1 of 66

19 ta’ Marzu-Festa Solenni ta’ San Ġużepp

l-Għarus tal-Verġni Mqaddsa Marija

2 of 66

Glorja `l Alla fil-għoli

tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.

3 of 66

Infaħħruk,

inberkuk,

nadurawk,

nagħtuk ġieh.

4 of 66

Inroddulek ħajr

għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan

tas-sema,

Alla Missier li tista’ kollox.

5 of 66

Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,

Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.

6 of 66

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ħenn għalina.

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.

7 of 66

Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis, Int waħdek Mulej,

Int waħdek il-għoli,

8 of 66

Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu

s-Santu:

fil-glorja tal-Missier Alla.

Ammen.

9 of 66

19 ta’ Marzu-Festa Solenni ta’ San Ġużepp

l-Għarus tal-Verġni Mqaddsa Marija

10 of 66

Qari mit-Tieni Ktieb�ta’ Samwel�2 Sam 7: 4-5a.12-14a.16

11 of 66

F’dak iż-żmien: Il-Mulej kellem lil Natan u qallu:

12 of 66

“Mur u għid lill-qaddej tiegħi David: Dan jgħid

il-Mulej:

13 of 66

‘Meta inti ttemm żmienek u tkun striħajt ma’ missirijietek, jiena nqajjem nislek warajk, nisel ħareġ minn ħdanek,

14 of 66

u nsaħħaħ is-saltna tiegħu. Huwa jibni dar lil ismi, u jiena nsaħħaħ

it-tron tas-saltna tiegħu għal dejjem.

15 of 66

Jiena nkun għalih missier, u hu jkun għalija iben.

Il-familja tiegħek u

s-saltna tiegħek jibqgħu sħaħ għal dejjem quddiemi,

16 of 66

u t-tron tiegħek jitwettaq għal dejjem.”

17 of 66

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

18 of 66

R:/ In-nisel tiegħu jibqa’ għal dejjem!

Salm Responsorjali

19 of 66

It-tjieba tal-Mulej irrid dejjem ngħanni,

minn nisel għal nisel b’fommi nxandar il-fedeltà tiegħek.

20 of 66

Għax jien għidt:

“Il-ħniena hi mwaqqfa għal dejjem;

fis-sema int wettaqt

il-fedeltà tiegħek.”

21 of 66

R:/ In-nisel tiegħu jibqa’ għal dejjem!

22 of 66

“Għamilt patt

mal-magħżul tiegħi,

u ħlift lil David, il-qaddej tiegħi:

23 of 66

Nagħmel li n-nisel tiegħek jibqa’ għal dejjem

u li t-tron tiegħek, jibqa’ sħiħ f’kull nisel.”

24 of 66

R:/ In-nisel tiegħu jibqa’ għal dejjem!

25 of 66

Hu jsejjaħli: Missieri int,

Alla tiegħi blata

tas-salvazzjoni tiegħi!

26 of 66

It-tjieba tiegħi fuqu nżommha għal dejjem,

u l-patt tiegħi miegħu jibqa’ sħiħ.

27 of 66

R:/ In-nisel tiegħu jibqa’ għal dejjem!

28 of 66

Qari mill-Ittra ta’ �San Pawl Appostlu �lir-RumaniRum 4: 13.16-18.22

29 of 66

Ħuti: Lil Abraham jew

lin-nisel tiegħu l-wegħda li jirtu d-dinja ma saritilhomx permezz tal-liġi,

30 of 66

imma permezz

tal-ġustifikazzjoni bil-fidi.

31 of 66

Għalhekk il-wegħda

mal-fidi hi marbuta, biex tkun mogħtija bħala grazzja, u hekk tibqa’ sħiħa għal uliedu kollha,

32 of 66

mhux biss dawk li jgħixu bil-liġi, imma wkoll dawk li jgħixu bil-fidi ta’ Abraham,

il-missier tagħna ukoll,

33 of 66

skont ma hemm miktub, ‘Jiena nagħmel minnek missier ta’ kotra ta’ ġnus,’ missierna quddiem Alla li fih hu emmen,

34 of 66

li jagħti l-ħajja lill-mejtin, u li jsejjaħ fl-eżistenza lil dak li ma jeżistix.

