1 of 61

2 of 61

Glorja `l Alla fil-għoli

tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.

3 of 61

Infaħħruk,

inberkuk,

nadurawk,

nagħtuk ġieh.

4 of 61

Inroddulek ħajr għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan tas-sema,

Alla Missier li tista’ kollox.

5 of 61

Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,

Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.

6 of 61

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ħenn għalina.

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.

7 of 61

Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis, Int waħdek Mulej,

Int waħdek il-għoli,

8 of 61

Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu

s-Santu:

fil-glorja tal-Missier Alla.

Ammen.

9 of 61

10 of 61

Qari mill-Ktieb

tal-Profeta Iżaija

Is 49, 3.5-6

11 of 61

Il-Mulej qalli:

12 of 61

“Iżrael, inti l-qaddej tiegħi, bik jiena nkun imfaħħar”.

13 of 61

Issa tkellem il-Mulej,

li minn ġuf ommi għamilni qaddej tiegħu, biex għandu nraġġa’ lura lil Ġakobb,

14 of 61

u biex Iżrael jinġabar miegħu mill-ġdid - għax jien kont imfaħħar f’għajnejn

il-Mulej, u Alla tiegħi kien il-qawwa tiegħi- u Hu qalli:

15 of 61

“Tkun ħaġa żgħira wisq għalik, li inti tkun

il-qaddej tiegħi, biex tqajjem it-tribù ta’ Ġakobb,

16 of 61

u traġġa’ lura l-fdal ta’ Iżrael. Jien nagħmel minnek dawl għall-ġnus, biex is-salvazzjoni tiegħi sa truf l-art tinfirex”.

17 of 61

Il-Kelma tal-Mulej.

R:/ Irroddu ħajr lil Alla.

18 of 61

Salm Responsorjali

R:/ Hawn jien, Mulej, ġej nagħmel ir-rieda tiegħek

19 of 61

Ittamajt b’tama qawwija

fil-Mulej;

hu niżel ħdejja u sama’

l-għajta tiegħi.

20 of 61

Qegħedli fuq fommi għanja ġdida,

għanja ta’ tifħir lil Alla tagħna.

21 of 61

R:/ Hawn jien, Mulej, ġej nagħmel ir-rieda tiegħek

22 of 61

Int ma titgħaxxaqx b’sagrifiċċji u b’offerti;

imma widnejja inti ftaħtli;

23 of 61

ma tlabtnix vittmi tal-ħruq u tat-tpattija.

Imbagħad jien għedt: “Hawn jien, ġej”.

24 of 61

R:/ Hawn jien, Mulej, ġej nagħmel ir-rieda tiegħek

25 of 61

“Fil-bidu tal-ktieb hemm miktub fuqi

li nagħmel ir-rieda tiegħek...

26 of 61

...Alla tiegħi, dan jogħġobni;

il-liġi tiegħek ġewwa qalbi”.

27 of 61

R:/ Hawn jien, Mulej, ġej nagħmel ir-rieda tiegħek

28 of 61

Xandart il-ġustizzja f’ġemgħa kbira;

xufftejja ma żammejthomx magħluqa.

Mulej, dan inti tafu.

29 of 61

R:/ Hawn jien, Mulej, ġej nagħmel ir-rieda tiegħek

30 of 61

Bidu tal-Ewwel Ittra ta’

San Pawl Appostlu

lill-Korintin

1 Kor 1, 1-3

31 of 61

Pawlu, li Alla ried isejjaħlu biex ikun appostlu ta’ Kristu Ġesù, u Sòsteni ħuna, lill-knisja ta’ Alla li qiegħda f’Korintu;

32 of 61

lil dawk li tqaddsu fi Kristu Ġesù, imsejħa biex ikunu qaddisin flimkien ma’ dawk kollha li f’kull pajjiż isejħu l-isem ta’ Ġesù Kristu,

33 of 61

is-Sid tagħhom u tagħna; grazzja u sliem mingħand Alla missierna u l-Mulej Ġesù Kristu.

34 of 61

Il-Kelma tal-Mulej.

R:/ Irroddu ħajr lil Alla.

35 of 61

Hallelujah, Hallelujah

36 of 61

Il-Verb sar bniedem u għammar fostna,

u lil dawk li laqgħuh

tahom is-setgħa li jsiru wlied Alla.

37 of 61

Hallelujah, Hallelujah

38 of 61

Qari mill-Evanġelju skont

San Ġwann

Ġw 1, 29-34

39 of 61

F’dak iż-żmien, Ġwanni, ra lil Ġesù riesaq lejh, u qal:

40 of 61

“Araw il-Ħaruf ta’ Alla, li jneħħi d-dnub tad-dinja. Dan hu li għalih għedtilkom:

41 of 61

‘Warajja ġej bniedem li hu aqwa minni, għax kien qabli”.

42 of 61

Anqas jien stess ma kont nafu, imma jien għalhekk ġejt ngħammed bl-ilma, biex hu jkun mgħarraf lil Iżrael”.

43 of 61

U Ġwanni xehed għalih

u qal:

44 of 61

“Jiena rajt l-Ispirtu nieżel mis-sema bħal ħamiema u joqgħod fuqu.

45 of 61

Tabilħaqq, anqas jien ma kont nafu; imma dak li bagħatni ngħammed

bl-ilma, hu stess qalli:

46 of 61

‘Fuq min tara l-Ispirtu jinżel u joqgħod, dak hu li jgħammed bl-Ispirtu

s-Santu’.

47 of 61

Dan rajtu b’għajnejja, u għalhekk xhedt, dan hu

l-Iben ta’ Alla”.

48 of 61

Il-Kelma tal-Mulej.

R:/ Tifħir Lilek Kristu.

49 of 61

50 of 61

Jiena nemmen f’Alla wieħed, il-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u

l-art, dak kollu li jidher u dak li ma jidhirx.

51 of 61

U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,

imnissel mill-Missier

qabel kull żmien.

52 of 61

Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier u bih sar kollox.

53 of 61

Niżel mis-smewwiet għalina

l-bnedmin u għall-fidwa

tagħna.

54 of 61

U ħa l-ġisem

bis-setgħa tal-Ispirtu

s-Santu minn Marija Verġni u sar bniedem.

55 of 61

Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh, u fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet, skont

il-Kotba mqaddsa,

56 of 61

u tela’ s-sema, u qieghed fuq

il-lemin tal-Missier.

57 of 61

U għandu jerġa jiġi

bil-glorja biex jagħmel ħaqq

mill-ħajjin u mill-mejtin, u s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem.

58 of 61

U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej

mill-Missier u mill-Iben:

59 of 61

li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u

mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.

60 of 61

U fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika, appostolika.

Nistqarr magħmudija waħda

għall-maħfra tad-dnubiet.

61 of 61

U nistenna l-qawma

mill-imwiet, u l-ħajja

taż-żmien li ġej.

Ammen.