1 of 47

22 ta’ Lulju

Festa ta’

Santa Marija Maddalena

2 of 47

Glorja `l Alla fil-għoli

tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.

3 of 47

Infaħħruk,

inberkuk,

nadurawk,

nagħtuk ġieh.

4 of 47

Inroddulek ħajr

għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan

tas-sema,

Alla Missier li tista’ kollox.

5 of 47

Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,

Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.

6 of 47

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ħenn għalina.

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.

7 of 47

Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis, Int waħdek Mulej,

Int waħdek il-għoli,

8 of 47

Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu

s-Santu:

fil-glorja tal-Missier Alla.

Ammen.

9 of 47

22 ta’ Lulju

Festa ta’

Santa Marija Maddalena

10 of 47

Qari mit-Tieni Ittra ta’

San Pawl Appostlu

Lill-Korintin

2 Kor 5: 14-17

11 of 47

L-imħabba ta’ Kristu ġġegħelna naħsbu dan: li wieħed miet għal kulħadd, mela kulħadd miet.

12 of 47

U miet għal kulħadd biex dawk li jgħixu ma jgħixux għalihom infushom, imma għal dak li miet u rxoxta għalihom.

13 of 47

Għalhekk aħna ma nagħrfu lil ħadd skont il-ġisem. Jekk għarafna lil Kristu skont il-ġisem, issa ma nagħrfuhx aktar hekk.

14 of 47

Meta wieħed jingħaqad ma’ Kristu, isir ħolqien ġdid; il-qadim għadda u daħal il-ġdid.

15 of 47

Il-Kelma tal-Mulej

R/. Irroddu ħajr lil Alla

16 of 47

R:/ Għalik għatxana ruħi, Mulej, Alla tiegħi!

Salm Responsorjali

17 of 47

O Alla, int Alla tiegħi!

Għalik inbakkar jiena.

Għalik għatxana ruħi,

18 of 47

ġismi qed inin għalik,

bħal art niexfa, maħruqa, bla ilma.

19 of 47

R:/ Għalik għatxana ruħi, Mulej, Alla tiegħi!

20 of 47

Irrid niġi naħseb fik

fit-tempju,

biex nara s-setgħa tiegħek u l-glorja tiegħek.

21 of 47

Għax il-grazzja tiegħek aħjar mill-ħajja,

xofftejja jfaħħruk

22 of 47

R:/ Għalik għatxana ruħi, Mulej, Alla tiegħi!

23 of 47

Hekk inbierkek ħajti kollha,

u f’ismek nerfa’ idejja.

24 of 47

Bħalma jien nimtela b’ikel li jsemmen,

hekk fommi jgħanni b’xofftejn ferrieħa.

25 of 47

R:/ Għalik għatxana ruħi, Mulej, Alla tiegħi!

26 of 47

Għax int kont għajnuna għalija;

għad-dell ta’ ġwenħajk ngħanni bil-ferħ.

27 of 47

Ruħi miegħek tqabbad;

lili żżommni l-leminija tiegħek.

28 of 47

R:/ Għalik għatxana ruħi, Mulej, Alla tiegħi!

29 of 47

Hallelujah, Hallelujah

30 of 47

Għidilna, Marija, ħabbrilna: fit-triq ’il min rajt: Jien rajt qabar Kristu li rxoxta fis-sebħ

tal-qawmien.

31 of 47

Hallelujah, Hallelujah

32 of 47

Qari mill-Evanġelju skont �San Ġwann

Ġw 20:1-2.11-18

R:/ Glorja lilek Mulej

33 of 47

Jien l-ewwel jum tal-ġimgħa, filgħodu kmieni kif kien għadu d-dlam,

34 of 47

u Marjam ta’ Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar.

35 of 47

Marjam baqgħet ’il barra mill-qabar, tibki. Kif kienet qiegħda tibki tbaxxiet lejn il-qabar, u rat żewġ anġli libsin l-abjad, bilqiegħda,

36 of 47

wieħed in-naħa tar-ras u

l-ieħor in-naħa tar-riġlejn fejn qabel kien hemm il-ġisem ta’ Ġesù.

37 of 47

Huma qalulha:

“Mara, għalfejn qiegħda, tibki?”

38 of 47

Hi wieġbet:

“Għax ħadu ’l Sidi, u ma nafx fejn qegħduh.”

39 of 47

Kif qalet hekk, daret lura u rat lil Ġesù wieqaf, iżda ma ntebħitx li kien Ġesù. Ġesù qalilha:

40 of 47

“Mara, għalfejn qiegħda tibki? Lil min qiegħdha tfittex?”

Hi ħasbet li kien il-ġennien, u qaltlu:

41 of 47

“Sidi, jekk neħħejtu int minn hawn, għidli fejn qegħedtu, u jiena nġibu lura.”

Ġesù weġibha:

42 of 47

“Marjam!”

Hi daret u qaltlu:

“Rabbuni!”

(jiġifieri, Mgħallem).

Ġesù qalilha:

43 of 47

“Ħallini, għax għadni ma tlajtx għand Missieri; imma mur għand ħuti u għidilhom li sa nitla’ għand Missieri u

44 of 47

Missierkom, Alla tiegħi u Alla tagħkom.”

45 of 47

“Rajt il-Mulej u tani

dil-bxara.”

Marjam minn Magdala marret għand id-dixxipli tagħtihom l-aħbar:

46 of 47

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

47 of 47

22 ta’ Lulju

Festa ta’

Santa Marija Maddalena