1 of 46

2 of 46

Glorja `l Alla fil-għoli

tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.

3 of 46

Infaħħruk,

inberkuk,

nadurawk,

nagħtuk ġieh.

4 of 46

Inroddulek ħajr

għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan

tas-sema,

Alla Missier li tista’ kollox.

5 of 46

Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,

Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.

6 of 46

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ħenn għalina.

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.

7 of 46

Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis, Int waħdek Mulej,

Int waħdek il-għoli,

8 of 46

Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu

s-Santu:

fil-glorja tal-Missier Alla.

Ammen.

9 of 46

10 of 46

Qari mill-Ktieb

tal-Apokalissi ta’ San Gwann

Apok 21, 9b-14

11 of 46

L-anġlu ġie u jkellimni u qalli:

“Ejja nurik il-Għarusa

mart il-Ħaruf”.

12 of 46

U ħadni fl-ispirtu fuq

muntanja kbira u għolja,

u wrieni l-Belt Qaddisa,

Ġerusalemm, nieżla

mis-sema mingħand Alla,

13 of 46

bis-sebħ ta’ Alla fiha, tiddi bħal ħaġra mill-aktar prezzjuża, bħal ġaspru jleqq daqs il-kristall.

14 of 46

Għandha ħajt kbir u għoli, bi tnax-il bieb fih, u tnax-il Anġlu fil-bibien, li fuqhom hemm miktuba ismijiet, jiġifieri,

15 of 46

l-ismijiet tat-tnax-il tribu ta’ wlied Israel. Tlieta minn dawn il-bibien jagħtu

għan-naħa tal-lvant,

16 of 46

tlieta għan-naħa

tat-tramuntana, tlieta

għan-naħa tan-nofsinhar u tlieta għan-naħa tal-punent.

17 of 46

U l-ħajt tal-Belt għandu tnax-il pedament, li fuqhom hemm it-tnax-il- isem

tat-tnax il-Appostlu

tal-Ħaruf.

18 of 46

Il-Kelma tal-Mulej.

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

19 of 46

R:/ Ħbiebek ixandru

l-ġmiel ta’ saltnatek

Salm Responsorjali

20 of 46

Kulma għamilt iroddlok ħajr, Mulej

u ħbiebek iberkuk;

21 of 46

is-sebħ tas-saltna tiegħek ixandru,

fuq is-setgħa tiegħek jitkellmu.

22 of 46

R:/ Ħbiebek ixandru

l-ġmiel ta’ saltnatek

23 of 46

Huma jgħarrfu

lill-bnedmin il-qawwa tiegħek

u l-ġmiel glorjuż

tas-saltna tiegħek.

24 of 46

Saltnatek hi saltna

taż-żminijiet kollha,

u l-ħakma tiegħek minn nisel għal nisel.

25 of 46

R:/ Ħbiebek ixandru

l-ġmiel ta’ saltnatek

26 of 46

Ġust il-Mulej fl-imġiba tiegħu kollha,

twajjeb fl-egħmil tiegħu kollu.

27 of 46

Qrib il-Mulej lejn kull min isejjaħlu,

lejn kull min isejjaħlu

fis-sewwa.

28 of 46

R:/ Ħbiebek ixandru

l-ġmiel ta’ saltnatek

29 of 46

Hallelujah, Hallelujah

30 of 46

Rabbi, int l-Iben ta’ Alla,

inti s-Sultan ta’ Iżrael.

31 of 46

Hallelujah, Hallelujah

32 of 46

Qari mill-Evanġelju skont

San Ġwann

Ġw 1, 45-51

R:/ Glorja lilek Mulej

33 of 46

F’dak iż-żmien: Filippu sab lil Natanael u qallu:

34 of 46

“Sibna lil dak li fuqu kitbu Mosè, fil-Liġi, u l-profeti, Ġesù ta’ Nażaret, bin Ġużeppi”

35 of 46

Qallu Natanael:

“Tista’ toħroġ xi ħaġa tajba minn Nażaret?”

“Ejja u ara”

wieġbu Filippu.

36 of 46

Meta Ġesù ra lil Natanael riesaq lejh, qal:

37 of 46

“Hawn hu Iżraeli li

jistħoqqlu dan l-isem; ma hemm ebda qerq fih.”

38 of 46

Natanael staqsieh:

“Rabbi kif sirt tafni?”

U Ġesù wieġbu:

39 of 46

“Rajtek taħt is-siġra tat-tin

qabel ma kellmek Filippu.”

“Rabbi,”

Qallu Natanael,

40 of 46

“int l-Iben ta’ Alla, inti

s-sultan ta’ Iżrael!”

41 of 46

Ġesù wieġbu:

42 of 46

“Qiegħed temmen għax għidtlek li rajtek taħt

is-siġra tat-tin? Għad tara ħwejjeġ akbar minn dawn.”

43 of 46

U żied igħidlu:

44 of 46

“Fis-sewwa, fis-sewwa ngħidilkom: għad taraw

is-sema miftuħ u l-anġli

ta’Alla niżlin u telgħin

fuq Bin il-bniedem.”

45 of 46

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

46 of 46