Sena A
It-Tielet Ħadd
tar-Randan
Glorja `l Alla fil-għoli
tas-smewwiet, u paċi fl-art
lill-bnedmin ta’ rieda tajba.
Infaħħruk, inberkuk, nadurawk, nagħtuk ġieh. Inroddulek ħajr għall-glorja kbira tiegħek.
Mulej Alla,
Sultan tas-sema,
Alla Missier li tista’ kollox. Mulej Iben waħdieni,
Ġesù Kristu,
Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla,
Bin il-Missier.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ħenn għalina.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna. Int li qiegħed fuq il-lemin
tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis,
Int waħdek Mulej,
Int waħdek il-għoli,
Ġesù Kristu,
ma’ l-Ispirtu s-Santu:
fil-glorja tal-Missier Alla. Ammen.
Sena A
It-Tielet Ħadd
tar-Randan
Qari I
Agħtina ilma x’xnixorbu.
Qari mill-Ktieb
tal-Eżodu. 17, 3-7
F’dak iż-żmien,
il-poplu qabdu l-għatx,
u gemgem kontra Mosè
u qal:
«Għalfejn
tellajtna hawn
mill-Eġittu
«biex toqtol lilna,
lil uliedna
u lill-bhejjem tagħna
bil-għatx?»
Mosè għajjat
quddiem il-Mulej
u qal:
«X’se nagħmel
lil dan il-poplu?
Ftit ieħor u jħaġġruni.»
Il-Mulej qal lil Mosè: «Għaddi
minn quddiem il-poplu,
u ħu miegħek
xi wħud mix-xjuħ ta’ Iżrael.
«Ħu f’idejk il-ħatar
li bih kont drabt
ix-xmara tan-Nil, u mur.
«Arani,
jien noqgħod hemm
quddiemek,
fuq il-blat f’Ħoreb;
«u int aħbat il-blat
u toħroġ minnu l-ilma,
u jixrob il-poplu.»
U Mosè
għamel hekk
quddiem
ix-xjuħ ta’ Iżrael.
U l-post semmewh
Massa u Meriba,
għax hemm
tlewmu wlied Iżrael
u ġarrbu lill-Mulej
meta qalu:
«Il-Mulej fostna jew le?»
Il-Kelma tal-Mulej.
℟. Irroddu ħajr lil Alla.
Salm Responsorjali
Salm94 (95), 1-2.6-7.8-9
℟. Illum jekk tisimgħu
leħen il-Mulej,
la twebbsux qalbkom.
Ejjew,
ħa nfaħħru bl-hena
lill-Mulej,
ħa ngħajtu bil-ferħ
lill-blata
tas-salvazzjoni tagħna!
Nersqu quddiemu
b’għana ta’ radd il-ħajr,
ngħannulu
b’għajat ta’ ferħ.
℟. Illum jekk tisimgħu
leħen il-Mulej,
la twebbsux qalbkom.
Ejjew inqimuh
u ninxteħtu quddiemu,
għarkubbtejna quddiem
il-Mulej li ħalaqna!
Għaliex hu Alla tagħna,
u aħna l-poplu
tal-mergħa tiegħu
u n-nagħaġ tiegħu.
℟. Illum jekk tisimgħu
leħen il-Mulej,
la twebbsux qalbkom.
Mhux li kontu llum tisimgħu leħnu!
«La twebbsux qalbkom bħal f’Meriba,
bħal dakinhar
f’Massa, fid-deżert,
«meta
ġarrbuni u ttantawni missirijietkom,
għalkemm raw
dak li jien għamilt.»
℟. Illum jekk tisimgħu
leħen il-Mulej,
la twebbsux qalbkom.
Qari II
L-Imħabba ssawbet fina permezz tal-Ispirtu mogħti lilna.
Qari mill-Ittra
ta’ San Pawl Appostlu
lir-Rumani. 5, 1-2.58
Ħuti,
issa li aħna
ġġustifikati bil-fidi,
għandna s-sliem
ma’ Alla
permezz ta’
Sidna Ġesù Kristu;
permezz tiegħu
għandna d-dħul bil-fidi
għal din il-grazzja
li fiha qegħdin.
Aħna niftaħru
bit-tama li għandna
li għad niksbu
l-glorja ta’ Alla.
U din it-tama
ma tqarraqx bina,
għax l-imħabba ta’ Alla
ssawbet fi qlubna
permezz
tal-Ispirtu s-Santu
li kien mogħti lilna.
