Sena A
“Ġesù xandar
l-Evanġelju tas-Saltna,
u fejjaq kull xorta
ta’ mard fost il-poplu.”
It-Tielet Ħadd
Matul is-Sena
Glorja `l Alla fil-għoli
tas-smewwiet, u paċi fl-art
lill-bnedmin ta’ rieda tajba.
Infaħħruk, inberkuk, nadurawk, nagħtuk ġieh. Inroddulek ħajr għall-glorja kbira tiegħek.
Mulej Alla,
Sultan tas-sema,
Alla Missier li tista’ kollox. Mulej Iben waħdieni,
Ġesù Kristu,
Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla,
Bin il-Missier.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ħenn għalina.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna. Int li qiegħed fuq il-lemin
tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis,
Int waħdek Mulej,
Int waħdek il-għoli,
Ġesù Kristu,
ma’ l-Ispirtu s-Santu:
fil-glorja tal-Missier Alla. Ammen.
Sena A
“Ġesù xandar
l-Evanġelju tas-Saltna,
u fejjaq kull xorta
ta’ mard fost il-poplu.”
It-Tielet Ħadd
Matul is-Sena
Qari I
Fil-Galilija tal-ġnus, il-poplu ra dawl kbir.
Qari mill-Ktieb
tal-Profeta Isaija. 8. 23b – 9, 3
Alla
bħalma qabel fl-imgħoddi
kien mela bl-għajb
l-art ta’ Żebulun
u l-art ta’ Naftali,
hekk issa fl-aħħar isebbaħ
it-triq tal-baħar
’l hemm mill-Ġordan,
il-Galilija tal-ġnus.
Il-poplu li kien
miexi fid-dlam
ra dawl kbir;
in-nies li joqogħdu
f’art id-dlam
dawl idda fuqhom.
Int kattart il-ġens,
kabbart l-hena;
huma ferħu quddiemek,
bħalma jifirħu
fi żmien il-ħsad,
bħalma jifirħu
fi qsim il-priża.
Għax il-madmad
li kien itaqqlu,
u l-ħatar ta’ fuq spallejh,
u l-bastun ta’ l-argużin,
int kissirthom
bħal f’jum Midjan.
Il-Kelma tal-Mulej.
℟. Irroddu ħajr lil Alla.
Salm Responsorjali
Salm26 (27) 1.4.13-14
℟. Il-Mulej id-dawl
u s-salvazzjoni tiegħi.
Il-Mulej id-dawl
u s-salvazzjoni tiegħi;
minn min għandi nibża’?
Il-Mulej hu l-kenn tiegħi;
quddiem min
għandi nitwerwer?
℟. Il-Mulej id-dawl
u s-salvazzjoni tiegħi.
Ħaġa waħda
tlabt lill-Mulej,
ħaġa waħda nfittex:
li ngħammar f’dar il-Mulej
tul il-jiem kollha ta’ ħajti;
biex nitgħaxxaq
bil-ħlewwa tal-Mulej
jien u nħares lejn
it-tempju tiegħu.
℟. Il-Mulej id-dawl
u s-salvazzjoni tiegħi.
Nemmen li għad nara
t-tjieba tal-Mulej
f’art il-ħajjin.
Ittama fil-Mulej,
żomm sħiħ u qawwi qalbek;
ittama fil-Mulej.
℟. Il-Mulej id-dawl
u s-salvazzjoni tiegħi.
Qari II
Aqblu fi kliemkom u ma jkunx hemm firdiet fostkom.
Qari mill-Ewwel Ittra
ta’ San Pawl Appostlu
lill-Korintin. 1, 10-13.17
Nitlobkom, ħuti,
f’isem Sidna Ġesù Kristu,
biex tkunu taqblu
fi kliemkom
u ma jkunx hemm
firdiet fostkom.
Kunu magħqudin
kif imiss,
ħsieb wieħed
u fehma waħda.
Ħuti,
in-nies ta’ Kloji
qaluli fuqkom
li fostkom
hemm it-tilwim:
irrid ngħid jien,
li kull wieħed minnkom qiegħed jgħid:
«Jiena ta’ Pawlu,»
«U jiena ta’ Apollo,»
«U jiena ta’ Kefa,»
«U jiena ta’ Kristu.»
Jaqaw Kristu mifrud?
