1 of 36

Il-Ġimgħa

Tal-Ħames Ġimgħa

tal-Għid

2 of 36

Qari mill-Ktieb

tal-Atti tal-Appostli

Atti 15, 22-31

3 of 36

F’dak iż-żmien, l-appostli u l-presbiteri, flimkien

mal-Knisja kollha,

4 of 36

dehrilhom li kellhom jagħżlu lil xi wħud minnhom u jibagħtuhom Antjokja ma’ Pawlu u Barnaba.

5 of 36

Dawn kienu Ġuda, jgħidulu Barsaba, u Sila, li kienu minn ta’ quddiem fost l-aħwa.

U bagħtu magħhom din

l-ittra:

6 of 36

“L-appostli u l-presbiteri, ħutkom, lill-aħwa ta’ Antjokja, tas-Sirja u

taċ-Ċiliċja, li ġew mill-ġnus; is-sliem għalikom!

7 of 36

Aħna smajna li xi wħud min-nies tagħna, mingħajr ebda ordni tagħna, ġew ħawdukom u qallbulkom moħħkom bi kliemhom.

8 of 36

Għalhekk aħna qbilna lkoll bejnietna u dehrilna li kellna nagħżlu lil xi wħud u nibagħtuhom għandkom flimkien mal-għeżież tagħna

9 of 36

Barnaba u Pawlu, nies li ddedikaw ħajjithom

għall-isem ta’ Sidna Ġesù Kristu.

10 of 36

Għalhekk bgħatnielkom lil Ġuda u ’l Sila, biex jgħidulkom bi

kliemhom l-istess ħaġa.

11 of 36

Għax lill-Ispirtu s-Santu u lilna dehrilna li aħna ma għandna ngħabbukom b’ebda piż ieħor aktar minn dak li hu meħtieġ,

12 of 36

jiġifieri, li titbiegħdu

mill-ikel issagrifikat

lill-idoli, mid-demm,

mil-laħam tal-annimali fgati u miż-żwieġ ħażin.

13 of 36

Tagħmlu tajjeb jekk tħarsu rwieħkom minn dawn. Saħħa!”.

14 of 36

Għalhekk dawn

il-messaġġiera niżlu Antjokja, laqqgħu l-ġemgħa u tawhom l-ittra, qrawha, u ferħu għall-faraġ li tathom.

15 of 36

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

16 of 36

R:/ Infaħħrek, Sidi, fost il-popli

Salm Responsorjali

17 of 36

Sħiħa qalbi, o Alla, sħiħa qalbi;

ħa ngħanni u ninseġ għanja:

Qum, ruħ tiegħi,

18 of 36

qum, arpa u ċetra!

Ħa nqajjem sbiħ il-jum.

19 of 36

R:/ Infaħħrek, Sidi, fost il-popli

20 of 36

Infaħħrek, Sidi, fost

il-popli, ngħannilek fost

il-ġnus; għax m’ogħla

s-smewwiet it-tieba tiegħek,

sas-sħab il-fedeltà tiegħek.

21 of 36

Ogħla ’l fuq mis-smewwiet, o Alla!

Uri l-glorja tiegħek fuq l-art kollha!

22 of 36

R:/ Infaħħrek, Sidi, fost il-popli

23 of 36

Hallelujah, Hallelujah

24 of 36

Sejjaħtilkom ħbieb, jgħid

il-Mulej; għaliex kulma smajt mingħand Missieri

jiena għarrafthulkom.

25 of 36

Hallelujah, Hallelujah

26 of 36

Qari mill-Evanġelju skont

San Ġwann

Ġw 15, 12-17

R:/ Glorja lilek Mulej

27 of 36

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu:

28 of 36

“Dan hu l-kmandament tiegħi: li tħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien.

29 of 36

Ħadd ma għandu mħabba akbar minn din: li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu. Intom ħbiebi, jekk tagħmlu dak li Jiena nikkmandakom.

30 of 36

Ma nsejħilkomx aktar qaddejja, għax il-qaddej ma jafx x’jagħmel sidu; sejjaħtilkom ħbieb,

31 of 36

għaliex kulma smajt mingħand Missieri jiena għarrafthulkom. Mhux intom għażiltu lili, imma jien għażilt lilkom,

32 of 36

u ħtartkom biex tmorru tagħmlu l-frott u l-frott tagħkom jibqa’, ħalli kulma titolbu lill-Missier f’ismi,

33 of 36

huwa jagħtihulkom. Dan hu li qiegħed nikkmandakom: li tħobbu lil xulxin”.

34 of 36

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

35 of 36

Il-Ġimgħa

Tal-Ħames Ġimgħa

tal-Għid

36 of 36