Qari mill-Ewwel Ittra ta’
San Pawl Appostlu
lill-Korintin
1, Kor 10, 14-22
Għeżież tiegħi, aħarbu
l-allat foloz. Lil nies għaqlin qiegħed inkellem; għarblu intom kullma ngħid.
Il-kalċi mbierekli fuqu ngħidu l-barka mhuwiex għaqda mad-demm ta’ Kristu?
U l-ħobż li naqsmu
mhuwiex għaqda
mal-ġisem ta’ Kristu?
Għax la l-ħobża hi
waħda, aħna, li aħna
ħafna, aħna ġisem wieħed; lkoll kemm aħna nieħdu sehem minn ħobża waħda.
Ħarsu lejn Iżrael skond
il-ġisem.
Dawk li jieklu l-vittmi mhumiex f’għaqda
mal-artal?
X’irrid ngħid? Li l-ikel
mogħti lill-allat foloz
jiswa xi ħaġa? Jew li
l-idoli huma xi ħaġa?
Ngħid li s-sagrifiċċji li
joffru l-pagani, lid-demonji joffruhom u mhux lil Alla.
Jien ma rridx li intom tidħlu f’għaqda mad-demonji.
Ma tistgħux tixorbu x-xorb tal-Mulej u x-xorb
tad-demonji; ma tistgħux taqsmu fil-Mejda tal-Mulej u fil-mejda tad-demonji.
Jew se nqajjmu l-għejra
tal-Mulej? Jaqaw aħna aqwa minnu?
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
R:/ Lilek Mulej noffri sagrifiċċju ta’ radd
il-ħajr
Salm Responsorjali
Xi nrodd lill-Mulej
għall-ġid kollu
li għamel miegħi?
Ngħolli l-kalċi
tas-salvazzjoni,
u isem il-Mulej insejjaħ.
R:/ Lilek Mulej noffri sagrifiċċju ta’ radd
il-ħajr
Lilek noffri sagrifiċċju
ta’ radd il-ħajr,
u isem il-Mulej insejjaħ.
Intemm lill-Mulej
il-wegħdiet tiegħi, quddiem il-poplu tiegħu kollu.
R:/ Lilek Mulej noffri sagrifiċċju ta’ radd
il-ħajr
Hallelujah, Hallelujah
Jekk xi ħadd iħobbni,
iħares kelmti, jgħid
il-Mulej u Missieri jħobbu, u aħna niġu u ngħammru għandu.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont
San Luqa
Lq 6, 43-49
Glorja lilek Mulej
F’dak iż-żmien, Ġesù qal
lid-dixxipli tiegħu:
“Ma hemmx siġra tajba
li tagħmel frott ħażin,
kif anqas ma hemm siġra ħażina li tagħmel frott tajjeb.
Kull siġra mill-frott
tagħha tingħaraf.
Ħadd ma jiġbor it-tin
mix-xewk, anqas l-għeneb
mill-għolliq.
Il-bniedem tajjeb mit-teżor
tajjeb ta’ qalbu joħroġ
it-tajjeb, u l-bniedem ħażin mit-teżor ħażin
tiegħu joħroġ il-ħażin,
għax mill-abbundanza
tal-qalb jitkellem il-fomm.
Għaliex issejjħuli:
‘Mulej, Mulej!’
u mbagħad ma tagħmlux
dak li ngħid jien? Kull min jiġi għandi u jisma’ kliemi u jagħmel dak li ngħid jien, ħa ngħidilkom lil min jixbah.
Jixbah lil wieħed li ried jibni dar, ħaffer fil-fond
sa ma sab il-blat, u fuqu qiegħed is-sisien.
Imbagħad għamlet xita
bil-qliel, il-wied niżel b’qawwa kbira għal fuq
dik id-dar,
imma ma setax jheżhiżha, għax kienet mibnija tajjeb.
Iżda min jisma’ kliemi u ma jagħmilx li ngħid jien, jixbah lil wieħed li jkun bena daru fuq l-art mingħajr ma qiegħed sisien.
Il-wied niżel b’qawwa kbira għal fuqha u minnufih iġġarrfet, u saret ħerba kbira minn dik
id-dar!”
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu