

id-dnub tiegħi

dejjem quddiemi.

31 of 96

Kontrik biss jiena dnibt,

u dak li hu ħażin f’għajnejk għamilt.

32 of 96

℟. Ħenn għalina Mulej,

għaliex dnibna.

33 of 96

Oħloq fija qalb safja,

O Alla,

u spirtu qawwi

ġedded fija.

34 of 96

La twarrabnix minn quddiemek;

tneħħix minni l-ispirtu qaddis tiegħek.

35 of 96

℟. Ħenn għalina Mulej,

għaliex dnibna.

36 of 96

Roddli l-hena

tas-salvazzjoni tiegħek,

u bi spirtu qalbieni wettaqni.

37 of 96

Iftaħli xufftejja, Sidi,

u fommi jxandar

it-tifħir tiegħek.

38 of 96

℟. Ħenn għalina Mulej,

għaliex dnibna.

39 of 96

Qari II

Fejn kotor id-dnub, kotrot fuq li kotrot il-grazzja.

Qari mill-Ittra

ta’ San Pawl Appostlu

lir-Rumani. 5, 12-19

40 of 96

Ħuti,

kien permezz

ta’ bniedem wieħed

41 of 96

li fid-dinja daħal id-dnub,

u permezz tad-dnub

il-mewt,

42 of 96

u hekk il-mewt

laħqet il-bnedmin kollha,

għax kollha dinbu.

43 of 96

Kienet għada

ma waslitx il-Liġi,

id-dnub kien ġa fid-dinja:

44 of 96

imma d-dnub

ma kienx magħdud, ladarba liġi ma kienx hemm.

45 of 96

Madankollu

l-mewt saltnet ukoll

minn Adam sa Mosè,

46 of 96

imqar fuq dawk

li ma waqgħux fid-dnub

li fih kien waqa’ Adam,

li kien xbieha

ta’ dak li kellu jiġi.

47 of 96

Imma d-don

m’huwiex bħall-ħtija.

Għax jekk permezz

ta’ ħtija waħda

mietet il-kotra,

48 of 96

aktar u aktar issa

l-grazzja ta’ Alla

u d-don mogħti bil-grazzja

ta’ bniedem wieħed

49 of 96

li hu Ġesù Kristu,

xterdu bil-bosta

fuq il-kotra.

50 of 96

U d-don anqas

ma hu bħall-frott

ta’ dak il-wieħed li dineb;

51 of 96

għax tassew, il-ġudizzju mogħti fuq dnub wieħed,

wassal sal-kundanna,

52 of 96

iżda d-don mogħti wara ħafna dnubiet iwassal

għall-ġustifikazzjoni.

53 of 96

Għax jekk minħabba

fil-ħtija ta’ wieħed waħdu saltnet il-mewt permezz

ta’ dak il-wieħed,

54 of 96

aktar u aktar

dawk li jirċievu

l-kotra tal-grazzja

u d-don tal-ġustizzja

55 of 96

għad isaltnu fil-ħajja permezz ta’ wieħed

li hu Ġesù Kristu.

56 of 96

Mela kif bil-ħtija

ta’ wieħed waħdu

waslet il-kundanna

fuq il-bnedmin kollha,

57 of 96

hekk ukoll

bl-opra tal-ġustizzja

ta’ wieħed waslet

lill-bnedmin kollha

l-ġustifikazzjoni tal-ħajja.

58 of 96

Għax kif

bid-diżubbidjenza

ta’ bniedem wieħed

il-ħafna saru midinbin,

59 of 96

hekk ukoll

bl-ubbidjenza ta’ wieħed

il-ħafna jsiru ġusti.

60 of 96

Il-Kelma tal-Mulej.

℟. Irroddu ħajr lil Alla.

61 of 96

Glorja u tifħir

lilek Kristu.

℟.Glorja u tifħir

lilek Kristu.

62 of 96

Matt 4, 4b

Il-bniedem mhux

bil-ħobż biss jgħix,

imma b’kull kelma

li toħroġ minn fomm Alla.

