Sitt Ħadd tal-Għid
Sena Ċ
L-Ispirtu s-Santu jfakkarkom dak kollu li għedtilkom.
Glorja `l Alla fil-għoli
tas-smewwiet, u paċi fl-art
lill-bnedmin ta’ rieda tajba.
Infaħħruk, inberkuk, nadurawk, nagħtuk ġieh. Inroddulek ħajr għall-glorja kbira tiegħek.
Mulej Alla,
Sultan tas-sema,
Alla Missier li tista’ kollox. Mulej Iben waħdieni,
Ġesù Kristu,
Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla,
Bin il-Missier.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ħenn għalina.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna. Int li qiegħed fuq il-lemin
tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis,
Int waħdek Mulej,
Int waħdek il-għoli,
Ġesù Kristu,
ma’ l-Ispirtu s-Santu:
fil-glorja tal-Missier Alla. Ammen.
Sitt Ħadd tal-Għid
Sena Ċ
L-Ispirtu s-Santu jfakkarkom dak kollu li għedtilkom.
Qari I
Lill-Ispirtu s-Santu u lilna dehrilna li aħna ma għandna ngħabbukom b’ebda piż ieħor aktar minn dak li hu meħtieġ.
Qari mill-Ktieb
tal-Atti tal-Appostli. Atti 15:1-2,22-29
F’dak iż-żmien,
niżlu xi wħud mil-Lhudija
u bdew jgħallmu lill-aħwa:
“Jekk ma toqogħdux
għaċ-ċirkonċiżjoni skont
id-drawwa li ġejja minn Mosè, ma tistgħux issalvaw”.
Pawlu u Barnaba
qamu kontra tagħhom
u ħaduha magħhom bis-sħiħ;
għalhekk qatgħuha li Pawlu
u Barnaba u xi wħud oħra minnhom
jitilgħu Ġerusalemm ikellmu lill-appostli u l-presbiteri fuq din il-kwistjoni.
Imbagħad l-appostli
u l-presbiteri,
flimkien mal-Knisja kollha,
dehrilhom li kellhom jagħżlu lil xi wħud minnhom u jibagħtuhom Antjokja
ma’ Pawlu u Barnaba.
Dawn kienu Ġuda,
jgħidulu Barsaba, u Sila,
li kienu minn ta’ quddiem
fost l-aħwa.
U bagħtu magħhom din l-ittra:
“L-appostli u l-presbiteri, ħutkom, lill-aħwa ta’ Antjokja, tas-Sirja u taċ-Ċiliċja,
li ġew mill-ġnus; is-sliem għalikom! Aħna smajna li xi wħud min-nies tagħna,
mingħajr ebda ordni tagħna, ġew ħawdukom u qallbulkom moħħkom bi kliemhom.
Għalhekk aħna qbilna lkoll bejnietna u dehrilna li kellna nagħżlu lil xi wħud
u nibagħtuhom għandkom flimkien mal-għeżież tagħna Barnaba u Pawlu,
nies li ddedikaw ħajjithom għall-isem ta’
Sidna Ġesù Kristu.
Għalhekk bgħatnielkom
lil Ġuda u ’l Sila,
biex jgħidulkom bi kliemhom l-istess ħaġa.
Għax lill-Ispirtu s-Santu u lilna dehrilna li aħna ma għandna ngħabbukom b’ebda piż ieħor aktar minn dak li hu meħtieġ,
jiġifieri, li titbiegħdu
mill-ikel issagrifikat lill-idoli,
mid-demm,
mil-laħam tal-annimali fgati
u miż-żwieġ ħażin.
Tagħmlu tajjeb jekk tħarsu rwieħkom minn dawn. Saħħa!”.
Il-Kelma tal-Mulej.
℟. Irroddu ħajr lil Alla.
Salm Responsorjali
Salm 66(67):2-3,5,6,8
℟. Fost il-ġnus Alla wera
s-salvazzjoni tiegħu.
Iħenn għalina Alla,
u jberikna;
idawwar għal fuqna
d-dija ta’ wiċċu!
Biex jingħarfu
fuq l-art triqatek,
fost il-ġnus kollha
s-salvazzjoni tiegħek.
℟. Fost il-ġnus Alla wera
s-salvazzjoni tiegħu.
Jithennew il-ġnus
u jgħannu bil-ferħ,
għax trieġi l-popli
bis-sewwa,
u l-ġnus fuq l-art
inti tmexxihom.
℟. Fost il-ġnus Alla wera
s-salvazzjoni tiegħu.
Ifaħħruk il-popli,
o Alla,
ifaħħruk il-popli kollha.
Iberikna Alla,
u tibża’ minnu
l-art kollha
minn tarf għall-ieħor!
℟. Fost il-ġnus Alla wera
s-salvazzjoni tiegħu.
Qari II �L-anġlu wrieni l-Belt il-Qaddisa nieżla mis-sema.
