1 of 36

Tifkira ta’

Marija Omm u Xbieha

tal-Knisja

2 of 36

Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli(Atti 1, 12-14)

3 of 36

Wara li Ġesù tela s-sema

l-appostli reġgħu lura lejn Ġerusalemm mill-għolja msejħa taż-Żebbuġ, li hi ’l bogħod mill-belt daqs

4 of 36

il-mixja tas-Sibt. Xħin daħlu l-belt, telgħu

fil-kamra ta’ fuq tad-dar fejn kienu joqogħdu. Kienu: Pietru u Ġwanni, Ġakbu u

5 of 36

Indrì, Filippu u Tumas, Bartilmew u Mattew, Ġakbu bin Alfew, u Xmun jgħidulu l-Imħeġġeġ, u Ġuda bin Ġakbu.

6 of 36

U, magħqudin qalb waħda, kienu jitolbu flimkien, ma’ xi nisa u ma’ Marija, omm Ġesù, u ma’ ħutu.

7 of 36

Il-Kelma tal-Mulej.

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

8 of 36

Salm Responsorjali

R:/ Ħwejjeġ sbieħ jingħadu dwarek o Belt ta’ Alla!

9 of 36

Il-Mulej bena lil Sijon fuq l-għoljiet imqaddsa;

hu jħobb il-bibien tagħha

aktar mill-għamajjar kollha ta’ Ġakobb.

10 of 36

R:/ Ħwejjeġ sbieħ jingħadu dwarek o Belt ta’ Alla!

11 of 36

O belt ta’ Alla, ħwejjeġ sbieħ hu jgħid fuqek:

U dwar Sijon jingħad:

12 of 36

“Ilkoll, il-wieħed u l-ieħor, twieldu fiha!

U Alla l-Għoli nnifsu jwettaqha f’postha.”

13 of 36

R:/ Ħwejjeġ sbieħ jingħadu dwarek o Belt ta’ Alla!

14 of 36

Jikteb il-Mulej fil-ktieb

tal-popli:

“Dan twieled hemm!”

15 of 36

U jgħannu, huma u jiżfnu,

dawk kollha li jgħammru fik.

16 of 36

R:/ Ħwejjeġ sbieħ jingħadu dwarek o Belt ta’ Alla!

17 of 36

Hallelujah, Hallelujah

18 of 36

O Verġni hienja, li nissilt lill-Mulej; O Omm imbierka tal-Knisja, li tqawwi fina

l-ispirtu tal-Iben tiegħek, Ġesù Kristu.

19 of 36

Hallelujah, Hallelujah

20 of 36

Qari mill-Evanġelju skont

San Ġwann

Ġw 19, 25-34

R:/ Glorja lilek Mulej

21 of 36

F’dak iż-żmien kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesù ommu, oħt ommu, Marija ta’ Kleofa, u Marija ta’ Magdala.

22 of 36

Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu:

23 of 36

“Mara, hawn hu ibnek.”

24 of 36

Imbagħad qal lid-dixxiplu:

“Hawn hi ommok.”

25 of 36

U minn dak il-ħin

id-dixxiplu ħadha għandu.

26 of 36

Wara dan, Ġesù, billi issa

kien jaf li kollox kien mitmum, biex isseħħ

l-Iskrittura qal:

27 of 36

“Għandi l-għatx!”

28 of 36

Kien hemm bieqja mimlija

bil-ħall; huma xarrbu sponża bil-ħall, waħħluha ma’ qasba tal-issopu, u ressquhielu lejn ħalqu. Kif Ġesù ħa l-ħall, qal:

29 of 36

“Kollox hu mitmum!”

30 of 36

Imbagħad mejjel rasu u radd ruħu. Billi kien Jum

it-Tħejjija tal-Għid, il-Lhud ma ridux li f’jum is-Sibt

l-iġsma jibqgħu fuq is-salib,

31 of 36

għax dak is-Sibt kien jum solenni għalihom. Talbu mela lil Pilatu biex jiksrulhom riġlejhom u jneħħu l-iġsma.

32 of 36

Għalhekk ġew is-suldati u kisru r-riġlejn tal-ewwel u

tat-tieni wieħed li kienu msallbin miegħu.

33 of 36

Iżda meta waslu għal Ġesù, billi raw li kien ġa mejjet, ma kisrulux riġlejh.

34 of 36

Madankollu, wieħed

mis-suldati nifidlu ġenbu b’lanza, u minnufih ħareġ demm u ilma.

35 of 36

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

36 of 36

Tifkira ta’

Marija Omm u Xbieha

tal-Knisja