1 of 84

L-Erbgħa

tar-Rmied

u bidu

tar-Randan Imqaddes

2 of 84

Glorja `l Alla fil-għoli

tas-smewwiet, u paċi fl-art

lill-bnedmin ta’ rieda tajba.

3 of 84

Infaħħruk, inberkuk, nadurawk, nagħtuk ġieh. Inroddulek ħajr għall-glorja kbira tiegħek.

4 of 84

Mulej Alla,

Sultan tas-sema,

Alla Missier li tista’ kollox. Mulej Iben waħdieni,

Ġesù Kristu,

5 of 84

Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla,

Bin il-Missier.

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ħenn għalina.

6 of 84

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna. Int li qiegħed fuq il-lemin

tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis,

7 of 84

Int waħdek Mulej,

Int waħdek il-għoli,

Ġesù Kristu,

ma’ l-Ispirtu s-Santu:

fil-glorja tal-Missier Alla. Ammen.

8 of 84

L-Erbgħa

tar-Rmied

u bidu

tar-Randan Imqaddes

9 of 84

Qari I

Ċarrtu qlubkom, u mhux ilbieskom.

Qari mill-Ktieb

tal-Profeta Ġoel. 2, 12-18

10 of 84

Dan jgħid il-Mulej:

«Erġgħu duru lejja

bi qlubkom kollha,

bis-sawm,

bil-biki u bl-ilfiq.

11 of 84

«Ċarrtu qalbkom,

u mhux ilbieskom,

u erġgħu duru

lejn il-Mulej, Alla tagħkom,

12 of 84

«għax hu twajjeb u ħanin,

tqil biex jinkorla,

u kollu tieba;

u jisgħobbih għall-ħażen.»

13 of 84

Min jaf jerġax jibdielu

u jisgħobbih,

u jħalli barka wrajh,

offerta tal-ikel u tax-xorb lill-Mulej, Alla tagħkom?

14 of 84

Doqqu t-tromba f’Sijon!

Ordnaw sawma,

sejħu laqgħa mqaddsa;

15 of 84

iġbru l-poplu,

qaddsu l-ġemgħa

għajtu x-xjuħ, iġbru t-tfal,

u t-trabi tal-ħalib!

16 of 84

Ħa joħroġ l-għarus

minn ġo kamartu

u l-għarusa

mill-kmajra tagħha!

17 of 84

Bejn il-portiku

u bejn l-altar

ħa jibku l-qassisin, qaddejja tal-Mulej!

18 of 84

U ħa jgħidu:

«Ħenn

għall-poplu tiegħek, Mulej,

19 of 84

«u la tħallix

il-wirt tiegħek jaqa’

għaż-żebliħ,

u jiġi fi lsien il-ġnus!»

20 of 84

L-għala

għandu jingħad

fost il-popli:

«Fejn hu Alla tagħhom?»

21 of 84

U l-Mulej ġietu għira għall-art tiegħu,

għader il-poplu tiegħu.

22 of 84

Il-Kelma tal-Mulej.

℟. Irroddu ħajr lil Alla.

23 of 84

Salm Responsorjali

Salm50 (51), 3-4.5-6a.12-13. 14 u 17

℟. Ħenn għalina Mulej,

għaliex dnibna.

24 of 84

Ikollok ħniena minni,

O Alla, fi tjubitek;

fil-kobor tal-ħniena tiegħek ħassar ħtijieti.

25 of 84

Aħsilni kollni

mill-ħtija tiegħi;

naddafni

mid-dnub tiegħi.

26 of 84

℟. Ħenn għalina Mulej,

għaliex dnibna.

27 of 84

Għax jien

nagħrafhom ħtijieti;

id-dnub tiegħi

dejjem quddiemi.

28 of 84

Kontrik biss jiena dnibt,

u dak li hu ħażin f’għajnejk għamilt.

29 of 84

℟. Ħenn għalina Mulej,

għaliex dnibna.

30 of 84

Oħloq fija qalb safja,

O Alla,

u spirtu qawwi

ġedded fija.

31 of 84

La twarrabnix minn quddiemek;

tneħħix minni l-ispirtu qaddis tiegħek.

32 of 84

℟. Ħenn għalina Mulej,

għaliex dnibna.

33 of 84

Roddli l-hena

tas-salvazzjoni tiegħek,

u bi spirtu qalbieni wettaqni.

34 of 84

Iftaħli xufftejja, Sidi,

u fommi jxandar

it-tifħir tiegħek.

35 of 84

℟. Ħenn għalina Mulej,

għaliex dnibna.

36 of 84

Qari II

Ħallu lil Alla jħabbibkom miegħu.

Araw, issa hu ż-żmien tajjeb.�

Qari mit-Tieni Ittra

ta’ San Pawl Appostlu

lill-Korintin. 5, 20 – 6, 2

37 of 84

Ħuti,

Aħna nagħmluha

ta’ ambaxxaturi ta’ Kristu

38 of 84

bħallikieku

Alla stess qiegħed isejjaħ permezz tagħna.

39 of 84

Nitolbu fuq li nitolbu f’ġieħ Kristu:

Ħallu lil Alla

jħabbibkom miegħu.

40 of 84

Dak li ma kienx jaf

x’inhu dnub,

Alla għamlu dnub għalina sabiex aħna nsiru fih ġustizzja ta’ Alla.

