1 of 35

Qari mill-Ittra ta’

San Pawl Appostlu

lill-Efesin

Efes 3, 14-21

2 of 35

Ħuti, jiena ninżel għarkubbtejja quddiem

il-Missier li minnu tieħu isimha kull familja fis-sema u fl-art,

3 of 35

biex skont l-għana tal-glorja tiegħu, jagħtikom li

bil-qawwa tiegħu permezz tal-Ispirtu tiegħu, tissaħħu fil-bniedem ta’ ġewwa,

4 of 35

u li Kristu jgħammar f’qalbkom permezz tal-fidi, biex tniżżlu l-għeruq tagħkom fl-imħabba u fuqha tibnu ħajjitkom.

5 of 35

B’hekk tkunu tistgħu tifhmu, flimkien mal-qaddisin kollha, x’inhu l-wisa’ u t-tul, l-għoli u l-fond tal-imħabba ta’ Kristu;

6 of 35

tagħrfu kemm din

l-imħabba ta’ Kristu tisboq kull għerf, biex timtlew

bil-milja kollha ta’ Alla.

7 of 35

Lil dak Alla li, bis-setgħa tiegħu li taħdem fina, għandu l-qawwa li jagħmel kollox bil-wisq iżjed milli aħna nistgħu nitolbu jew naħsbu,

8 of 35

lilu l-glorja fil-Knisja u permezz ta’ Kristu Ġesù, għal kemm itulu

ż-żminijiet, għal dejjem

ta’ dejjem. Ammen.

9 of 35

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

10 of 35

R:/ Bit-tieba tal-Mulej mimlija l-art

Salm Responsorjali

11 of 35

Għannu, ġusti, �bil-ferħ lill-Mulej;

jixirqilhom ifaħħruh

in-nies sewwa.

12 of 35

Faħħru l-Mulej �bid-daqq taċ-ċetra;

għannulu fuq l-arpa �b’għaxar kordi.

13 of 35

R:/ Bit-tieba tal-Mulej mimlija l-art

14 of 35

Għax sewwa hi l-kelma

tal-Mulej,

kollox bil-fedeltà huwa għamel.

15 of 35

Hu jħobb id-dritt u

s-sewwa;

bit-tjieba tal-Mulej mimlija l-art.

16 of 35

R:/ Bit-tieba tal-Mulej mimlija l-art

17 of 35

Il-fehma tal-Mulej tibqa’ għal dejjem,

minn żmien għal żmien

il-ħsibijiet ta’ moħħu.

18 of 35

Hieni l-ġens li l-Mulej hu Alla tiegħu,

il-poplu li hu għażel

b’wirtu.

19 of 35

R:/ Bit-tieba tal-Mulej mimlija l-art

20 of 35

Ara, għajnejn il-Mulej fuq dawk li jibżgħu minnu,

fuq dawk li jittamaw

fit-tjieba tiegħu,

21 of 35

Biex jeħilsilhom

mill-mewt ħajjithom,

u jaħjihom fi żmien

il-ġuħ.

22 of 35

R:/ Bit-tieba tal-Mulej mimlija l-art

23 of 35

Hallelujah, Hallelujah

24 of 35

Jiena ngħodd kollox bħala telf u knis,

biex nirbaħ lil Kristu,

u nkun ninsab fih.

25 of 35

Hallelujah, Hallelujah

26 of 35

Qari mill-Evanġelju skont

San Luqa

Lq 12, 49-53

R:/ Glorja lilek Mulej

27 of 35

F’dak iż-żmien, Ġesù qal

lid-dixxipli tiegħu:

28 of 35

“Nar ġejt inqiegħed fuq

l-art, u kemm nixtieq

li diġà qabad!

29 of 35

Iżda hemm magħmudija

li biha għandi nitgħammed, u x’diqa għandi sa ma dan iseħħ!

30 of 35

Taħsbu intom li jien ġejt inġib il-paċi fid-dinja?

31 of 35

Le, ngħidilkom, imma

l-firda; għax mil-lum

’il quddiem ħamsa minn nies f’dar waħda jkunu mifruda bejniethom,

32 of 35

tlieta kontra tnejn u tnejn kontra tlieta; jinfirdu

l-missier kontra l-iben u

l-iben kontra l-missier,

33 of 35

l-omm kontra l-bint u

l-bint kontra l-omm, omm ir-raġel kontra mart binha u mart l-iben kontra omm żewġha.”

34 of 35

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

35 of 35