1 of 57

Qari mill-Ewwel Ktieb

tas-Slaten

1 Slaten 18, 20-39

2 of 57

F’dak iż-żmien, is-sultan Aħab bagħat messaġġiera ma’ Iżrael kollu, u ġabar

il-profeti fuq il-Karmel.

3 of 57

Elija resaq lejn il-poplu kollu, u qalilhom:

4 of 57

“Kemm se ddumu titlajjaw minn naħa għal oħra? Jekk il-Mulej hu Alla, morru warajh; inkella morru wara Bagħal, jekk inhu hu”.

5 of 57

Il-poplu ma għarafx iwieġeb.

Elija qal lill-poplu:

6 of 57

“Mill-profeti tal-Mulej bqajt jiena waħdi; u

l-profeti ta’ Bagħal ilaħħqu mal-erba’ mija u ħamsin wieħed.

7 of 57

Agħtuna żewg gniedes; ħallu ’l dawn jagħżlu gendus għalihom u jqattgħuh bċejjeċ,

8 of 57

u jqegħduh fuq il-ħatab bla ma jkebbsu n-nar. U jiena nhejji l-gendus l-ieħor u nqiegħdu fuq il-ħatab bla ma nkebbes in-nar.

9 of 57

Intom sejħu l-alla tagħkom, u jiena nsejjaħ isem il-Mulej. Dak l-alla li jwieġeb permezz tan-nar, dan ikun hu Alla”.

10 of 57

“Sewwa!”,

wieġeb il-poplu kollu.

Imbagħad Elija qal

lill-profeti ta’ Bagħal:

11 of 57

“Agħżlu l-gendus, u ibdew intom, għaliex intom

l-iktar fil-għadd. Intom sejħu isem l-allat tagħkom bla ma tqabbdu n-nar”.

12 of 57

Huma ħadu l-gendus li tawhom, ħejjewh, u bdew mis-sbiħ sa nofsinhar isejħu isem Bagħal u jgħajtu:

“Bagħal, weġibna!”

13 of 57

Iżda ebda kelma ma kien hemm, u ebda tweġiba; u baqgħu jaqbżu quddiem

l-altar li kienu għamlu.

14 of 57

F’nofsinhar Elija beda jiddieħak bihom u jgħidilhom:

15 of 57

“Għajtu b’leħen ogħla, għax tassew hu alla: għandu mnejn jinsab imħasseb, jew imħabbat, jew imsiefer;

16 of 57

inkella rieqed, ħa jistenbaħ”.

17 of 57

U bdew jgħajtu b’leħen ogħla, u jqattgħu ġisimhom, skont id-drawwa tagħhom, bi sjuf u skieken, sa ma beda jċarċar id-demm fuqhom.

18 of 57

Għadda nofsinhar, u baqgħu mitlufa sa ma wasal il-ħin tal-offerta tal-vittma, iżda ma kien hemm ebda kelma, ebda tweġiba, ebda widen.

19 of 57

Elija qal lill-poplu kollu:

“Ersqu lejja!”

U l-poplu kollu resaq lejh.

20 of 57

U hu raġa’ waqqaf l-altar tal-Mulej li kien iġġarraf. Elija ħa tnax-il ġebla, skont l-għadd tat-tribujiet ta’ wlied Ġakobb,

21 of 57

li lilul-Mulej kien qallu: ‘Iżrael ikun ismek’. U b’dan

il-ġebel bena altar għal isem il-Mulej,

22 of 57

ħaffer madwaru gandott jesa’ daqs żewġ sigħan żerriegħa, qiegħed sewwa l-ħatab, qatta’ l-gendus, u qiegħdu fuq

il-ħatab. Imbagħad qalilhom:

23 of 57

“Imlew erba’ ġarar ilma, u ferrgħuhom fuq il-vittma u fuq il-ħatab”.

“Erġgħu għat-tieni darba”,

24 of 57

qalilhom; u reġgħu

għat-tieni darba.