41 of 84

Ladarba qegħdin naħdmu flimkien ma’ Alla,

aħna mela nħeġġukom biex ma tirċevux

il-grazzja tiegħu għal xejn.

42 of 84

Għax hu jgħid:

«Fiż-żmien it-tajjeb smajtek,

f’jum is-salvazzjoni għentek.»

43 of 84

Araw,

issa hu ż-żmien tajjeb; araw,

issa hu jum is-salvazzjoni!

44 of 84

Il-Kelma tal-Mulej.

℟. Irroddu ħajr lil Alla.

45 of 84

Glorja u tifħir

lilek Kristu.

℟.Glorja u tifħir

lilek Kristu.

46 of 84

ara Salm 94 (95), 8ab

Illum

la twebbsux qalbkom

iżda isimgħu

leħen il-Mulej!

47 of 84

Glorja u tifħir

lilek Kristu.

℟.Glorja u tifħir

lilek Kristu.

48 of 84

Evanġelju

Missierek, li jara dak li hu fil-moħbi, iroddlok hu.

✠Qari mill-Evanġelju

skont San Mattew. 6, 1-6.16-18

49 of 84

F’dak iż-żmien,

Ġesù qal

lid-dixxipli tiegħu:

50 of 84

«Qisu li l-għemil tajjeb

tagħkom ma tagħmluhx għal wiċċ in-nies

biex tidhru quddiemhom,

51 of 84

«għax inkella

ma jkollkomx ħlas mingħand Missierkom

li hu fis-smewwiet.

52 of 84

«Mela meta tagħmel karità, tmurx iddoqq it-trombi quddiemek,

53 of 84

«kif jagħmlu dawk

ta’ wiċċ b’ieħor

fis-sinagogi u fit-triqat, biex in-nies tfaħħarhom.

54 of 84

«Tassew, ngħidilkom,

li l-ħlas tagħhom

ġa ħaduh.

55 of 84

«Iżda int,

meta tagħmel karità,

idek ix-xellugija m’għandhiex tkun taf x’inhi tagħmel

il-leminija,

56 of 84

«biex hekk il-karità tiegħek issir fil-moħbi,

u Missierek,

li jara dak li hu moħbi, iroddlok hu.

57 of 84

«U meta titolbu,

tkunux bħal dawk

ta’ wiċċ b’ieħor,

58 of 84

«għax dawk iħobbu joqogħdu jitolbu

bilwieqfa fis-sinagogi

u f’salib it-toroq,

59 of 84

«biex jidhru

quddiem in-nies.

60 of 84

«Tassew, ngħidilkom,

li l-ħlas tagħhom

ġa ħaduh.

61 of 84

«Iżda int, meta titlob,

idħol fil-kamra tiegħek

ta’ ġewwa,

62 of 84

«agħlaq il-bieb warajk,

u itlob lil Missierek

li hu fil-moħbi;

63 of 84

«u Missierek,

li jara dak li hu fil-moħbi, iroddlok hu.

64 of 84

«Meta ssumu,

tqarrsux wiċċkom,

bħalma jagħmlu

dawk ta’ wiċċ b’ieħor,

65 of 84

«għax dawn

ikerrhu wiċċhom

biex quddiem in-nies jidhru li huma sajmin.

66 of 84

«Tassew, ngħidilkom,

li l-ħlas tagħhom

ġa ħaduh.

67 of 84

«Iżda int,

meta tkun sajjem,

idlek xagħrek

u aħsel wiċċek,

68 of 84

«biex mhux

quddiem in-nies

tidher li tkun sajjem, imma quddiem Missierek li hu

fil-moħbi;

69 of 84

«u Missierek,

li jara dak li hu fil-moħbi, iroddlok hu.»

70 of 84

Il-Kelma tal-Mulej.

℟. Tifħir lilek Kristu.

71 of 84

L-Erbgħa

tar-Rmied

u bidu

tar-Randan Imqaddes

72 of 84

Jiena nemmen f’Alla wieħed,

il-Missier li jista’ kollox,

li ħalaq is-sema u

l-art, dak kollu li jidher

u dak li ma jidhirx.

73 of 84

U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,

imnissel mill-Missier

qabel kull żmien.

74 of 84

Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier

u bih sar kollox.

75 of 84

Niżel mis-smewwiet għalina

l-bnedmin u għall-fidwa

tagħna.

76 of 84

U ħa l-ġisem

bis-setgħa tal-Ispirtu

s-Santu minn Marija Verġni

u sar bniedem.

77 of 84

Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh,

u fit-tielet jum qam

minn bejn l-imwiet, skont

78 of 84

il-Kotba mqaddsa,

u tela’ s-sema, u qieghed fuq

il-lemin tal-Missier.

79 of 84

U għandu jerġa jiġi

bil-glorja biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin, u

s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem.

80 of 84

U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej mill-Missier u mill-Iben:

81 of 84

li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u

mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.

82 of 84

U fi Knisja waħda,

qaddisa, kattolika,appostolika.

Nistqarr magħmudija waħda

għall-maħfra tad-dnubiet.

83 of 84

U nistenna l-qawma

mill-imwiet, u l-ħajja

taż-żmien li ġej.

Ammen.

84 of 84

L-Erbgħa

tar-Rmied

u bidu

tar-Randan Imqaddes