Mela,
meta aħna konna
bla saħħa,
Kristu,
meta wasal iż-żmien,
miet għall-ħżiena.
Bilkemm
wieħed imut
għal wieħed tajjeb,
għad li wieħed
għandu mnejn
jagħmel il-qalb u jmut għal wieħed ġeneruż.
Iżda Alla
wriena l-imħabba tiegħu meta Kristu miet għalina, aħna li konna għadna midinbin.
Il-Kelma tal-Mulej.
℟. Irroddu ħajr lil Alla.
Glorja u tifħir
lilek Kristu.
Ara Ġw 4, 42.15
Mulej, inti tassew
is-Salvatur tad-dinja:
agħtini l-ilma tal-ħajja,
biex ma jaqbadnix l-għatx.
Glorja u tifħir
lilek Kristu.
Evanġelju
Għajn ta’ ilma li jnixxi sal-ħajja ta’ dejjem.
✠ Qari mill-Evanġelju
skont San Ġwann. 4, 5-42
F’dak iż-żmien,
Ġesù ġie
f’belt tas-Samarija,
jisimha Sikar,
qrib il-biċċa art li Ġakobb kien ta lil ibnu Ġużeppi, fejn kien hemm ukoll
il-bir ta’ Ġakobb.
Kien għall-ħabta
tas-sitt siegħa, u Ġesù,
għajjien kif kien mill-mixi,
qagħad bilqiegħda
ħdejn il-bir.
U ġiet mara
mis-Samarija timla l-ilma. Ġesù qalilha:
«Agħtini nixrob.»
Id-dixxipli tiegħu
kienu marru l-belt
jixtru x’jieklu.
Il-mara mis-Samarija qaltlu:
«Kif! Inti Lhudi
u titlob lili, Samaritana, biex nagħtik tixrob?»
Qaltlu hekk
għax il-Lhud ma jitħalltux mas-Samaritani.
Ġesù weġibha:
«Kieku kont taf
id-don ta’ Alla
«u min hu dak li
qiegħed jgħidlek:
“Agħtini nixrob,”
«kieku int kont titolbu,
u hu kien jagħtik
ilma ħaj.»;
Qaltlu l-mara:
«Sinjur, mnejn se ġġib
l-ilma ħaj
«jekk anqas biex timla
ma għandek
u l-bir huwa fond?
«Jaqaw int aqwa minn missierna Ġakobb
li tana dan il-bir,
«li minnu xorob hu
u wliedu
u l-imrieħel tiegħu?»
Weġibha Ġesù:
«Kull min jixrob
minn dan l-ilma
jerġa’ jagħtih l-għatx;
«imma min jixrob
mill-ilma li nagħtih
jien qatt iżjed
ma jkun bil-għatx.
«L-ilma li nagħtih jien
isir fih għajn tal-ilma
li jwassal
sal-ħajja ta’ dejjem.»
Qaltlu l-mara:
«Agħtini dan l-ilma,
Sinjur,
biex ma jaqbadnix l-għatx,
«u anqas ma noqgħod
ġejja u sejra hawn
nimla l-ilma.»
Qalilha Ġesù:
«Mur sejjaħ lil żewġek
u erġa’ ejja hawn.»
Weġbitu l-mara:
«Ma għandix żewġi.»
Qalilha Ġesù:
«Sewwa għedt:
“Ma għandix żewġi.”
«Inti żżewwiġt
ħames darbiet,
u r-raġel
li għandek miegħek bħalissa m’huwiex żewġek.
Sewwa weġibt!»
Qaltlu l-mara:
«Int profeta, Sinjur,
milli qiegħda nara.
«Missirijietna
kienu jaduraw lil Alla
fuq din il-muntanja;
«imma intom tgħidu li
l-post fejn wieħed
għandu jadura lil Alla jinsab f’Ġerusalemm.»
Qalilha Ġesù:
«Emminni, mara,
jiġi żmien meta
mhux fuq din il-muntanja taduraw lill-Missier,
anqas f’Ġerusalemm.
«Intom taduraw
lil dak li ma tafux;
aħna naduraw
lil dak li nafu,
għax is-salvazzjoni
ġejja mil-Lhud.
«Imma tiġi siegħa,
anzi issa hi,
meta dawk li
tassew jaduraw
«jibdew jaduraw
lill-Missier
fl-ispirtu u fil-verità.