“Erġgħu għat-tielet darba”,

raġa’ qalilhom;

25 of 57

u reġgħu għat-tielet darba. L-ilma tferrex madwar

l-altar, u l-gandott ta’ madwaru mtela bl-ilma.

26 of 57

Fil-ħin li joffru

s-sagrifiċċju, il-profeta

Elija ħareġ fin-nofs u għajjat:

27 of 57

“Mulej, Alla ta’ Abraham, ta’ Iżakk u ta’ Iżrael, uri llum li inti Alla fost Iżrael,

u li jiena l-qaddej tiegħek,

28 of 57

u li dan kollu għamiltu għall-kelma tiegħek. Weġibni, Mulej, weġibni, ħalli jkun jaf dan il-poplu li int, Mulej,

29 of 57

int Alla, u li int dawwartilhom qalbhom lura!”.

30 of 57

U niżel nar mingħand

il-Mulej, u ħaraq il-vittma,

u l-ħatab, u l-ġebel, u t-trab, sa ma xorob l-ilma

fil-gandott.

31 of 57

U dan rah il-poplu kollu, u nxteħtu wiċċhom fl-art jistqarru:

32 of 57

“Jahweh, Alla hu! Jahweh, Alla hu!”.

33 of 57

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

34 of 57

R:/ Ħarisni, o Alla, għax fik jien nistkenn

Salm Responsorjali

35 of 57

Ħarisni, o Alla, għax fik jien nistkenn.

Jien għedt lill-Mulej: “Int Sidi, m’għandix ġid ieħor ħliefek”.

36 of 57

R:/ Ħarisni, o Alla, għax fik jien nistkenn

37 of 57

L-hemm tagħhom ikattru

dawk li jaħtru allat oħra.

38 of 57

Lil dawn ma nsawwabx

id-demm b’sagrifiċċju,

anqas isimhom ma nsemmi b’xufftejja.

39 of 57

R:/ Ħarisni, o Alla, għax fik jien nistkenn

40 of 57

Mulej, inti s-sehem tal-wirt u r-risq tiegħi,

inti żżomm f’idejk xortija.

41 of 57

Inżomm il-Mulej dejjem quddiemi,

għax bih f’leminti qatt ma nitħarrek.

42 of 57

R:/ Ħarisni, o Alla, għax fik jien nistkenn

43 of 57

Int tgħallimni t-triq

tal-ħajja;

hemm il-milja tal-ferħ quddiemek,

44 of 57

hemm l-għaxqa għal dejjem f’lemintek.

45 of 57

R:/ Ħarisni, o Alla, għax fik jien nistkenn

46 of 57

Hallelujah, Hallelujah

47 of 57

Il-mogħdijiet tiegħek għallimni, Mulej;

mexxini fis-sewwa tiegħek u għallimni.

48 of 57

Hallelujah, Hallelujah

49 of 57

Qari mill-Evanġelju skont

San Mattew

Mt 5, 17-19

R:/ Glorja lilek Mulej

50 of 57

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu:

51 of 57

“Xejn taħsbu li ġejt inwaqqa’ l-Liġi jew

il-Profeti; jiena ma ġejtx biex inwaqqagħhom,

52 of 57

iżda biex inwassalhom

għall-milja tagħhom.

Tassew ngħidilkom,

53 of 57

li sa ma jkunu għaddew

is-sema u l-art anqas

l-iżgħar ittra jew tikka waħda mil-Liġi ma titneħħa sa ma jkun seħħ kollox.

54 of 57

Jekk mela xi ħadd iġib

fix-xejn wieħed mill-iżgħar minn dawn il-kmandamenti u jgħallem lin-nies biex jagħmlu l-istess, dan

55 of 57

jissejjaħ l-iżgħar fis-Saltna tas-Smewwiet. Imma min iħarishom u jgħallimhom, dan kbir jissejjaħ fis-Saltna tas-Smewwiet”.

56 of 57

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

57 of 57