1 of 36

Qari mill-Ittra ta’

San Pawl Appostlu

lill-Galatin

Gal 5, 18-25

2 of 36

Ħuti, jekk lilkom imexxikom l-Ispirtu, m'intomx taħt il-Liġi.

3 of 36

L-għemejjel tal-ġisem huma magħrufa: żína, faħx,nuqqas ta' rażan, idolatrija, seħer, mibegħda, ġlied,

għejra, korla, ambizzjoni,

4 of 36

firda, partiti, invidja, sokor, tbahrid, u ħwejjeġ bħal dawn.

5 of 36

Inwissikom, bħalma wissejtkom qabel, min jagħmel dawn il-ħwejjeġ ma jiritx is-saltna ta' Alla.

6 of 36

Il-frott tal-Ispirtu huma:

l-imħabba, l-hena, is-sliem, is-sabar, il-ħniena, it-tjieba, il-fidi, il-ħlewwa, ir-rażan.

7 of 36

Kontra dawn ma hemmx Liġi. Dawk li huma ta' Kristu Ġesù sallbu l-ġisem bil-ġibdiet u l-passjonijiet tiegħu.

8 of 36

Jekk ngħixu bl-Ispirtu, ħalli nimxu bl-Ispirtu.

9 of 36

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

10 of 36

R:/ Min jiġi warajk, Mulej, ikollu d-dawl

tal-ħajja

Salm Responsorjali

11 of 36

Hieni l-bniedem li

ma jimxix fuq il-pariri

tal-ħżiena,

li ma jiqafx fi triq

il-ħatjin,

12 of 36

li ma joqgħodx fil-laqgħat

taż-żeblieħa; imma fil-liġi tal-Mulej hi l-għaxqa tiegħu, lejl u nhar jaħseb

fil-liġi tiegħu

13 of 36

R:/ Min jiġi warajk, Mulej, ikollu d-dawl

tal-ħajja

14 of 36

Hu bħal siġra mħawwla

ħdejn nixxigħat

ta' l-ilma

li tagħmel il-frott fi

żmienha,

15 of 36

u l-weraq tagħha ma

jidbielx;

hu jirnexxi f'kulma

jagħmel.

16 of 36

R:/ Min jiġi warajk, Mulej, ikollu d-dawl

tal-ħajja

17 of 36

Mhux hekk il-ħżiena,

mhux hekk;

iżda huma bħal tibna

li jtajjarha r-riħ.

18 of 36

Għax triq it-tajbin

il-Mulej jafha;

imma triq il-ħżiena

tintemm fix-xejn.

19 of 36

R:/ Min jiġi warajk, Mulej, ikollu d-dawl

tal-ħajja

20 of 36

Hallelujah, Hallelujah

21 of 36

In-nagħaġ tiegħi

jisimgħu leħni,� jgħid il-Mulej, �u jiena nagħrafhom, �u huma jimxu warajja

22 of 36

Hallelujah, Hallelujah

23 of 36

Qari mill-Evanġelju skont �San LuqaLq 11, 42-46

R:/ Glorja lilek Mulej

24 of 36

F’dak iż-żmien, il-Mulej qal:

25 of 36

“Ħażin għalikom intom

il-Fariżej! Intom tħallsu

d-dieċmi fuq

in-nagħniegħ u l-fejġel u fuq kull xorta ta' ħxejjex,

26 of 36

u mbagħad għal dik li hi ġustizzja u mħabba ta' Alla tħallu kollox għaddej.

27 of 36

Dawn kien imisskom

tħarsu, mingħajr ma tħallu

l-oħrajn barra.

28 of 36

Ħażin għalikom intom

il-Fariżej! Intom tħobbu

s-siġġijiet ta' quddiem

fis-sinagogi u min

isellmilkom fil-pjazez.

29 of 36

Ħażin għalikom!

Qiskom l-oqbra, li ma

tagħrafhomx, u n-nies tgħaddi minn fuqhom bla

ma tintebaħ bihom.”

30 of 36

Qabeż wieħed mill-għorrief tal-Liġi u qallu:

31 of 36

“Mgħallem, b'dan li qiegħed tgħid qiegħed tgħajjar lilna wkoll!”

32 of 36

Qallu Ġesù:

33 of 36

“Ħażin għalikom ukoll

intom l-għorrief tal-Liġi!

34 of 36

Intom tgħabbu n-nies

b'tagħbijiet li bilkemm

wieħed jiflaħhom u li

intom stess anqas b'saba' wieħed ma tmissuhom”

35 of 36

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

36 of 36