Qari mill-Ewwel Ittra ta’
San Pawl Appostlu
lill-Korintin
1, Kor 1, 26-31
Ħuti, araw x’intom,
li Alla sejħilkom; għax mhumiex ħafna fostkom
li huma għorrief skont
il-qjies tad-dinja,
mhumiex ħafna s-setgħana, mhumiex ħafna n-nobbli. Imma Alla għażel in-nies boloh għad-dinja biex iħawwad l-għorrief;
għażel id-dgħajfa tad-dinja biex iħawwad il-qawwija; għażel il-mistmerra
mid-dinja, u n-nies li ma huma xejn,
biex iġib fix-xejn ’il dawk li huma xi ħaġa. Hekk ebda bniedem ma jkun jista’ jiftaħar quddiem Alla.
Minnu li intom tinsabu fi
Kristu Ġesù li sar għalina
l-għerf mingħand Alla, ġustizzja, qdusija u fidwa, biex bħalma hu miktub,
‘min jiftaħar, ħa jiftaħar
fil-Mulej.’
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
R:/ Hieni l-poplu li
l-Mulej għażel b’wirtu
Salm Responsorjali
Hieni l-ġens li l-Mulej
hu Alla tiegħu,
il-poplu li hu għażel b’wirtu.
Mill-għoli tas-smewwiet iħares il-Mulej,
u jara l-bnedmin
kollha.
R:/ Hieni l-poplu li
l-Mulej għażel b’wirtu
Ara, għajnejn il-Mulej fuq dawk li jibżgħu minnu,
fuq dawk li jittamaw
fit-tjieba tiegħu,
Biex jeħilsilhom
mill-mewt ħajjithom,
u jaħjihom fi żmien
il-ġuħ.
R:/ Hieni l-poplu li
l-Mulej għażel b’wirtu
Ruħna tixxennaq
għall-Mulej,
hu l-għajnuna u t-tarka tagħna.
Fih jinsab l-hena ta’ qalbna,
fl-isem qaddis tiegħu
t-tama tagħna.
R:/ Hieni l-poplu li
l-Mulej għażel b’wirtu
Hallelujah, Hallelujah
Nagħtikom kmandament ġdid, jgħid il-Mulej:
bħalma ħabbejtkom jien, hekk ukoll ħobbu
intom lil xulxin.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont �San Mattew
Mt 25, 14-30
R:/ Glorja lilek Mulej
F’dak iż-żmien, Ġesù
qal din il-parabbola
lid-dixxipli tiegħu:
“Għax dan bħal wieħed
li kien se jsiefer, u sejjaħ lill-qaddejja tiegħu u ħallielhom
ġidu f’idejhom.
Lil wieħed tah ħames talenti, lil ieħor tnejn, u lil ieħor wieħed, kull wieħed skond il-ħila tiegħu.
U siefer.
Dak li kien ħa l-ħames talenti mar minnufih
iħaddimhom u qala’
ħamsa oħra.
Hekk ukoll dak li kien ħa tnejn qala’ tnejn oħra.
Iżda dak li ħa wieħed mar
ħaffer fl-art u ħeba flus sidu.
Wara ħafna, sid dawk
il-qaddejja raġa’ lura u
beda jagħmel il-kontijiet magħhom.
Resaq quddiemu dak li
kien ħa ħames talenti u ġieblu ħames talenti oħra.
Qallu:
‘Sinjur, ħames talenti ħallejtli f’idejja; hawn, ara, qlajt ħamsa oħra.’
Qallu s-sinjur,
‘Sewwa, qaddej tajjeb u fidil; int kont fidil fil-ftit,
u jien se nafdak fuq ħafna; idħol fl-hena ta’ sidek.’
Resaq ukoll dak li kien
ħa żewġ talenti, u qallu,
‘Sinjur, żewġ talenti ħallejtli f’idejja; hawn, ara, qlajt tnejn oħra.’
Qallu s-sinjur,
‘Sewwa, qaddej tajjeb u fidil; Int kont fidil fil-ftit,
u jien se nafdak fuq ħafna;
Idħol fl-hena ta’ sidek.’
Iżda resaq ukoll dak li kien
ħa talent wieħed, u qal:
‘Sinjur, lilek nafek bħala raġel aħrax,
Taħsad fejn ma żrajtx u tiġbor fejn ma xerridtx. Bżajt, u mort ħbejt it-talent
tiegħek fl-art: hawn, ara, għandek dak li hu tiegħek.’
Qabeż is-sinjur u qallu, ‘Qaddej ħażin u għażżien,
kont taf li jien naħsad
fejn ma żrajtx u niġbor
fejn ma xerridtx.
Mela kien imissek mort qegħedt flusi l-bank biex,
meta niġi, kont immur niġborhom bl-imgħax.
Ħudulu mela t-talent u agħtuh lil dak li għandu
l-għaxar talenti.
Għax kull min għandu, jingħatalu, u jkollu
ż-żejjed ukoll; iżda min ma għandux, jitteħidlu saħansitra dak li għandu.
U lil dan il-qaddej bla fejda itfgħuh ’il barra
fid-dlam; hemmhekk ikun hemm il-biki u t-tgħażżiż tas-snien.’”
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu