1 of 66

2 of 66

Glorja `l Alla fil-għoli

tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.

3 of 66

Infaħħruk,

inberkuk,

nadurawk,

nagħtuk ġieh.

4 of 66

Inroddulek ħajr

għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan

tas-sema,

Alla Missier li tista’ kollox.

5 of 66

Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,

Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.

6 of 66

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ħenn għalina.

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.

7 of 66

Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis, Int waħdek Mulej,

Int waħdek il-għoli,

8 of 66

Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu

s-Santu:

fil-glorja tal-Missier Alla.

Ammen.

9 of 66

10 of 66

Qari mill-Ktieb tal-

Profeta Ġeremija

Ġer 20, 7-9

11 of 66

Qarraqtni Mulej, u jien tqarraqt: kont aqwa minni, u għelibtni. Jien sirt

id-daħka ta’ kuljum,

kulħadd jiddieħak bija.

12 of 66

Kull meta niġi nitkellem, jien ngħajjat, u nxandar, “Moħqrija u ħsara!”.

13 of 66

Il-kelma tal-Mulej saret għalija tagħjir u tmaqdir kuljum. U jien għedt:

14 of 66

“Ma nsemmihx aktar, ma nitkellimx aktar f’ismu”.

Iżda f’qalbi hemm bħal nar jaqbad, magħluq f’għadmi.

15 of 66

Għejejt inżommu magħluq ġo fija, ma niflaħx aktar għalih.

16 of 66

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

17 of 66

R:/ Għalik imxennaq jiena, Mulej, Alla tiegħi

Salm Responsorjali

18 of 66

Alla, Alla tiegħi int; lilek ħerqan infittex.

19 of 66

Ruħi bil-għatx għalik,

għalik imxennaq jiena,

bħal art niexfa, maħruqa, bla ilma.

20 of 66

R:/ Għalik imxennaq jiena, Mulej, Alla tiegħi

21 of 66

Għalhekk ġejt narak

fit-tempju mqaddes tiegħek,

biex nitgħaxxaq bis-setgħa u l-glorja tiegħek.

22 of 66

Għax it-tjieba tiegħek aħjar mill-ħajja,

xufftejja jxandru t-tifħir tiegħek.

23 of 66

R:/ Għalik imxennaq jiena, Mulej, Alla tiegħi

24 of 66

Għalhekk inbierkek tul ħajti kollha;

ngħolli idejja u nsejjaħ ismek.

25 of 66

Bħal b’ikel mill-aħjar li jsemmen nimtela,

u jgħannilek fommi b’xufftejn ferrieħa.

26 of 66

R:/ Għalik imxennaq jiena, Mulej, Alla tiegħi

27 of 66

Għax int kont għajnuna għalija,

għad-dell ta’ ġwenħajk ngħanni bil-ferħ.

28 of 66

Miegħek tingħaqad ruħi,

int tweżinni bil-leminija tiegħek.

29 of 66

R:/ Għalik imxennaq jiena, Mulej, Alla tiegħi

30 of 66

Qari mill-Ittra ta’

San Pawl Appostlu

lir-Rumani

Rum 12, 1-2

31 of 66

Nitlobkom ħuti, għall-ħniena ta’ Alla, offru ġisimkom b’sagrifiċċju ħaj, qaddis, jogħġob lil Alla, jiġifieri

l-qima spiritwali tagħkom.

32 of 66

Timxux max-xejra ta’ din id-dinja, iżda nbidlu skond it-tiġdid ta’ fehmietkom,

33 of 66

biex iseħħilkom tagħrfu x’inhi r-rieda ta’ Alla, x’inhu ttajjeb li jogħġbu, x’inhu perfett.

34 of 66

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

35 of 66

Hallelujah, Hallelujah

36 of 66

Alla ta’ Sidna Ġesù Kristu,

jagħtikom spirtu ta’ għerf,

biex tagħrfu x’inhi t-tama tas-sejħa tagħkom.

37 of 66

Hallelujah, Hallelujah

38 of 66

Qari mill-Evanġelju skont

San Mattew

Mt 16, 21-27

R:/ Glorja lilek Mulej

39 of 66

F’dak iż-żmien, Ġesù beda juri lid-dixxipli tiegħu li kien meħtieġ għalih li jmur Ġerusalemm,

40 of 66

isofri ħafna mix-xjuħ u

l-qassisin il-kbar u

l-kittieba, joqtluh, u

fit-tielet jum iqum.

41 of 66

Pietru ġibdu lejh u beda jlumu u jgħidlu:

“Allaħares, Mulej! Ma jkun qatt li dan jgħaddi minn għalik!”.

42 of 66

Iżda Ġesù dar u qal lil Pietru:

43 of 66

“Itlaq minn quddiemi, ja xitan! Int tfixkil għalija, għax m’intix tqis

il-ħwejjeġ ta’ Alla,

44 of 66

imma qiegħed taħsibha ta’ bniedem li int!”.

45 of 66

Imbagħad qal lid-dixxipli tiegħu:

46 of 66

“Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu, u jimxi warajja.

47 of 66

Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha, imma min jitlef ħajtu għall-imħabba

tiegħi, isibha.

48 of 66

Għax xi jkun jiswielu

l-bniedem jekk jikseb

id-dinja kollha u mbagħad jitlef ħajtu?

49 of 66

Jew xi prezz se jagħti

l-bniedem biex isalva ħajtu?

50 of 66

Għax Bin

il-bniedem għandu jiġi

fil-glorja ta’ Missieru flimkien ma’ l-anġli tiegħu,

51 of 66

u mbagħad irodd lil kull wieħed skond ma wieħed ikun għamel”.

52 of 66

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

53 of 66

54 of 66

Jiena nemmen f’Alla wieħed, il-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u

l-art, dak kollu li jidher u dak li ma jidhirx.

55 of 66

U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,

imnissel mill-Missier

qabel kull żmien.

56 of 66

Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier u bih sar kollox.

57 of 66

Niżel mis-smewwiet għalina

l-bnedmin u għall-fidwa

tagħna.

58 of 66

U ħa l-ġisem

bis-setgħa tal-Ispirtu

s-Santu minn Marija Verġni u sar bniedem.

59 of 66

Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh, u fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet, skont

il-Kotba mqaddsa,

60 of 66

u tela’ s-sema, u qieghed fuq

il-lemin tal-Missier.

61 of 66

U għandu jerġa jiġi

bil-glorja biex jagħmel ħaqq

mill-ħajjin u mill-mejtin, u s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem.

62 of 66

U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej

mill-Missier u mill-Iben:

63 of 66

li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u

mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.

64 of 66

U fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika, appostolika.

Nistqarr magħmudija waħda

għall-maħfra tad-dnubiet.

65 of 66

U nistenna l-qawma

mill-imwiet, u l-ħajja

taż-żmien li ġej.

Ammen.

66 of 66