1 of 34

Jkollha iben, u inti ssemmih Ġesù

2 of 34

Qari mill-Ktieb

Tal-Profeta Ġeremija

Ġer 23, 5-8

3 of 34

“Araw, għad jasal żmien

– oraklu tal-Mulej –

meta nqajjem lil David rimja ġusta, li jsaltan ta’ sultan, u jmexxi bil-għaqal

4 of 34

u jagħmel is-sewwa u

l-ħaqq fil-pajjiż.

Fi żmienu Ġuda jkun salv,

u Iżrael jgħammar

fiż-żgur.

5 of 34

U dan hu l-isem li jsejħulu:

Il-Mulej is-Sewwa tagħna.

Għalhekk: Arawhom, ġejjin jiem – oraklu tal-Mulej

6 of 34

meta ma jgħidux iżjed: ‘Daqs kemm hu ħaj

il-Mulej, li tella’ ’l ulied Iżrael mill-art tal-Eġittu!’, imma:

7 of 34

‘Daqs kemm hu ħaj

il-Mulej, li tella’ u ħareġ in-nisel ta’ dar Iżrael

mill-art tat-Tramuntana,

8 of 34

u mill-artijiet kollha li fihom xerridhom!’

Imbagħad jistgħu jgħammru f’arthom”.

9 of 34

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

10 of 34

R./ Tħaddar f’jiemu

l-ġustizzja u s-sliem

Salm Responsorjali

11 of 34

O Alla, agħti lis-sultan

il-ħaqq tiegħek,

il-ġustizzja tiegħek lil bin is-sultan,

12 of 34

biex jiġġudika l-poplu tiegħek bil-ġustizzja,

u bil-ħaqq l-imsejknin tiegħek.

13 of 34

R./ Tħaddar f’jiemu

l-ġustizzja u s-sliem

14 of 34

Għax hu jeħles lill-fqir li jsejjaħlu,

u lill-imsejken li m’għandux min jgħinu.

15 of 34

Iħenn għad-dgħajjef u għall-fqajjar;

il-ħajja tal-fqajrin isalva.

16 of 34

R./ Tħaddar f’jiemu

l-ġustizzja u s-sliem

17 of 34

Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael,

li waħdu jagħmel ħwejjeġ tal-għaġeb.

18 of 34

Imbierek għal dejjem ismu msebbaħ;

timtela l-art kollha b’sebħu! Ammen! Ammen!

19 of 34

R./ Tħaddar f’jiemu

l-ġustizzja u s-sliem

20 of 34

Hallelujah, Hallelujah

21 of 34

O Mexxej tad-dar ta’ Iżrael,

li tajt il-liġi lil Mosè fuq

is-Sinaj,

ejja ifdina bil-qawwa ta’ driegħek.

22 of 34

Hallelujah, Hallelujah

23 of 34

Qari mill-Evanġelju skont

San Mattew

Mt 1, 18-24

R:/ Glorja lilek Mulej

24 of 34

It-tnissil ta’ Ġesù l-Messija sar hekk:

25 of 34

ommu Marija, wara li tgħarrset ma’ Ġużeppi, qabel ma marru joqogħdu flimkien, saret omm

bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu.

26 of 34

Żewġha Ġużeppi, li kien raġel ġust u ma riedx ixandarha quddiem kulħadd, għamel il-ħsieb li jibgħatha bil-moħbi tan-nies.

27 of 34

Meta kien għadu qiegħed jaħsibha, deherlu anġlu

tal-Mulej fil-ħolm u qallu:

28 of 34

“Ġużeppi, bin David, xejn la tibża’ tieħu għandek lil martek Marija, għax dak li tnissel fiha ġej mill-Ispirtu s-Santu.

29 of 34

Hi se jkollha iben, u inti ssemmih Ġesù, għax hu jsalva l-poplu tiegħu minn dnubiethom”.

30 of 34

Dan kollu ġara biex iseħħ dak li kien qal il-Mulej

permezz tal-profeta, meta qal:

31 of 34

“Ara, ix-xebba tnissel u jkollha iben, u jsemmuh Għimmanu-El”, li bi lsienna jfisser “Alla magħna”.

32 of 34

Ġużeppi, meta qam, għamel kif ordnalu

l-anġlu tal-Mulej, u ħa lil martu għandu.

33 of 34

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

34 of 34