1 of 57

1 ta’ Mejju

Tifkira ta’

San Ġużepp Ħaddiem

2 of 57

Glorja `l Alla fil-għoli

tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.

3 of 57

Infaħħruk,

inberkuk,

nadurawk,

nagħtuk ġieh.

4 of 57

Inroddulek ħajr

għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan

tas-sema,

Alla Missier li tista’ kollox.

5 of 57

Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,

Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.

6 of 57

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ħenn għalina.

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.

7 of 57

Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis, Int waħdek Mulej,

Int waħdek il-għoli,

8 of 57

Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu

s-Santu:

fil-glorja tal-Missier Alla.

Ammen.

9 of 57

1 ta’ Mejju

Tifkira ta’

San Ġużepp Ħaddiem

10 of 57

Qari mill-Ktieb

tal-Ġenesi

Ġen 1, 26 – 2,3

11 of 57

Alla qal:

12 of 57

“Nagħmlu l-bniedem skont ix-xbieha tagħna, bħalna, biex jaħkem fuq il-ħut

tal-baħar, fuq it-tajr tal-ajru,

13 of 57

fuq il-bhejjem tad-dar, fuq

l-annimali selvaġġi, u fuq

il-ħlejjaq li jitkaxkru

mal-art.”

14 of 57

U Alla ħalaq il-bniedem skont ix-xbieha tiegħu; iva, skont ix-xbieha ta’ Alla ħalaqhom, u għamilhom raġel u mara.

15 of 57

U berikhom Alla u qalilhom:

16 of 57

“Nisslu u kattru u imlew

l-art, u aħkmu fuqha, u saltnu fuq il-ħut tal-baħar, fuq it-tajr tal-ajru,

17 of 57

u fuq il-ħlejjaq kollha li jitkaxkru ma’ l-art.”

18 of 57

U Alla qal:

19 of 57

“ Ara, tajtkom il-ħaxix kollu li jagħmel iż-żerriegħa fuq

l-art kollha, u s-siġar kollha li jagħmlu l-frott

biż-żerriegħa;

20 of 57

dan kollu tajtulkom biex tieklu minnu.

21 of 57

U lill-bhejjem kollha selvaġġi u t-tajr kollu

tal-ajru, u ’l-ħlejjaq kollha li jitkaxkru mal-art li fihom nifs il-ħajja,

22 of 57

lilhom tajthom il-ħaxix aħdar kollu biex jieklu minnu.”

23 of 57

U hekk sar. U Alla ħares lejn kull ma għamel, u ra li kollox kien sew ħafna. U dalam u sebaħ, is-sitt jum.

24 of 57

U tlestew is-sema u l-art

bit-tiżjin tagħhom. U

fis-seba’ jum Alla temm

il-biċċa xogħol li għamel, u waqaf mill-ħidma tiegħu.

25 of 57

U Alla bierek is-seba’ jum

u qaddsu, għax fih waqaf

mix-xogħol kollu li kien għamel meta ħalaq kollox.

26 of 57

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

27 of 57

R:/ Wettaq xogħol idejna, Mulej

Salm Responsorjali

28 of 57

Qabel ma twieldu

l-muntanji, qabel ma tnisslu l-art u d-dinja,

minn dejjem int, o Alla!

29 of 57

R:/ Wettaq xogħol idejna, Mulej

30 of 57

Int treġġa’ l-bniedem lejn

it-trab,

u tgħid: “Erġgħu lura, ulied il-bniedem!”

31 of 57

Elf sena huma f’għajnejk bħall-jum

tal-bieraħ li għadda, jew bħal sahra ta’ lejl.

32 of 57

R:/ Wettaq xogħol idejna, Mulej

33 of 57

Għallimna ngħoddu jiem ħajjitna,

biex hekk nimxu b’moħħ għaqli.

34 of 57

dur lejna, Mulej! Kemm se ddum?

Ħenn għall-qaddejja

tiegħek.

35 of 57

R:/ Wettaq xogħol idejna, Mulej

36 of 57

Imliena malajr bit-tjieba tiegħek,

biex nifirħu u nithennew tul jiemna kollha.

37 of 57

ħa jidher egħmilek quddiem il-qaddejja tiegħek,

u l-kobor tiegħek quddiem uliedhom.

38 of 57

R:/ Wettaq xogħol idejna, Mulej

39 of 57

Qari mill-Ittra ta’

San Pawl Appostlu

lill-Kolossin

Kol 3, 14-15. 17. 23-24

40 of 57

Ħuti: Fuq kollox ilbsu

l-imħabba, li hi l-qofol

tal-perfezzjoni.

41 of 57

Ħalli s-sliem ta’ Kristu jsaltan fi qlubkom, dak

is-sliem li għalih kontu msejħa biex issiru ġisem wieħed.

42 of 57

U ta’ dan roddu ħajr lil Alla. Kull ma tagħmlu jew tgħidu, agħmlu kollox f’isem

il-Mulej Ġesù, u roddu ħajr lil Alla l-Missier permezz tiegħu.

43 of 57

Kull ma tagħmlu, agħmluh minn qalbkom bħallikieku lill-Mulej u mhux

lill-bnedmin,

44 of 57

għax tafu li għad tieħdu

l-ħlas li ħejja għalikom

il-Mulej bħala wirt. Aqdu lil Kristu Sidna.

45 of 57

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

46 of 57

Hallelujah, Hallelujah

47 of 57

Imbierek il-Mulej minn jum għal jum, jieħu ħsiebna Alla tal-ħelsien tagħna.

48 of 57

Hallelujah, Hallelujah

49 of 57

Qari mill-Evanġelju skont

San Mattew

Mt 13, 54-56

R:/ Glorja lilek Mulej

50 of 57

F’dak iż-żmien: Ġesù ġie f’pajjiżu, u daħal jgħallem

in-nies fis-sinagoga tagħhom; tant għaġġibhom li bdew jgħidu:

51 of 57

“Mnejn kisbu dan il-għerf u dawn l-egħġubijiet? Dan mhuwiex bin

il-mastrudaxxa? Ommu mhijiex dik li jisimha Marija,

52 of 57

u ħutu Ġakbu u Ġużeppi u Xmun u Ġuda? U ħutu

l-bniet mhux kollha fostna qegħdin? Mela mnejn kisbu dan kollu?”

53 of 57

U tfixklu minħabba fih.

Imma Ġesù qalilhhom:

54 of 57

“M’hemmx profeta li mhuwiex imweġġah, jekk mhux f’pajjiżu u f’daru stess.”

55 of 57

U ma għamilx ħafna mirakli hemmhekk minħabba

fin-nuqqas ta’ fidi tagħhom.

56 of 57

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

57 of 57

1 ta’ Mejju

Tifkira ta’

San Ġużepp Ħaddiem