1 of 33

Qari mit-Tieni Ktieb

ta’ Samwel

2 Sam 1, 1-4.11-12.19.23-27

2 of 33

F’dak iż-żmien, David raġa’ lura mit-taqtigħa

mal-Għamalekin, u kien ilu jumejn f’Siklag.

3 of 33

Fit-tielet jum ġie raġel

mill-kamp minn ħdejn Sawl bi ħwejġu mċarrta u t-trab fuq rasu.

4 of 33

Kif wasal quddiem David, intafa’ wiċċu fl-art u sellimlu. U David staqsieh:

5 of 33

“Mnejn ġej?”

u dak wieġbu:

“Ħrabt mill-kamp ta’ Iżrael.”

U David qallu:

6 of 33

“X’aħbarijiet għandek minn hemm? Għidli, isa!”

U wieġbu:

7 of 33

“Il-poplu ħarab

mit-taqbida, ħafna

minnhom waqgħu u mietu; u mietu wkoll Sawl u Ġonatan, ibnu.”

8 of 33

David qabad u ċarrat ħwejġu, u hekk għamlu wkoll in-nies li kellu

miegħu.

9 of 33

U bdew inewħu u jibku, u samu sa filgħaxija għal Sawl, u għal ibnu Ġonatan, u

għall-poplu tal-Mulej,

10 of 33

u għad-dar ta’ Iżrael, għax kienu nqerdu bix-xabla.

U qal David:

11 of 33

“Kif intemm ġmielek, Iżrael, fuq l-għoljiet!

Kif waqgħu l-qalbenin!

Sawl u Ġonatan, dħulin u maħbubin,

12 of 33

ma nfirdux la f’ħajjithom, la f’mewthom.

Eħfef mill-ajkli, aqwa

mill-iljuni! Xbejbiet ta’ Iżrael, ibku lil Sawl;

13 of 33

libbiskom bil-kreżmi u

l-brukkat, żejnilkom ilbieskom bid-deheb!

Kif waqgħu l-qalbenin,

waqgħu fil-ġlied!

14 of 33

Ġonatan fuq għoljietek maqtul. Jien imgħolli għalik, Ġonatan ħija,

l-għożża tiegħi u l-għaxqa għalija!

15 of 33

Imħabbtek għalija egħżeż minn imħabbet in-nisa!

Kif waqgħu l-qalbenin;

u ntilef tagħmir

il-gwerra!”

16 of 33

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

17 of 33

R:/ Itfa’ fuqna d-dija ta’ wiċċek, Mulej, u nkunu salvi

Salm Responsorjali

18 of 33

Ragħaj ta’ Iżrael, agħti widen,

int li tmexxi bħal merħla

‘l Ġużeppi.

19 of 33

Int li qiegħed fuq

il-kerubini,

iddi quddiem Efrajm,

20 of 33

Benjamin u Manassi.

Qajjem il-qawwa tiegħek,

u ejja ħa ssalvana.

21 of 33

R:/ Itfa’ fuqna d-dija ta’ wiċċek, Mulej, u nkunu salvi

22 of 33

Mulej, Alla tal-eżerċti,

kemm se ddum tinkorla

minkejja t-talb tal-poplu tiegħek?

23 of 33

Tmajthom il-ħobż magħġun bid-dmugħ,

sqejthom id-dmugħ

bix-xaba’.

24 of 33

Għamilt minna t-tilwim tal-ġirien tagħna,

l-għedewwa tagħna jiddieħku bina.

25 of 33

R:/ Itfa’ fuqna d-dija ta’ wiċċek, Mulej, u nkunu salvi

26 of 33

Hallelujah, Hallelujah

27 of 33

Iftħilna qalbna Mulej

biex nifhmu dak li jgħid Ibnek.

28 of 33

Hallelujah, Hallelujah

29 of 33

Qari mill-Evanġelju skont

San Mark

Mk 3, 20-21

R:/ Glorja lilek Mulej

30 of 33

F’dak iż-żmien, Ġesù mar id-dar, u l-kotra reġgħet inġemgħet, hekk li anqas biss setgħu jieklu.

31 of 33

Qrabatu, malli semgħu, ħarġu biex iżommuh, għax qalu li tilef moħħu.

32 of 33

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

33 of 33