«Għax il-Missier ukoll,
nies bħal dawn
ifittex li jadurawh.
«Alla huwa spirtu,
u dawk li jadurawh għandhom jadurawh
fl-ispirtu u fil-verità.»
Qaltlu l-mara:
«Jiena naf li ġej il-Messija
– dak li jgħidulu Kristu.
«Meta jiġi hu,
kollox iħabbrilna.»
Qalilha Ġesù:
«Jiena hu, li qiegħed nitkellem miegħek.»
Fil-ħin
ġew id-dixxipli tiegħu,
u stagħġbu jarawh jitkellem ma’ mara;
iżda ħadd minnhom
ma staqsieh:
«Xi trid?» jew:
«Għax qiegħed
titkellem magħha?»
Il-mara ħalliet il-ġarra hemmhekk,
reġgħet daħlet il-belt
u qalet lin-nies:
«Ejjew araw bniedem
li qalli kull ma għamilt.
Tgħid, dan il-Messija?»
U n-nies ħarġu mill-belt
u ġew ħdejh.
Sadattant id-dixxipli
bdew jitolbuh u jgħidulu: «Rabbi, kul!»
Iżda hu qalilhom:
«Jien għandi ikel x’niekol
li intom ma tafux bih.»
Id-dixxipli għalhekk
bdew jistaqsu lil xulxin:
«Jaqaw ġie xi ħadd
u ġieblu x’jiekol?»
Qalilhom Ġesù:
«L-ikel tiegħi hu
li nagħmel ir-rieda
ta’ min bagħatni
u li nwassal fit-tmiem
l-opra tiegħu.
«Intom ma tgħidux
li baqa’ erba’ xhur oħra
għall-ħsad?
«Imma
araw x’ngħidilkom jien:
erfgħu għajnejkom
u ħarsu ftit kif l-għelieqi
bjadu għall-ħsad!
«Ġa l-ħassad
qiegħed jieħu ħlasu
u jiġbor il-frott
għall-ħajja ta’ dejjem,
«biex min jiżra’
jifraħ hu wkoll
bħal min jaħsad.
«F’dan taraw
kemm sewwa jingħad
li wieħed jiżra’
u l-ieħor jaħsad.
«Jiena
bgħattkom taħsdu
dak li ma tħabattux
għalih intom;
«kienu oħrajn li tħabtu,
u intom dħaltu flokhom
biex tgawdu l-frott
tat-taħbit tagħhom.»
Kien hemm
ħafna Samaritani
minn dik il-belt
li emmnu f’Ġesù
fuq ix-xhieda
li tathom dik il-mara
meta qaltilhom:
«Qalli kull ma għamilt,»
tant,
li meta s-Samaritani
ġew ħdejh,
bdew jitolbuh
biex jibqa’ magħhom,
u hu
qagħad hemm jumejn.
Imbagħad
ħafna oħrajn emmnu minħabba kliemu,
u lill-mara qalulha:
«Issa
mhux għax għedtilna int qegħdin nemmnu,
imma għax aħna wkoll
smajnieh,
«u sirna nafu
li dan tassew
hu s-salvatur tad-dinja.»
Il-Kelma tal-Mulej.
℟. Tifħir lilek Kristu.
Sena A
It-Tielet Ħadd
tar-Randan
Jiena nemmen f’Alla wieħed,
il-Missier li jista’ kollox,
li ħalaq is-sema u
l-art, dak kollu li jidher
u dak li ma jidhirx.
U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,
imnissel mill-Missier
qabel kull żmien.
Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier
u bih sar kollox.
Niżel mis-smewwiet għalina
l-bnedmin u għall-fidwa
tagħna.
U ħa l-ġisem
bis-setgħa tal-Ispirtu
s-Santu minn Marija Verġni
u sar bniedem.
Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh,
u fit-tielet jum qam
minn bejn l-imwiet, skont
il-Kotba mqaddsa,
u tela’ s-sema, u qieghed fuq
il-lemin tal-Missier.
U għandu jerġa jiġi
bil-glorja biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin, u
s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem.
U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej mill-Missier u mill-Iben:
li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u
mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.
U fi Knisja waħda,
qaddisa, kattolika,appostolika.
Nistqarr magħmudija waħda
għall-maħfra tad-dnubiet.
U nistenna l-qawma
mill-imwiet, u l-ħajja
taż-żmien li ġej.
Ammen.
Sena A
It-Tielet Ħadd
tar-Randan