1 of 91

Solennità

tal-Ġisem u d-Demm

Imqaddes ta’ Kristu

Sena Ċ

Kulħadd kiel u xaba’.

2 of 91

Glorja `l Alla fil-għoli

tas-smewwiet, u paċi fl-art

lill-bnedmin ta’ rieda tajba.

3 of 91

Infaħħruk, inberkuk, nadurawk, nagħtuk ġieh. Inroddulek ħajr għall-glorja kbira tiegħek.

4 of 91

Mulej Alla,

Sultan tas-sema,

Alla Missier li tista’ kollox. Mulej Iben waħdieni,

Ġesù Kristu,

5 of 91

Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla,

Bin il-Missier.

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ħenn għalina.

6 of 91

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna. Int li qiegħed fuq il-lemin

tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis,

7 of 91

Int waħdek Mulej,

Int waħdek il-għoli,

Ġesù Kristu,

ma’ l-Ispirtu s-Santu:

fil-glorja tal-Missier Alla. Ammen.

8 of 91

Solennità

tal-Ġisem u d-Demm

Imqaddes ta’ Kristu

Sena Ċ

Kulħadd kiel u xaba’.

9 of 91

Qari I

Ħareġ bil-ħobż u l-inbid.

Qari mill-Ktieb

tal-Ġenesi Ġen 14:18-20

10 of 91

F’dak iż-żmien,

Melkisedek, sultan ta’ Salem,

li kien qassis ta’ El-għeljon,

11 of 91

Alla l-għoli, ħareġ bil-ħobż

u l-inbid.

12 of 91

U bierek lil Abram u qallu:

“Imbierek Abram minn

Alla l-għoli,

li għamel is-sema u l-art.

13 of 91

U mbierek Alla l-għoli

li reħa f’idejk l-għedewwa tiegħek”.

14 of 91

U Abram tah l-għexur

minn kollox.

15 of 91

Il-Kelma tal-Mulej.

℟. Irroddu ħajr lil Alla.

16 of 91

Salm Responsorjali

Salm 109(110):1,2,3,4

℟. Inti qassis għal dejjem

bħal Melkisedek.

17 of 91

Il-kelma tal-Mulej lil Sidi:

“Oqgħod fuq leminti,

18 of 91

sa ma nqiegħed

l-għedewwa tiegħek

mirfes taħt riġlejk”.

19 of 91

℟. Inti qassis għal dejjem

bħal Melkisedek.

20 of 91

Ix-xettru tal-qawwa tiegħek

jibgħat il-Mulej minn Sijon:

aħkem f’nofs l-għedewwa tiegħek!

21 of 91

℟. Inti qassis għal dejjem

bħal Melkisedek.

22 of 91

Tiegħek is-setgħa

sa minn twelidek

fuq l-għoljiet imqaddsa,

23 of 91

sa minn qabel is-sebħ

bħan-nida jien nissiltek.

24 of 91

℟. Inti qassis għal dejjem

bħal Melkisedek.

25 of 91

Ħalef il-Mulej,

u ma jisgħobbx bih:

“Inti qassis għal dejjem

bħal Melkisedek!”.

26 of 91

℟. Inti qassis għal dejjem

bħal Melkisedek.

27 of 91

Qari II �Kull meta tieklu u tixorbu, ixxandru l-mewt tal-Mulej.

Qari mill-Ewwel Ittra

ta’ San Pawl Appostlu

lill-Korintin 1 Kor 11:23-26

28 of 91

Ħuti, jien irċevejt mingħand

il-Mulej it-tagħlim li għaddejt lilkom,

29 of 91

jiġifieri, li l-Mulej Ġesù,

fil-lejl li fih kien ittradut,

ħa l-ħobż u wara li radd il-ħajr qasmu u qal:

30 of 91

“Dan hu ġismi li

jingħata għalikom;

agħmlu dan b’tifkira tiegħi”.

31 of 91

Hekk ukoll għamel bil-kalċi wara li kiel u qal:

32 of 91

“Dan il-kalċi hu l-patt il-ġdid b’demmi; agħmlu dan kull meta tixorbu, b’tifkira tiegħi”.

33 of 91

Mela kull meta tieklu dan

il-ħobż u tixorbu dan il-kalċi, intom ixxandru l-mewt

tal-Mulej sa ma jiġi.

