1 of 52

Qari mill-Ktieb tal-

Profeta Eżekjel

Eżek 34, 1-11

2 of 52

Ġietni l-kelma tal-Mulej u qalli:

3 of 52

“O bniedem, ħabbar kontra r-rgħajja ta’ Iżrael. Ħabbar u għidilhom lir-rgħajja: Hekk jgħid Sidi l-Mulej:

4 of 52

Ħażin għalihom ir-rgħajja ta’ Iżrael li jirgħu lilhom infushom! Jaqaw mhux

lin-nagħaġ jirgħu

r-rgħajja?

5 of 52

Intom tixorbu l-ħalib u tilbsu s-suf tagħhom, toqtlu n-nagħaġ imsemmna, u

l-merħla ma tirgħuhiex.

6 of 52

Id-dgħajfa ma saħħaħtuhiex, u l-marida ma fejjaqtuhiex, u

l-midruba ma

dewwejtuhiex,

7 of 52

’l dik li tbiegħdet ma ġibtuhiex lura, lanqas ma fittixtu l-mitlufa. Imma mexxejtuhom b’saħħa u qalb iebsa.

8 of 52

U huma xterdu għax ma kellhomx ragħaj; u saru

l-ikel ta’ kull bhima selvaġġa u xterdu.

9 of 52

Intilfet il-merħla tiegħi fuq kull muntanja u fuq kull għolja; ma’ wiċċ l-art kollha xterdet il-merħla tiegħi,

10 of 52

u ma hemm ħadd min jistaqsi għaliha, ma hemm ħadd min ifittixha. Għalhekk, ja rgħajja, isimgħu l-kelma tal-Mulej.

11 of 52

Daqs kemm jien ħaj, jgħid Sidi l-Mulej, billi l-merħla tiegħi waqgħet priża,

12 of 52

u saret il-merħla tiegħi

l-ikel ta’ kull bhima selvaġġa għax ma kienx hemm ragħaj,

13 of 52

u billi r-rgħajja tiegħi ma fittxewx il-merħla tiegħi, u r-rgħajja qagħdu jirgħu lilhom infushom bla ma jirgħu l-merħla tiegħi,

14 of 52

għalhekk, ja rgħajja, isimgħu l-kelma tal-Mulej. Hekk jgħid Sidi l-Mulej:

15 of 52

Arawni ġej għar-rgħajja, neħdilhom minn taħt idejhom in-nagħaġ tiegħi, u ma nħallihomx jirgħu iżjed il-merħla.

16 of 52

U ma jirgħux iżjed

ir-rgħajja lilhom infushom.

17 of 52

Għax dan jgħid Sidi

l-Mulej: Arawni, hekk jien se nfittex in-nagħaġ tiegħi u nieħu ħsiebhom”.

18 of 52

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

19 of 52

R./ Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni

Salm Responsorjali

20 of 52

Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi,

xejn ma jonqosni;

f’mergħat kollha ħdura jqegħedni.

21 of 52

Ħdejn l-ilma, fejn nistrieħ, jeħodni;

hemm hu jrejjaqni.

22 of 52

R./ Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni

23 of 52

Imexxini fit-triq tas-sewwa

minħabba l-isem tiegħu.

Imqar jekk nimxi f’wied mudlam,

24 of 52

ma nibżax mill-ħsara, għax inti miegħi.

Il-ħatar tiegħek u l-għasluġ tiegħek,

huma jwennsuni.

25 of 52

R./ Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni

26 of 52

Int tħejji mejda għalija

quddiem l-għedewwa tiegħi.

Biż-żejt tidlikli rasi,

u l-kalċi tiegħi tfawwarli.

27 of 52

R./ Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni

28 of 52

Miegħi, iva, jimxu t-tieba u l-ħniena

il-jiem kollha ta’ ħajti.

U ngħammar f’dar il-Mulej

sakemm indum ħaj!

29 of 52

R./ Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni

30 of 52

Hallelujah, Hallelujah

31 of 52

Il-kelma ta’ Alla hi ħajja u qawwija,

u tgħarbel il-ħsibijiet u

l-fehmiet tal-qalb.

32 of 52

Hallelujah, Hallelujah

33 of 52

Qari mill-Evanġelju skont

San Mattew

Mt 20, 1-16a

R:/ Glorja lilek Mulej

34 of 52

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu din

il-parabbola:

35 of 52

“Ara, is-Saltna

tas-Smewwiet tixbah lil wieħed sid li ħareġ filgħodu kmieni ħafna

36 of 52

biex isib nies tax-xogħol u jħaddimhom fl-għalqa tiegħu tad-dwieli. Ftiehem ma’ xi ħaddiema b’dinar kuljum u bagħathom l-għalqa.

37 of 52

Ħareġ ukoll madwar

it-tielet siegħa, ra oħrajn qegħdin fil-pjazza, bla xogħol, u qalilhom:

38 of 52

“Morru intom ukoll

l-għalqa, u nagħtikom li jkun ħaqqkom”. U marru.

39 of 52

Raġa’ ħareġ għal xi s-sitt siegħa u mbagħad għal xi d-disgħa siegħa, u għamel l-istess.

40 of 52

Għall-ħabta tal-ħdax-il siegħa raġa’ ħareġ u sab oħrajn qiegħda, u qalilhom:

41 of 52

“Għaliex qegħdin hawn

il-jum kollu ma tagħmlu xejn?”. Qalulu: “Għax ħadd ma qabbadna”.

42 of 52

Qalilhom: “Morru intom ukoll l-għalqa”. Għal filgħaxija mbagħad sid

l-għalqa qal lill-prokuratur tiegħu:

43 of 52

“Sejjaħ lill-ħaddiema u ħallashom, ibda minn dawk li ġew l-aħħar u spiċċa b’dawk tal-ewwel”.

44 of 52

Ġew dawk li daħlu

għax-xogħol fil-ħdax-il siegħa u ħadu dinar kull wieħed.

45 of 52

Ġew tal-ewwel, u stennew li kienu se jirċievu iktar, iżda huma wkoll ħadu dinar kull wieħed.

46 of 52

Huma u jitħallsu qabdu jgemgmu kontra s-sid u jgħidu:

47 of 52

“Dawn tal-aħħar siegħa waħda għmlu, u int qisthom bħlna li tgħabbejna bil-piż tal-jum u s-sħna!”.

48 of 52

Qabeż is-sid u qal lil wieħed minnhom: “Ħabib, minn xejn ma nqastek jien; mhux b’dinar ftehemt miegħi? Ħu li jmissek u itlaq.

49 of 52

Lil dan tal-aħħar irrid nagħtih daqskemm tajt lilek. Ma nistax nagħmel li rrid bi ħwejġi jien?

50 of 52

Jew qiegħed tgħir għax jien qalbi tajba?”. Hekk

tal-aħħar jiġu l-ewwel, u tal-ewwel jiġu l-aħħar”.

51 of 52

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

52 of 52