1 of 50

Qari mill-Ewwel Ittra ta’

San Pawl Appostlu

lill-Korintin

1, Kor 15, 1-11

2 of 50

Ħuti, irrid infakkarkom

fl-Evanġelju li xandarnielkom u li intom ilqajtu u li fih qegħdin iżżommu sħiħ.

3 of 50

Bih intom salvi bil-kelma li jien ħabbartilkom, kemm-il darba żżommuha, jekk ma

emmintux għal xejn.

4 of 50

Qabel xejn, jien

għallimtkom dak li tgħallimt jien, jiġifieri, li Kristu miet minħabba dnubietna, skont

l-Iskrittura;

5 of 50

difnuh u qam mill-imwiet fit-tielet jum, skont

l-Iskrittura. U deher lil Kefa, u mbagħad lit-Tnax.

6 of 50

Deher imbagħad lil aktar

minn ħames mitt aħwa

flimkien. Ħafna minnhom għadhom ħajjin sal-lum; xi wħud minnhom raqdu.

7 of 50

Imbagħad deher lil Ġakbu u

lill-appostli kollha. Fl-aħħar deher lili wkoll wara kulħadd, qisni twelidt

mormi qabel il-waqt,

8 of 50

għax jien l-inqas wieħed fost l-appostli, u ma jistħoqqlix nissejjaħ appostlu, għaliex kont naħqar il-Knisja

ta' Alla.

9 of 50

Imma bil-grazzja ta' Alla jien dak li jien u l-grazzja tiegħu fija ma sfatx fix-xejn, għax tħabatt ħafna iktar minnhom ilkoll; għad li mhux jien,

10 of 50

iżda l-grazzja ta' Alla li hi miegħi. Imma sew huma u sew jien, dan aħna xandarna, u dan emmintu intom.

11 of 50

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

12 of 50

R:/ Faħħru l-Mulej għaliex hu tajjeb

Salm Responsorjali

13 of 50

Faħħru l-Mulej, għaliex hu tajjeb,

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu!

14 of 50

Ħa jgħidu wlied Iżrael:

"Għal dejjem it-tjieba tiegħu."

15 of 50

R:/ Faħħru l-Mulej għaliex hu tajjeb

16 of 50

Il-leminija tal-Mulej 'il fuq merfugħa,

il-leminija tal-Mulej għamlet ħwejjeġ ta' ħila.

17 of 50

Ma mmutx, imma nibqa' ngħix,

u nħabbar l-għemejjel

tal-Mulej.

18 of 50

R:/ Faħħru l-Mulej għaliex hu tajjeb

19 of 50

Alla tiegħi int,

jien niżżik ħajr;

Alla tiegħi,

jien lilek inkabbar.

20 of 50

R:/ Faħħru l-Mulej għaliex hu tajjeb

21 of 50

Hallelujah, Hallelujah

22 of 50

Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom,

jgħid il-Mulej

23 of 50

Hallelujah, Hallelujah

24 of 50

Qari mill-Evanġelju skont �San Luqa

Lq 7, 36-50

R:/ Glorja lilek Mulej

25 of 50

F’dak iż-żmien, wieħed

mill-Fariżej stieden lil Ġesù biex jiekol miegħu; Ġesù daħal għand il-Fariżew u qagħad għall-ikel.

26 of 50

Issa fil-belt kien hemm

midinba magħrufa.

Din saret taf li kien qiegħed għall-ikel fid-dar

tal-Fariżew;

27 of 50

ġiebet vażett tal-alabastru biż-żejt ifuħ; u marret qagħdet warajh ħdejn riġlejh,

28 of 50

tibki u xxarrablu riġlejh bi dmugħha u tixxuttahomlu b'xuxitha; imbagħad bisitlu riġlejh u dilkithomlu

biż-żejt ifuħ.

29 of 50

Kif ra hekk il-Fariżew li stiednu qal bejnu u bejn ruħu:

30 of 50

“Dan, li kien profeta, kien ikun jaf min hi u x'mara hi din li qiegħda tmissu; kien ikun jaf, għax hi midinba!”

31 of 50

Imma Ġesù qabad u qallu:

32 of 50

“Xmun, għandi ħaġa xi

ngħidlek.”

33 of 50

“Għid, mgħallem,”

qallu dak.

34 of 50

“Tnejn min-nies kellhom

id-dejn ma' wieħed li jislef

il-flus; wieħed kellu jagħtih ħames mitt dinar u l-ieħor ħamsin.

35 of 50

Minn fejn iħallsu dejnhom ma kellhomx, u hu ħafrilhom it-tnejn.

Min minnhom se jħobbu

l-iżjed?”

36 of 50

Wieġeb Xmun u qal:

“Jidhirli jien li dak li

ħafirlu l-iżjed.”

37 of 50

“Ħsibtha tajjeb”

38 of 50

qallu Ġesù.

Imbagħad dar lejn il-mara

u qal lil Xmun:

39 of 50

“Qiegħed taraha lil din

il-mara? Dħalt għandek,

u ilma għal riġlejja ma

tajtnix,

40 of 50

iżda hi riġlejja xarrbithomli bi dmugħha u xxuttathomli b'xuxitha.

41 of 50

Bewsa ma tajtnix,

iżda hi minn xħin daħlet

ma waqfitx tbusli riġlejja.

42 of 50

Rasi ma dlikthilix

biż-żejt imma hi dilkitli riġlejja b'żejt ifuħ.

43 of 50

Għalhekk ngħidlek li

dnubietha, li kienu ħafna,

nħafrulha, għax ħabbet ħafna; imma min jinħafirlu ftit, ftit iħobb.

44 of 50

Imbagħad qal lilha:

45 of 50

“Dnubietek maħfura.”

46 of 50

Dawk li kienu fuq il-mejda miegħu bdew jgħidu fihom infushom:

“Dan min hu biex jaħfer

id-dnubiet ukoll?”

47 of 50

Iżda hu qal lill-mara:

48 of 50

“Il-fidi tiegħek salvatek;

mur bis-sliem.”

49 of 50

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

50 of 50