63 of 96

Glorja u tifħir

lilek Kristu.

℟.Glorja u tifħir

lilek Kristu.

64 of 96

Evanġelju

Ġesù jsum għal erbgħin jum u jiġġarrab mix-xitan.

✠ Qari mill-Evanġelju

skont San Mattew. 4, 1-11

65 of 96

F’dak iż-żmien,

l-Ispirtu ħa lil Ġesù

fid-deżert

biex ix-xitan iġarrbu.

66 of 96

U Ġesù baqa’ sajjem

għal erbgħin jum

u erbgħin lejl,

u fl-aħħar ħadu l-ġuħ.

67 of 96

U resaq it-tentatur

u qallu:

«Jekk inti Bin Alla,

ordna li dan il-ġebel

isir ħobż.»

68 of 96

Iżda Ġesù wieġbu:

«Hemm miktub:

69 of 96

“Il-bniedem

mhux bil-ħobż biss jgħix, iżda b’kull kelma

li toħroġ minn

fomm Alla.”»

70 of 96

Imbagħad ix-Xitan

ħadu miegħu

fil-Belt imqaddsa,

71 of 96

qiegħdu fuq

il-quċċata tat-tempju,

u qallu:

72 of 96

«Jekk inti Bin Alla, inxteħet għal isfel;

għax hemm miktub li:

73 of 96

“Lill-anġli tiegħu jordnalhom

jieħdu ħsiebek,

74 of 96

“u li fuq idejhom jerfgħuk, ħalli ma taħbatx riġlek

ma’ xi ġebla.”»

75 of 96

Qallu Ġesù:

«Hemm miktub ukoll: “Iġġarrabx lill-Mulej,

Alla tiegħek.”»

76 of 96

Għal darb’oħra x-xitan ħadu miegħu

fuq muntanja

għolja ħafna,

77 of 96

urieh is-saltniet kollha

tad-dinja

u l-glorja tagħhom,

u qallu:

78 of 96

«Dawn kollha

nagħtihom lilek

jekk tinxteħet tadurani.»

79 of 96

Imbagħad qallu Ġesù:

«Itlaq, Xitan!

Għax hemm miktub:

80 of 96

“Lill-Mulej, Alla tiegħek,

għandek tadura,

u lilu biss taqdi.”»

81 of 96

Imbagħad

ix-Xitan ħallieh.

U minnufih ġew xi anġli

u kienu jaqduh.

82 of 96

Il-Kelma tal-Mulej.

℟. Tifħir lilek Kristu.

83 of 96

Sena A

L-Ewwel Ħadd

tar-Randan

84 of 96

Jiena nemmen f’Alla wieħed,

il-Missier li jista’ kollox,

li ħalaq is-sema u

l-art, dak kollu li jidher

u dak li ma jidhirx.

85 of 96

U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,

imnissel mill-Missier

qabel kull żmien.

86 of 96

Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier

u bih sar kollox.

87 of 96

Niżel mis-smewwiet għalina

l-bnedmin u għall-fidwa

tagħna.

88 of 96

U ħa l-ġisem

bis-setgħa tal-Ispirtu

s-Santu minn Marija Verġni

u sar bniedem.

89 of 96

Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh,

u fit-tielet jum qam

minn bejn l-imwiet, skont

90 of 96

il-Kotba mqaddsa,

u tela’ s-sema, u qieghed fuq

il-lemin tal-Missier.

91 of 96

U għandu jerġa jiġi

bil-glorja biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin, u

s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem.

92 of 96

U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej mill-Missier u mill-Iben:

93 of 96

li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u

mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.

94 of 96

U fi Knisja waħda,

qaddisa, kattolika,appostolika.

Nistqarr magħmudija waħda

għall-maħfra tad-dnubiet.

95 of 96

U nistenna l-qawma

mill-imwiet, u l-ħajja

taż-żmien li ġej.

Ammen.

96 of 96

Sena A

L-Ewwel Ħadd

tar-Randan