1 of 38

It-Tlieta

tal-Ħames Ġimgħa

tal-Għid

2 of 38

Qari mill-Ktieb

tal-Atti tal-Appostli

Atti 14, 19-28

3 of 38

F’dak iż-żmien, waslu f’Listra xi Lhud minn Antjokja u minn Ikonju, li rnexxielhom idawru n-nies għal magħhom.

4 of 38

Qabdu jħaġġru lil Pawlu u kaxkruh ’il barra mill-belt, għax ħasbuh mejjet.

5 of 38

Imma xi dixxipli daru miegħu, u hu qam fuq riġlejh u daħal il-belt.

L-għada telaq ma’ Barnaba u mar Derbi.

6 of 38

Huma xandru l-Evanġelju f’dik il-belt u għamlu ħafna dixxipli. Fi triqthom lura, għaddew minn Listra, Ikonju u Antjokja,

7 of 38

jagħmlu l-qalb lid-dixxipli u jħeġġuhom biex jibqgħu

fil-fidi,

8 of 38

‘għaliex, kif kienu jgħidulhom, jeħtiġilna nbatu ħafna biex nidħlu

fis-Saltna ta’ Alla’.

9 of 38

Għamlulhom ukoll presbiteri f’kull Knisja, u bit-talb u s-sawm ħallewhom f’idejn il-Mulej, li fih kienu emmnu.

10 of 38

Imbagħad għaddew minn Pisidja u ġew fil-Pamfilja. Wara li xandru l-kelma f’Perġe, niżlu Attalija;

11 of 38

minn hemm marru bil-baħar lejn Antjokja, mnejn kienu bagħtuhom

12 of 38

u rrikkmandawhom f’idejn

il-grazzja ta’ Alla

għax-xogħol li temmew.

13 of 38

Meta waslu, laqqgħu

l-membri tal-Knisja u

qagħdu jgħarrfuhom b’dak kollu li Alla għamel magħhom,

14 of 38

u wrewhom kif fetaħ il-bieb tal-fidi għall-pagani.

Hemm qagħdu għal ftit żmien sewwa mad-dixxipli.

15 of 38

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

16 of 38

R:/ Il-ħbieb tiegħek, Mulej, huma s-sebħ

tas-saltna tiegħek

Salm Responsorjali

17 of 38

Kulma għamilt iroddlok ħajr, Mulej;

iberkuk il-ħbieb tiegħek kollha.

18 of 38

Is-sebħ tas-saltna tiegħek ixandru,

fuq is-setgħa tiegħek jitkellmu.

19 of 38

R:/ Il-ħbieb tiegħek, Mulej, huma s-sebħ

tas-saltna tiegħek

20 of 38

Biex jgħarrfu lill-bniedem il-qawwa tiegħek,

u s-sebħ u l-ġmiel tas-saltna tiegħek.

21 of 38

Saltnatek hi saltna

għaż-żminijiet kollha,

minn nisel għal nisel

il-ħakma tiegħek.

22 of 38

R:/ Il-ħbieb tiegħek, Mulej, huma s-sebħ

tas-saltna tiegħek

23 of 38

Tifħir il-Mulej ixandar fommi;

u jbierek kulħadd l-isem qaddis tiegħu

għal dejjem ta’ dejjem!

24 of 38

R:/ Il-ħbieb tiegħek, Mulej, huma s-sebħ

tas-saltna tiegħek

25 of 38

Hallelujah, Hallelujah

26 of 38

Il-Messija jbati u fit-tielet jum iqum mill-imwiet,

u hekk jidħol fil-glorja tiegħu.

27 of 38

Hallelujah, Hallelujah

28 of 38

Qari mill-Evanġelju skont

San Ġwann

Ġw 14, 27-31a

R:/ Glorja lilek Mulej

29 of 38

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu:

30 of 38

“Jiena nħallilkom is-sliem; nagħtikom is-sliem tiegħi; ma nagħtihulkomx kif tagħtih id-dinja.

31 of 38

Tħallux qalbkom titħawwad u anqas titbeżża’. Smajtu x’għedtilkom: ‘Jiena sejjer u nerġa’ niġi għandkom’.

32 of 38

Kieku kontu tħobbuni, kontu tifirħu li sejjer għand il-Missier, għax il-Missier hu akbar minni.

33 of 38

U għedtilkom dan minn issa qabel ma jseħħ, biex meta jseħħ temmnu.

34 of 38

M’iniex se nkellimkom

iżjed fit-tul, għax il-Prinċep tad-dinja ġej.

35 of 38

Kontra tiegħi xejn ma jista’ jagħmel; iżda ħalli

d-dinja tagħraf li jiena nħobb lill-Missier u li nagħmel

kif ordnali l-Missier”.

36 of 38

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

37 of 38

It-Tlieta

tal-Ħames Ġimgħa

tal-Għid

38 of 38