Il-parabbola
tal-qamħ u tas-sikrana
Glorja `l Alla fil-għoli
tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.
Infaħħruk,
inberkuk,
nadurawk,
nagħtuk ġieh.
Inroddulek ħajr
għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan
tas-sema,
Alla Missier li tista’ kollox.
Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,
Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ħenn għalina.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.
Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis, Int waħdek Mulej,
Int waħdek il-għoli,
Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu
s-Santu:
fil-glorja tal-Missier Alla.
Ammen.
Il-parabbola
tal-qamħ u tas-sikrana
Qari mill-Ktieb
tal-Għerf
Għerf 12, 13.16-19
M’hemmx Alla ieħor ħliefek, li jieħu ħsieb kollox biex ikollok turih li ma qtajtx il-ħaqq ħażin.
Għax is-setgħa tiegħek hi
l-għajn tal-ġustizzja,
u, għax int Sid ta’ kollox, lil kulħadd tagħder.
Int turi saħħtek ma’ min ma jemminx fil-kobor ta’ setegħtek: u trażżan ’il dawk li, għalkemm jafuha,
iqumu kontriha.
Għax sid il-qawwa, int tagħmel il-ħaqq bil-ħniena;
lilna tmexxina bi tjieba kbira.
Għalkemm għandek
is-setgħa, issibha wkoll meta tridha.
B’dan l-għemil int għallimt lill-poplu tiegħek, li l-ġust għandu jkun twajjeb.
Din hi t-tama sabiħa li inti tajt lil uliedek, li inti tagħti żmien għall-indiema ta’ dnubiethom.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
R:/ Mulej, inti twajjeb
u taħfer
Salm Responsorjali
Int, Sidi, twajjeb u taħfer,
kollok tjieba għal kull min isejjaħlek.
Agħti widen, Mulej,
għat-talba tiegħi,
isma’ l-leħen tal-ilfiq tiegħi.
R:/ Mulej, inti twajjeb
u taħfer
Il-ġnus kollha, li għamilt, jiġu jinxteħtu quddiemek,
u jsebbħu ismek, Sidi.
Għax kbir int, u għemejjel tal-għaġeb tagħmel;
int waħdek Alla!
R:/ Mulej, inti twajjeb
u taħfer
Int, Alla Sidi, ħanin u twajjeb,
iddum biex tagħdab, kollok tjieba u fedeltà.
Ħares lejja u ħenn għalija,
agħti qawwa lill-qaddej tiegħek.
R:/ Mulej, inti twajjeb
u taħfer
Qari mill-Ittra ta’
San Pawl Appostlu
lir-Rumani
Rum 8, 26-27
Ħuti, l-Ispirtu, min-naħa tiegħu, jgħinna fin-nuqqas ta’ ħila tagħna. Għax aħna anqas biss nafu nitolbu kif imiss,
imma l-Ispirtu stess jidħol għalina bit-talb tiegħu bi tnehid li ma jistax jitfisser bil-kliem;
u Alla, li l-ħarsa tiegħu tinfed il-qlub, jaf x’inhi
x-xewqa tal-Ispirtu; bit-talb tiegħu jidħol għall-qaddisin skond ma jrid Alla.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
Hallelujah, Hallelujah
Infaħħrek, Missier, Sid
is-sema u l-art,
għax inti dawn il-ħwejjeġ tas-saltna wrejthom
liċ-ċkejknin.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont
San Mattew
Mt 13, 24-43
R:/ Glorja lilek Mulej
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies din il-parabbola:
“Is-saltna tas-Smewwiet tixbah lil wieħed raġel li żara’ żerriegħa tajba
fl-għalqa tiegħu.
Iżda xħin in-nies kienu reqdin, ġie l-għadu tiegħu, żara’ s-sikrana qalb
il-qamħ u telaq.
Meta mbagħad il-qamħ nibet u ħareġ is-sbul, tfaċċat ukoll is-sikrana. Resqu l-qaddejja fuq sid
l-għalqa u qalulu:
‘Sinjur, int mhux żerriegħa tajba żrajt
fl-għalqa tiegħek? Mela dis-sikrana mnejn ġiet?’.
Iżda hu qalilhom:
‘Dil-biċċa għamilhieli xi għadu tiegħi’.
‘Tridx immorru niġbruha?’,
qalulu l-qaddejja.
‘Le, qalilhom, għax intom u tiġbru s-sikrana għandkom mnejn taqilgħu magħha l-qamħ ukoll.
Erħulhom jikbru
t-tnejn flimkien sal-ħsad; meta mbagħad jasal
il-ħsad, ngħid
lill-ħassada:
Iġbru s-sikrana l-ewwel, u orbtuha qatta qatta
għall-ħruq, imbagħad qiegħdu l-qamħ
fil-maħżen tiegħi’”.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu
Jiena nemmen f’Alla wieħed, il-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u
l-art, dak kollu li jidher u dak li ma jidhirx.
U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,
imnissel mill-Missier
qabel kull żmien.
Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier u bih sar kollox.
Niżel mis-smewwiet għalina
l-bnedmin u għall-fidwa
tagħna.
U ħa l-ġisem
bis-setgħa tal-Ispirtu
s-Santu minn Marija Verġni u sar bniedem.
Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh, u fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet, skont
il-Kotba mqaddsa,
u tela’ s-sema, u qieghed fuq
il-lemin tal-Missier.
U għandu jerġa jiġi
bil-glorja biex jagħmel ħaqq
mill-ħajjin u mill-mejtin, u s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem.
U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej
mill-Missier u mill-Iben:
li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u
mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.
U fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika, appostolika.
Nistqarr magħmudija waħda
għall-maħfra tad-dnubiet.
U nistenna l-qawma
mill-imwiet, u l-ħajja
taż-żmien li ġej.
Ammen.
Il-parabbola
tal-qamħ u tas-sikrana