Meta ma seta’ jara ebda tama,

35 of 66

Abraham ittama u emmen; u hekk sar missier ta’ kotra kbira ta’ ġnus, skont ma kien intqal lilu,

36 of 66

‘Hekk għad ikun kotran

in-nisel tiegħek.’

37 of 66

U kien għalhekk li dan ġie lilu meqjus b’ġustifikazzjoni.

38 of 66

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

39 of 66

Glorja u tifħir lilek,

Kristu!

40 of 66

Hienja dawk li jgħammru fit-Tempju tiegħek, Mulej:

huma jfaħħruk għal dejjem.

41 of 66

Glorja u tifħir lilek,

Kristu!

42 of 66

Qari mill-Evanġelju skont

San Luqa

Lq 2, 41-51a

R:/ Glorja lilek Mulej

43 of 66

Ta’ kull sena l-ġenituri ta’ Ġesù kienu jmorru Ġerusalemm għall-festa

tal-Għid.

44 of 66

Meta kellu tnax-il sena telgħu wkoll, skont

id-drawwa ta’ dik il-festa.

45 of 66

Wara li għaddew dawk

il-ġranet qabdu t-triq lura, imma t-tfajjel Ġesù baqa’ Ġerusalemm bla ma kienu jafu l-ġenituri tiegħu.

46 of 66

Huma ħasbuh qiegħed ma’ xi wħud li kienu fit-triq magħhom;

47 of 66

iżda meta wara jum mixi fittxewh fost qrabathom u n-nies li kienu jafuhom, ma sabuhx, u għalhekk reġgħu lura Ġerusalemm ifittxuh.

48 of 66

Wara tlitt ijiem sabuh

fit-tempju, bilqiegħda f’nofs l-għalliema, jismagħhom u jistaqsihom;

49 of 66

u kull min semgħu baqa’ mistagħġeb bid-dehen u

t-tweġibiet tiegħu. Kif rawh, instamtu, u ommu qaltlu:

50 of 66

“Ibni, dan għaliex għamiltilna hekk? Ara, missierek u jiena konna qegħdin infittxuk b’qalbna maqsuma!”

51 of 66

U hu qalilhom:

52 of 66

“U għaliex kontu qegħdin tfittxuni? Ma tafux li jiena għandi nkun f’dak li hu ta’ Missieri?”

53 of 66

Iżda kliemu ma fehmuhx. Imbagħad niżel magħhom u raġa’ mar Nazaret; u kien jobdihom.

54 of 66

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

55 of 66

19 ta’ Marzu-Festa Solenni ta’ San Ġużepp

l-Għarus tal-Verġni Mqaddsa Marija

56 of 66

Jiena nemmen f’Alla wieħed, il-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u

l-art, dak kollu li jidher u dak li ma jidhirx.

57 of 66

U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,

imnissel mill-Missier

qabel kull żmien.

58 of 66

Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier u bih sar kollox.

59 of 66

Niżel mis-smewwiet għalina

l-bnedmin u għall-fidwa

tagħna. U ħa l-ġisem

bis-setgħa tal-Ispirtu

s-Santu minn Marija Verġni

60 of 66

u sar bniedem. Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh, u

fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet, skont

61 of 66

il-Kotba mqaddsa,

u tela’ s-sema, u qieghed fuq

il-lemin tal-Missier.

U għandu jerġa jiġi

bil-glorja biex jagħmel ħaqq

62 of 66

mill-ħajjin u mill-mejtin, u s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem. U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej mill-Missier u mill-Iben:

63 of 66

li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u

mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.

64 of 66

U fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika, appostolika.

Nistqarr magħmudija waħda

għall-maħfra tad-dnubiet.

65 of 66

U nistenna l-qawma

mill-imwiet, u l-ħajja

taż-żmien li ġej. Ammen.

66 of 66