Qari mill-Ktieb
tal-Apokalissi ta’
San Ġwann Appostlu Apok 21:10-14,22-23
L-anġlu ħadni fl-ispirtu fuq muntanja kbira u għolja,
u wrieni l-Belt il-Qaddisa, Ġerusalemm,
nieżla mis-sema mingħand Alla, bil-glorja ta’ Alla fiha, tiddi bħal ħaġra mill-aktar prezzjuża, bħal ġaspru jleqq daqs il-kristall.
Għandha ħajt kbir u għoli,
bi tnax-il bieb fih,
u tnax-il anġlu fil-bibien
li fuqhom hemm miktuba ismijiet,
l-ismijiet tat-tnax-il tribù
ta’ wlied Iżrael.
Tlieta minn dawn il-bibien jagħtu għan-naħa tal-Lvant, tlieta għan-naħa
tat-Tramuntana,
tlieta għan-naħa
tan-Nofsinhar,
u tlieta għan-naħa tal-Punent.
U l-ħajt tal-Belt għandu
tnax-il pedament, li fuqhom hemm it-tnax-il isem
tat-tnax-il appostlu tal-Ħaruf.
Ebda tempju ma rajt fiha,
għax il-Mulej hu t-tempju tagħha,
Alla li jista’ kollox, u l-Ħaruf.
U l-Belt ma teħtieġ la xemx
u lanqas qamar biex idawluha,
għax biex iddawwalha
għandha l-glorja ta’ Alla,
u l-musbieħ tagħha l-Ħaruf.
Il-Kelma tal-Mulej.
℟. Irroddu ħajr lil Alla.
Hallelujah,
Hallelujah
Ġw 14:23
Jekk xi ħadd iħobbni,
iħares kelmti, jgħid il-Mulej;
u Missieri jħobbu,
u aħna niġu għandu.
Hallelujah,
Hallelujah
Evanġelju
L-Ispirtu s-Santu jfakkarkom dak kollu li għedtilkom.
✠ Qari mill-Evanġelju
skont San Ġwann Ġw 14:23-29
F’dak iż-żmien, Ġesù qal
lid-dixxipli tiegħu:
“Jekk xi ħadd iħobbni,
iħares kelmti, u Missieri jħobbu, u aħna niġu
u ngħammru għandu.
Min ma jħobbnix ma jħarisx kliemi. U l-kelma li qegħdin tisimgħu mhijiex tiegħi,
imma tal-Missier li bagħatni.
Għedtilkom dan meta
għadni magħkom.
Imma d-Difensur,
l-Ispirtu s-Santu, li l-Missier jibgħat f’ismi, jgħallimkom kollox u jfakkarkom dak kollu li għedtilkom.
Jiena nħallilkom is-sliem; nagħtikom is-sliem tiegħi;
ma nagħtihulkomx
kif tagħtih id-dinja.
Tħallux qalbkom titħawwad
u anqas titbeżża’.
Smajtu x’għedtilkom:
‘Jiena sejjer u
nerġa’ niġi għandkom’.
Kieku kontu tħobbuni,
kontu tifirħu li sejjer għand
il-Missier, għax il-Missier
hu akbar minni.
U għedtilkom dan minn issa qabel ma jseħħ, biex meta jseħħ temmnu”.
Il-Kelma tal-Mulej.
℟. It-tifħir lilek Kristu.
Sitt Ħadd tal-Għid
Sena Ċ
L-Ispirtu s-Santu jfakkarkom dak kollu li għedtilkom.
Jiena nemmen f’Alla wieħed,
il-Missier li jista’ kollox,
li ħalaq is-sema u
l-art, dak kollu li jidher
u dak li ma jidhirx.
U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,
imnissel mill-Missier
qabel kull żmien.
Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier
u bih sar kollox.
Niżel mis-smewwiet għalina
l-bnedmin u għall-fidwa
tagħna. U ħa l-ġisem
bis-setgħa tal-Ispirtu
s-Santu minn Marija Verġni
u sar bniedem. Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh,
u fit-tielet jum qam
minn bejn l-imwiet, skont
il-Kotba mqaddsa,
u tela’ s-sema, u qieghed fuq
il-lemin tal-Missier.
U għandu jerġa jiġi
bil-glorja biex jagħmel ħaqq
mill-ħajjin u mill-mejtin, u
s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem. U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej mill-Missier u mill-Iben:
li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u
mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.
U fi Knisja waħda,
qaddisa, kattolika,appostolika.
Nistqarr magħmudija waħda
għall-maħfra tad-dnubiet.
U nistenna l-qawma
mill-imwiet, u l-ħajja
taż-żmien li ġej.
Ammen.
Sitt Ħadd tal-Għid
Sena Ċ
L-Ispirtu s-Santu jfakkarkom dak kollu li għedtilkom.