34 of 91

Il-Kelma tal-Mulej.

℟. Irroddu ħajr lil Alla.

35 of 91

SEKWENZA

36 of 91

Faħħar, Sijon, lill-Feddej,

ir-ragħaj tiegħek u l-mexxej,

bl-innijiet u bl-għana.

37 of 91

Ibqa’ faħħru daqskemm tista’,

għax hu ’l fuq minn kull tifħir,

qatt ma tfaħħru kemm jistħoqqlu.

38 of 91

Għat-tifħir ħaġa tal-għaġeb,

il-ħobż ħaj li jagħti l-ħajja,

hawn quddiemna f’dan il-jum.

39 of 91

Dak il-ħobż li fuq il-mejda

lill-appostli fl-ikla mqaddsa

kien ingħata biex jikluh.

40 of 91

Ikun sħiħ it-tifħir tiegħek,

b’qalb ferrieħa, b’leħen għoli,

ikun jixraq ferħ ir-ruħ.

41 of 91

Għax dal-jum ta’ festa kbira,

ta’ dik l-ikla hu t-tifkira,

meta saret l-ewwel darba.

42 of 91

F’dina l-ikla s-Sultan tagħna,

l-Għid il-ġdid tal-liġi l-ġdida,

temm għalkollox l-Għid qadim.

43 of 91

Il-qadim twarrab mill-ġdid,

dak li hu ġie flok ix-xbieha,

id-dawl biegħed dlam il-lejl.

44 of 91

Dak li twettaq fl-Aħħar Ċena,

Kristu ried jibqa’ jiġġedded,

biex ikun tifkira tiegħu.

45 of 91

Imgħallmin b’tagħlim imqaddes,

nibdlu l-ħobż u l-inbid tagħna

b’sagrifiċċju għas-saħħa tagħna.

46 of 91

Twemmin ġdid lilna l-Insara,

li dal-ħobż jinbidel f’Ġisem,

u l-inbid jinbidel f’Demm.

47 of 91

Dak li ma tarax jew tifhem,

it-twemmin isaħħu u jwettqu

fuq kull ordni tan-natura.

48 of 91

Taħt xbihat fejn aħna nilmħu

mhux il-ħajja, imma sinjali,

jinħbew ħwejjeġ hekk għeżież.

49 of 91

Ikel Ġismu, xorb hu Demmu;

iżda Kristu sħiħ hemm moħbi

taħt kull waħda mix-xbihat.

50 of 91

Sħiħ jittiekel Kristu kollu,

bla jitkisser, bla jitfarrak,

bla jinqasam minn min jieħdu.

51 of 91

Jieklu elf u jiekol wieħed,

kemm ħa dan,

hekk jieħdu huma,

bla jintemm meta jittiekel.

52 of 91

Jieklu t-tajba, jieklu l-ħżiena;

imma ’l dawk iġib il-ħajja,

lil dawn jixħet fit-telfien.

53 of 91

Mewt għall-ħżiena,

ħajja għat-tajba,

ara kif jinbidel fihom,

għalkemm jieħdu l-istess ikel.

54 of 91

Meta l-Ostja tkun maqsuma,

la tibżax, imm’inti ftakar,

taħt ix-xbieha ta’ kull farka

hemm jinsab daqs

fl-Ostja sħiħa.

55 of 91

Ebda ksur ma jsir fi Kristu;

biss ix-xbieha tkun miksura:

u b’dal-ksur xejn ma jitnaqqas

f’Dak li hu taħt din ix-xbieha.

56 of 91

Dan ħobż l-anġli,

magħmul ikel

għall-bnedmin

fit-triq tal-ħajja,

ikel bnin għall-ulied kollha,

li m’għandux fix-xejn jintrema.

57 of 91

Bi xbihat kien ilu mħabbar,

f’dik l-offerta ta’ Iżakk,

fil-ħaruf li nqatel fl-Għid,

u fil-manna tad-deżert.

58 of 91

Int ragħaj tajjeb, ħobż tassew,

Ġesù tagħna, ħenn għalina;

int itmagħna u ħarisna:

inti lilna l-ġid urina

fl-art imbierka tal-ħajjin.

