1 of 28

Is-Sitt Qari

Imxi lejn id-dija

tad-dawl tal-Mulej.

2 of 28

Qari mill-Ktieb tal-

Profeta Baruk

Bar 3, 9-15.32 – 4,4

3 of 28

Isma, Iżrael,

il-kmandamenti tal-ħajja, agħtu widen, tgħallmu

l-għerf!

4 of 28

Għala, Iżrael, għala tinsab f’art l-għedewwa tiegħek? Għala qiegħed tixjieħ f’art barranija?

5 of 28

Għala int imniġġes

mal-mejtin, magħdud fost dawk li jinżlu f’Qiegħ l-Art? Int twarrabt mill-għajn

tal-għerf.

6 of 28

Li kieku mxejt fit-triq ta’ Alla, kont tkun tgħix

fis-sliem għal dejjem! Tgħallem fejn hemm

l-għaqal,

7 of 28

fejn hemm il-qawwa, fejn hemm id-dehen,

biex f’ħin wieħed tagħraf fejn hemm it-tul

tal-għomor u t-tul tal-ħajja,

8 of 28

fejn hemm id-dawl

għall-għajnejn u s-sliem.

Imma min kixef fejn jinsab l-għerf? U min daħal

fl-imħażen tiegħu?

9 of 28

Imma Dak li jaf kollox jaf fejn hu l-għerf, għax sabu bid-dehen tiegħu.

10 of 28

Dak li ħejja l-art għal dejjem, li mlieha

bil-bhejjem li jimxu fl-art;

11 of 28

hu, li jibgħat id-dawl, u dan imur; isejjaħlu, u jisma’ minnu mriegħed; jiddu l-kwiekeb għassiesa f’posthom,

12 of 28

kollhom ferħana; hu jsejħilhom, u huma jwieġbu: “Hawn aħna;”

jiddu ferħana għal dak li għamilhom.

13 of 28

Dan hu Alla tagħna: ħadd ma joqgħod ħdejh! Hu sab it-triq kollha tal-għerf, u tah lil Ġakobb, il-qaddej tiegħu, u lil Iżrael, il-maħbub tiegħu.

14 of 28

Imbagħad dan l-għerf deher fid-dinja u għammar fost

il-bnedmin. Hu ktieb

il-kmandamenti ta’ Alla, hu l-Liġi li tibqa’ għal dejjem;

15 of 28

kull min iħarsu jgħix, dawk li jħalluh imutu.

Erġa’ lura, Ġakobb, u ilqa’ l-għerf,

16 of 28

imxi lejn id-dija ta’dawlu; titlaqx il-glorja tiegħek lil ħaddieħor, lanqas ġieħek lil ġens barrani.

17 of 28

Hienja aħna, Iżrael,

għax dak li jogħġob lil Alla kien mgħarraf lilna.

18 of 28

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

19 of 28

R:/ Mulej, inti għandek

il-kliem tal-ħajja

ta’ dejjem

Salm Responsorjali

20 of 28

Il-liġi tal-Mulej perfetta,

u tagħti l-ħajja;

ix-xhieda tal-Mulej hi sewwa,

u tgħallem lil min ma jafx.

21 of 28

R:/ Mulej, inti għandek

il-kliem tal-ħajja

ta’ dejjem

22 of 28

Il-preċetti tal-Mulej dritti,

u jferrħu l-qalb;

il-kmandament tal-Mulej safi,

u jdawwal l-għajnejn.

23 of 28

R:/ Mulej, inti għandek

il-kliem tal-ħajja

ta’ dejjem

24 of 28

Il-biża’ tal-Mulej sinċier,

u jibqa’ għal dejjem;

il-ġudizzji tal-Mulej sewwa,

u mseddqa għal kollox.

25 of 28

R:/ Mulej, inti għandek

il-kliem tal-ħajja

ta’ dejjem

26 of 28

Egħżeż mid-deheb,

mid-deheb l-aktar fin,

oħla mill-għasel u mill-qtar tax-xehda.

27 of 28

R:/ Mulej, inti għandek

il-kliem tal-ħajja

ta’ dejjem

28 of 28

Is-Sitt Qari

Imxi lejn id-dija

tad-dawl tal-Mulej.