Ġesù ta’ Qalb Ħelwa u Umli
ejjew għandi
Glorja `l Alla fil-għoli
tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.
Infaħħruk,
inberkuk,
nadurawk,
nagħtuk ġieh.
Inroddulek ħajr
għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan
tas-sema,
Alla Missier li tista’ kollox.
Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,
Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ħenn għalina.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.
Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis, Int waħdek Mulej,
Int waħdek il-għoli,
Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu
s-Santu:
fil-glorja tal-Missier Alla.
Ammen.
Ġesù ta’ Qalb Ħelwa u Umli
ejjew għandi
Qari mill-Ktieb tal-
Profeta Żakkarija
Żak 9, 9-10
Dan jgħid il-Mulej:
“Ifraħ kemm tiflaħ, bint Sijon, għajjat bil-ferħ, bint Ġerusalemm!
Ara, is-sultan tiegħek ġej
għandek; ġust u rebbieħ,
umli u riekeb fuq ħmar,
fuq felu ta’ ħmara.
Hu jeqred il-karru minn Efrajmu ż-żiemel minn
Ġerusalemm; jinqered
il-qaws tal-gwerra.
Hu jxandar il-paċi
lill-ġnus, il-ħakma tiegħu tkun minn baħar sa baħar,
u mix-xmara tal-Ewfrat sat-trufijiet”.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
Mulej, inbierek ismek għal dejjem
Salm Responsorjali
Ħa nkabbrek, Alla tiegħi, sultan,
u nbierek ismek għal dejjem ta’ dejjem.
Kuljum irrid inbierkek,
u nfaħħar ismek għal dejjem ta’ dejjem.
R/. Mulej, inbierek ismek għal dejjem
Twajjeb u ħanin il-Mulej,
idum biex jagħdab u kollu tjieba.
Twajjeb ma’ kulħadd
il-Mulej,
tjubitu fuq kull ma għamel.
R/. Mulej, inbierek ismek għal dejjem
Kull ma għamilt iroddlok ħajr, Mulej;
iberkuk il-ħbieb tiegħek kollha.
Is-sebħ tas-saltna tiegħek ixandru,
fuq is-setgħa tiegħek jitkellmu.
R/. Mulej, inbierek ismek għal dejjem
Ta’ kelmtu l-Mulej
fil-wegħdiet tiegħu kollha,
twajjeb f’dak kollu li għamel.
Iwieżen il-Mulej lil kull min se jaqa’,
iqajjem lil kull min hu mitluq.
R/. Mulej, inbierek ismek għal dejjem
Qari mill-Ittra ta’
San Pawl Appostlu
lir-Rumani
Rum 8, 9.11-13
Ħuti, intom ma intomx taħt il-ħakma tal-ġisem, imma tal-Ispirtu, ladarba hemm
l-Ispirtu ta’ Alla jgħammar fikom.
Jekk xi ħadd ma għandux fih l-Ispirtu ta’ Kristu, dan mhuwiex tiegħu.
Jekk l-Ispirtu ta’ dak li qajjem lil Ġesù mill-imwiet jgħammar fikom,
Alla stess li qajjem lil Kristu mill-imwiet iqajjem
għall-ħajja wkoll il-ġisem mejjet tagħkom, bis-saħħa tal-Ispirtu li jgħammar fikom.
Hekk mela, ħuti, aħna m’aħniex midjunin
mal-ġisem biex ngħixu skond il-ġisem.
Għax jekk tgħixu skond
il-ġisem, tmutu; imma jekk tmewtu l-għemil tal-ġisem
bl-Ispirtu, tgħixu.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
Hallelujah, Hallelujah
Infaħħrek, Missier, Sid
is-sema u l-art,
għax inti dawn il-ħwejjeġ tas-Saltna wrejthom
liċ-ċkejknin.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont
San Mattew
Mt 10, 37-42
R:/ Glorja lilek Mulej
F’dak iż-żmien Ġesù qabad u qal:
“Infaħħrek, Missier, Sid
is-sema u l-art,
għax inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu
l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin.
Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok. Kollox kien mogħti lili minn Missieri,
u ħadd ma jagħraf lill-Iben jekk mhux il-Missier, kif ħadd ma jagħraf lill-Missier jekk mhux l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu.
Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom.
Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għaliex jiena ta’ qalb ħelwa u umli, u intom issibu
l-mistrieħ għal ruħkom.
Għax il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi ħafif”.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu
Ġesù ta’ Qalb Ħelwa u Umli
ejjew għandi
Jiena nemmen f’Alla wieħed, il-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u
l-art, dak kollu li jidher u dak li ma jidhirx.
U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,
imnissel mill-Missier
qabel kull żmien.
Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier u bih sar kollox.
Niżel mis-smewwiet għalina
l-bnedmin u għall-fidwa
tagħna.
U ħa l-ġisem
bis-setgħa tal-Ispirtu
s-Santu minn Marija Verġni u sar bniedem.
Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh, u fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet, skont
il-Kotba mqaddsa,
u tela’ s-sema, u qieghed fuq
il-lemin tal-Missier.
U għandu jerġa jiġi
bil-glorja biex jagħmel ħaqq
mill-ħajjin u mill-mejtin, u s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem.
U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej
mill-Missier u mill-Iben:
li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u
mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.
U fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika, appostolika.
Nistqarr magħmudija waħda
għall-maħfra tad-dnubiet.
U nistenna l-qawma
mill-imwiet, u l-ħajja
taż-żmien li ġej.
Ammen.