1 of 51

29 t’ April – Festa ta’

Santa Katerina

ta’ Siena,

verġni, duttur tal-Knisja u

patruna tal-Ewropa

2 of 51

Glorja `l Alla fil-għoli

tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.

3 of 51

Infaħħruk,

inberkuk,

nadurawk,

nagħtuk ġieh.

4 of 51

Inroddulek ħajr

għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan

tas-sema,

Alla Missier li tista’ kollox.

5 of 51

Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,

Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.

6 of 51

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ħenn għalina.

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.

7 of 51

Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis, Int waħdek Mulej,

Int waħdek il-għoli,

8 of 51

Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu

s-Santu:

fil-glorja tal-Missier Alla.

Ammen.

9 of 51

29 t’ April – Festa ta’

Santa Katerina

ta’ Siena,

verġni, duttur tal-Knisja u

patruna tal-Ewropa

10 of 51

Qari mill-Ewwel Ittra ta’

San Ġwann Appostlu

1 Ġw 1:5-2:2

11 of 51

Għeżież: Din hi l-aħbar li smajna mingħand Kristu, u li qegħdin inxandrulkom: li Alla hu dawl u li ma hemm fih ebda dlam.

12 of 51

Jekk ngħidu li aħna mseħbin miegħu imma nimxu

fid-dlam, inkunu qegħdin nigdbu u ma nagħmlux

is-sewwa.

13 of 51

Iżda jekk nimxu fid-dawl, kif inhu fid-dawl hu stess, aħna nissieħbu flimkien u

d-demm ta’ Ġesù Kristu Ibnu jnaddafna minn kull dnub.

14 of 51

Jekk ngħidu li ma għandniex dnub, inqarrqu bina nfusna u s-sewwa ma jkunx fina. Jekk nistqarru dnubietna, hu fidil u ġust,

15 of 51

hekk li jaħfrilna dnubietna u jnaddafna minn kull ħażen.

16 of 51

Jekk ngħidu li ma dnibniex, inkunu qegħdin ingiddbuh,

u kelmtu ma tkunx fina.

17 of 51

Uliedi, dan qiegħed niktibhulkom biex ma tidinbux.

18 of 51

Imma jekk xi ħadd jidneb,

aħna għandna difensur quddiem il-Missier, Ġesù Kristu l-ġust.

19 of 51

Huwa hu t-tpattija

għad-dnubiet tagħna,

u mhux għal tagħna

biss, iżda wkoll għal dawk tad-dinja kollha.

20 of 51

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

21 of 51

R:/ Bierek, ruħi tiegħi, il-Mulej!

Salm Responsorjali

22 of 51

Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej,

kulma hu ġo fija, bierek

l-isem qaddis tiegħu.

23 of 51

Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej,

u la tinsiex il-ġid kollu li għamel miegħek.

24 of 51

R:/ Bierek, ruħi tiegħi,

il-Mulej!

25 of 51

Hu li jaħfer dnubitek kollha,

li jfejjaq il-mard tiegħek kollu,

26 of 51

li jifdi ’l ħajtek mill-ħofra,

li jdawrek bit-tjieba u

l-ħniena.

27 of 51

R:/ Bierek, ruħi tiegħi,

il-Mulej!

28 of 51

Ħanin u ta’ qalb tajba

l-Mulej,

idum biex jagħdab u kollu mogħdrija.

29 of 51

Mhuwiex dejjem jitlewwem,

anqas dejjem jinkorla.

30 of 51

R:/ Bierek, ruħi tiegħi,

il-Mulej!

31 of 51

Bħalma missier iħenn għal uliedu,

hekk iħenn il-Mulej għal min għandu l-biża’ tiegħu,

32 of 51

għax hu jaf mniex aħna magħġuna,

jiftakar li aħna trab.

33 of 51

R:/ Bierek, ruħi tiegħi,

il-Mulej!

34 of 51

Il-ħniena tal-Mulej minn dejjem sa dejjem

ma’ dawk li għandhom

il-biża’ tiegħu,

35 of 51

u l-ħaqq tiegħu ma’ wlied uliedhom,

ma’ dawk li jħarsu l-patt tiegħu

36 of 51

u li jiftakru fil-preċetti tiegħu biex iħarsuhom.

37 of 51

R:/ Bierek, ruħi tiegħi,

il-Mulej!

38 of 51

Hallelujah, Hallelujah

39 of 51

Inbierek, Missier, Sid

is-sema u l-art,

talli int dawn il-ħwejjeġ għarrafthom lil min hu ċkejken.

40 of 51

Hallelujah, Hallelujah

41 of 51

Qari mill-Evanġelju skont

San Mattew

Mt 11:25-30

R:/ Glorja lilek Mulej

42 of 51

F’dak iż-żmien: Ġesù qabad u qal:

43 of 51

“Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, talli inti, dawn il-ħwejjeġ, ħbejthom lil min hu għaref u lil min jifhem,

44 of 51

u għarrafthom lil min hu ċkejken. Iva, Missier, għax hekk għoġob lir-rieda tiegħek.

45 of 51

Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf lill-Iben ħlief

il-Missier,

46 of 51

kif ħadd ma jagħraf

lill-Missier ħlief l-Iben u dak li l-Iben irid jgħarrafhulu.

47 of 51

Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena

nserraħkom.

48 of 51

Ħudu fuqkom l-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għax jien ta’ qalb ħelwa u umli, u intom issibu mistrieħ għal ruħkom.

49 of 51

Għaliex il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi ħafif”.

50 of 51

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

51 of 51

29 t’ April – Festa ta’

Santa Katerina

ta’ Siena,

verġni, duttur tal-Knisja u

patruna tal-Ewropa