10 ta’ Frar – Festa tal-
Appostlu Missierna
San Pawl
Patrun ta’ Malta
Glorja `l Alla fil-għoli
tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.
Infaħħruk,
inberkuk,
nadurawk,
nagħtuk ġieh.
Inroddulek ħajr
għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan
tas-sema,
Alla Missier li tista’ kollox.
Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,
Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ħenn għalina.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.
Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis, Int waħdek Mulej,
Int waħdek il-għoli,
Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu
s-Santu:
fil-glorja tal-Missier Alla.
Ammen.
10 ta’ Frar – Festa tal-
Appostlu Missierna
San Pawl
Patrun ta’ Malta
Qari mill-Ktieb
Għerf
Għerf 14, 3-7
Missier, il-providenza tiegħek tmexxih; għax int ftaħt triq fil-baħar ukoll, u mogħdija bla periklu qalb l-imwieġ.
Hekk turi li int tista’ teħles minn kull tiġrif, biex ukoll min ma jifhimx jista’ jbaħħar.
Int ma tridx li għemil
l-Għerf ikun għal xejn għalhekk il-bnedmin jafdaw ħajjithom fuq għuda dgħajfa,
u jaqsmu qawwijin u sħaħ mwieġ kbar fuq ċattra. Hekk ukoll, meta kienu qegħdin jinqerdu l-ġganti l-kbar,
fuq dgħajsa skansat it-tama tad-dinja u, mmexxija minn idek, ħalliet lid-dinja
ż-żerriegħa ta’ nisel ġdid.
Imbierka l-għuda li biha jsir il-ġid!
Il-Kelma tal-Mulej
Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali
R:/ Ħa jroddu ħajr
lill-Mulej għall-tjubitu
Ħa jroddu ħajr lill-Mulej għal tjubitu,
għall-għegubijiet tiegħu
mal-bnedmin!
Ħa joffrulu sagrifiċċji ta’ radd il-ħajr,
u jxandru l-għemejjel tiegħu b’għana ferrieħi.
R:/ Ħa jroddu ħajr
lill-Mulej għall-tjubitu
Dawk li jbaħħru fuq
l-iġfna,
li jinnegozjaw fuq l-ibħra bla tarf,
raw l-opri tal-Mulej
u l-għeġubijiet tiegħu f’qiegħ il-baħar.
R:/ Ħa jroddu ħajr
lill-Mulej għall-tjubitu
Hu ordna u qajjem riefnu,
li qanqal imwieġ il-baħar.
Għolew s-smewwiet, u niżlu sa qiegħ il-baħar; qalbhom bdiet tferfer
bil-biża’
R:/ Ħa jroddu ħajr
lill-Mulej għall-tjubitu
Bdew jitbandlu u jixxenglu bħal nies fis-sakra,
u s-sengħa tagħhom xejn ma switilhom.
Għajjtu lill-Mulej
fl-hemm tagħhom,
U mid-dwejjaq tagħhom ħelishom.
U bidel ir-riefnu f’żiffa,
u sikket mewġ il-baħar.
R:/ Ħa jroddu ħajr
lill-Mulej għall-tjubitu
Huma ferħu għax ibbnazza;
u hu wassalhom sal-port li xtaqu.
Ħa jroddu ħajr lill-Mulej għal tjubitu,
għall-għegubijiet tiegħu
mal-bnedmin!
R:/ Ħa jroddu ħajr
lill-Mulej għall-tjubitu
Qari mill-Ktieb tal-�Atti tal-Appostli�Atti 28, 1-10
Meta ħlisna mill-għarqa, sirna nafu li l-gżira kien jisimha Malta.
In-nies tagħha ġiebu ruħhom magħna bi ħlewwa
li ma bħalha.
Laqgħuna tajjeb lilna lkoll u qabbdulna ħuġġieġa, għax kienet bdiet nieżla x-xita u kien il-bard.
Mela Pawlu qabad qabda zkuk niexfa u tefagħhom fin-nar.
Fiz-zkuk kien hemm lifgħa li malli ħasset is-sħana, ħarġet u qabdet ma’ id Pawlu.
In-nies tal-gżira, kif raw
il-lifgħa mdendla ma’ idu, bdew jgħidu wieħed
lill-ieħor:
“Dar-raġel żgur xi qattiel,
għax għad li ħelisha
mill-baħar, il-ġustizzja ma ħallitux jgħix!”
Imma hu farfar il-lifgħa
ġon-nar u ma ġralu
xejn. Huma stennew li se jarawh jintefaħ jew jaqa’ u jmut f’daqqa.
Wara li damu jistennew ħafna u raw li ma ġralu ebda deni, biddlu l-ħsieb u bdew jgħidu li kien xi alla.
F’dawk l-inħawi kien hemm l-oqsma tal-prinċep tal-gżira, li kien jismu
Publju.
Dan laqagħna u bil-qalb kollha żammna għandu tlitt ijiem. Missier Publju inzerta mixħut, marid
bid-deni u d-disenterija.
Pawlu daħal ħdejh, għamel talba, qiegħed idejh fuqu u fejjqu.
Wara dan, imbagħad bdew ukoll jersqu għandu
l-morda l-oħra tal-gżira, u hu fejjaqhom.
Urewna ġieħ kbir, u meta ġejna biex nitilqu, għabbew fuq
il-ġifen kull ma konna neħtieġu.
Il-Kelma tal-Mulej
Irroddu ħajr lil Alla
Hallelujah, Hallelujah
Faħħru l-Mulej, ġnus kollha, sebbħuh, popli kollha, għaliex qawwija hi l-grazzja tiegħu għalina:
il-fedeltà tal-Mulej tibqa’ għal dejjem.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Għeluq
l-Evanġelju skont
San Mark
Mk 16, 15-20
F’dak iż-żmien, Ġesù qal
lill-ħdax:
“Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju
lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva;
iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. U dawn huma s-sinjali li jsiebħu lil dawk li jemmnu:
f’Ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu is-sriep b’idejhom,
u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu idejhom fuq
il-morda u dawn ifiqu.”
U hekk l-Mulej Ġesù, wara li kellimhom kien imtella’
fis-sema u qagħad in-naħa
tal-lemin ta’ Alla.
Huma mbagħad marru jippriedkaw kullimkien;
il-Mulej kien jaħdem magħhom u jwettaq
il-kelma bil-mirakli li kienu jsiru magħha.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu
10 ta’ Frar – Festa tal-
Appostlu Missierna
San Pawl
Patrun ta’ Malta
Jiena nemmen f’Alla wieħed, il-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u
l-art, dak kollu li jidher u dak li ma jidhirx.
U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,
imnissel mill-Missier
qabel kull żmien.
Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier u bih sar kollox.
Niżel mis-smewwiet għalina
l-bnedmin u għall-fidwa
tagħna. U ħa l-ġisem
bis-setgħa tal-Ispirtu
s-Santu minn Marija Verġni
u sar bniedem. Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh, u
fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet, skont
il-Kotba mqaddsa,
u tela’ s-sema, u qieghed fuq
il-lemin tal-Missier.
U għandu jerġa jiġi
bil-glorja biex jagħmel ħaqq
mill-ħajjin u mill-mejtin, u s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem. U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej mill-Missier u mill-Iben:
li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u
mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.
U fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika, appostolika.
Nistqarr magħmudija waħda
għall-maħfra tad-dnubiet.
U nistenna l-qawma
mill-imwiet, u l-ħajja
taż-żmien li ġej. Ammen.