Forsi Pawlu
kien li ssallab għalikom jew f’isem Pawlu tgħammidtu?
Kristu ma bagħatnix
biex ngħammed
iżda biex inxandar
l-Evanġelju,
mhux bi kliem l-għerf
sabiex ma jiġix fix-xejn
is-salib ta’ Kristu.
Il-Kelma tal-Mulej.
℟. Irroddu ħajr lil Alla.
Hallelujah,
Hallelujah.
ara Mt 4, 23
Ġesù xandar
l-Evanġelju tas-Saltna,
u fejjaq kull xorta
ta’ mard fost il-poplu.
Hallelujah,
Hallelujah.
Evanġelju
Ġie f’Kafarnahum,
biex iseħħ dak li kien intqal mill-profeta Isaija.
✠ Qari mill-Evanġelju
skont San Mattew. 4, 12-23
Meta Ġesù sama’
li kienu arrestaw
lil Ġwanni,
warrab lejn il-Galilija.
Telaq minn Nażaret
u mar joqgħod Kafarnahum,
qrib il-baħar,
fl-inħawi
ta’ Żebulun u Naftali,
biex hekk iseħħ
dak li kien ingħad permezz
tal-profeta Isaija,
meta qal:
«Art ta’ Żebulun,
u art ta’ Naftali,
it-triq tal-baħar,
art ’il hemm mill-Ġordan, Galilija tal-ġnus!
«Il-poplu
li kien qiegħed fid-dlam
ra dawl kbir;
«dawk li kienu f’art
u dell il-mewt idda dawl għalihom.»
Minn dak iż-żmien
Ġesù beda jxandar
u jgħid:
«Indmu għax
is-Saltna tas-Smewwiet waslet.»
Huwa u jdur
ma’ xatt il-baħar
tal-Galilija
lemaħ żewġt aħwa,
Xmun jgħidulu Pietru,
u ħuh Indrí,
qegħdin jixħtu
x-xbiek fil-baħar,
għax kienu sajjieda.
U qalilhom:
«Ejjew warajja,
u nagħmilkom
sajjieda tal-bnedmin.»
U minnufih
telqu x-xbiek,
u marru warajh.
Wara li mexa minn hemm
ra żewġt aħwa oħra,
Ġakbu ta’ Żebedew
u ħuh Ġwanni,
qegħdin fid-dgħajsa
ma’ missierhom Żebedew isewwu x-xbiek tagħhom,
u sejħilhom.
Minnufih
telqu d-dgħajsa
u lil missierhom,
u marru warajh.
Ġesù dar
il-Galilija kollha
jgħallem
fis-sinagogi tagħhom,
ixandar
l-Evanġelju tas-Saltna
u jfejjaq kull xorta
ta’ mard u dgħufija
fost il-poplu.
Il-Kelma tal-Mulej.
℟. Tifħir lilek Kristu.
Sena A
“Ġesù xandar
l-Evanġelju tas-Saltna,
u fejjaq kull xorta
ta’ mard fost il-poplu.”
It-Tielet Ħadd
Matul is-Sena
Jiena nemmen f’Alla wieħed,
il-Missier li jista’ kollox,
li ħalaq is-sema u
l-art, dak kollu li jidher
u dak li ma jidhirx.
U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,
imnissel mill-Missier
qabel kull żmien.
Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier
u bih sar kollox.
Niżel mis-smewwiet għalina
l-bnedmin u għall-fidwa
tagħna.
U ħa l-ġisem
bis-setgħa tal-Ispirtu
s-Santu minn Marija Verġni
u sar bniedem.
Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh,
u fit-tielet jum qam
minn bejn l-imwiet, skont
il-Kotba mqaddsa,
u tela’ s-sema, u qieghed fuq
il-lemin tal-Missier.
U għandu jerġa jiġi
bil-glorja biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin, u
s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem.
U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej mill-Missier u mill-Iben:
li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u
mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.
U fi Knisja waħda,
qaddisa, kattolika,appostolika.
Nistqarr magħmudija waħda
għall-maħfra tad-dnubiet.
U nistenna l-qawma
mill-imwiet, u l-ħajja
taż-żmien li ġej.
Ammen.
Sena A
“Ġesù xandar
l-Evanġelju tas-Saltna,
u fejjaq kull xorta
ta’ mard fost il-poplu.”
It-Tielet Ħadd
Matul is-Sena