59 of 91

Int li taf u tista’ kollox,

li titmagħna hawn f’dil-ħajja,

hemm agħmilna lkoll imsieħba,

60 of 91

f’għaqda waħda lkoll werrieta

mal-qtajjiet tal-qaddisin.

Ammen.

Hallelujah.

61 of 91

Hallelujah,

Hallelujah

62 of 91

Ġw 6:51

Jiena hu l-ħobż il-ħaj,

li niżel mis-sema,

jgħid il-Mulej;

jekk xi ħadd jiekol minn dan

il-ħobż jgħix għal dejjem.

63 of 91

Hallelujah,

Hallelujah

64 of 91

Evanġelju

Kulħadd kiel u xaba’.

    • Qari mill-Evanġelju skont San Luqa Lq 9:11b-17

65 of 91

F’dak iż-żmien, Ġesù qagħad ikellem il-folol fuq

is-Saltna ta’ Alla,

66 of 91

u fejjaq lil dawk li kienu jeħtieġu l-fejqan.

67 of 91

Il-jum kien wasal biex jintemm.

68 of 91

Resqu lejh it-Tnax u qalulu: “Ibgħathom in-nies ħa jmorru fl-irħula u r-rziezet tal-qrib

69 of 91

biex isibu fejn jistrieħu

u jieklu xi ħaġa,

għax hawnhekk qegħdin

f’post imwarrab”.

70 of 91

Iżda hu qalilhom:

“Agħtuhom intom x’jieklu”.

71 of 91

Qalulu:

“Ma għandniex aktar minn ħames ħobżiet u żewġ ħutiet,

72 of 91

jekk għall-inqas ma mmorrux aħna stess nixtru l-ikel għal dawn in-nies kollha!”.

73 of 91

Għax kien hemm madwar

il-ħamest elef raġel.

74 of 91

U qal lid-dixxipli tiegħu: “Qegħduhom bilqiegħda ħamsin ħamsin”.

75 of 91

Hekk għamlu, u qiegħdu lil kulħadd bilqiegħda.

76 of 91

Imbagħad ħa l-ħames ħobżiet u ż-żewġ ħutiet, rafa’ għajnejh lejn is-sema,

77 of 91

berikhom u qasamhom,

u tahom lid-dixxipli biex inewluhom lin-nies.

78 of 91

U kulħadd kiel u xaba’ u

l-bċejjeċ tal-ħobż li kien fadal ġabruhom fi tnax-il qoffa.

79 of 91

Il-Kelma tal-Mulej.

℟. It-tifħir lilek Kristu.

80 of 91

Solennità

tal-Ġisem u d-Demm

Imqaddes ta’ Kristu

Sena Ċ

Kulħadd kiel u xaba’.

81 of 91

Jiena nemmen f’Alla wieħed,

il-Missier li jista’ kollox,

li ħalaq is-sema u

l-art, dak kollu li jidher

u dak li ma jidhirx.

82 of 91

U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,

imnissel mill-Missier

qabel kull żmien.

83 of 91

Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier

u bih sar kollox.

84 of 91

Niżel mis-smewwiet għalina

l-bnedmin u għall-fidwa

tagħna. U ħa l-ġisem

bis-setgħa tal-Ispirtu

s-Santu minn Marija Verġni

85 of 91

u sar bniedem. Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh,

u fit-tielet jum qam

minn bejn l-imwiet, skont

86 of 91

il-Kotba mqaddsa,

u tela’ s-sema, u qieghed fuq

il-lemin tal-Missier.

U għandu jerġa jiġi

bil-glorja biex jagħmel ħaqq

87 of 91

mill-ħajjin u mill-mejtin, u

s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem. U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej mill-Missier u mill-Iben:

88 of 91

li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u

mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.

89 of 91

U fi Knisja waħda,

qaddisa, kattolika,appostolika.

Nistqarr magħmudija waħda

għall-maħfra tad-dnubiet.

90 of 91

U nistenna l-qawma

mill-imwiet, u l-ħajja

taż-żmien li ġej.

Ammen.

91 of 91

Solennità

tal-Ġisem u d-Demm

Imqaddes ta’ Kristu

Sena Ċ

Kulħadd kiel u xaba’.