Qari mill-Ittra ta’
San Ġakbu Appostlu
Ġak 5, 9-12
Tgergrux kontra xulxin, ħuti, biex ma tkunux iġġudikati: araw, l-Imħallef qiegħed hawn, quddiem
il-bieb!
Bħala eżempju tat-tbatija u s-sabar, ħuti, ħudu l-profeti li tkellmu f’isem il-Mulej. Dawk li żammew sħiħ
sal-aħħar, araw,
aħna nqisuhom bħala hienja. Smajtu bis-sabar ta’ Ġob, u tafu kif bl-għajnuna tal-Mulej hu għalaq jiem ħajtu;
għax il-Mulej jafjagħder, u hu ħanin bil-bosta.
Imma fuq kollox, ħuti, la taħilfux, u la bis-sema u la bl-art,
u tieħdu ebda ġurament ieħor; iżda ħallu l-“iva” tagħkom ikun iva, u l-“le” tagħkom ikun le, biex hekk ma tkunux ikkundannati.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
R:/ Ħanin u twajjeb
il-Mulej
Salm Responsorjali
Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej!
B’qalbi kollha nbierek
l-isem qaddis tiegħu.
Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej,
u la tinsiex il-ġid kollu li għamel miegħek.
R:/ Ħanin u twajjeb
il-Mulej
Hu li jaħfer dnubietek kollha;
ifejjaq il-mard tiegħek kollu;
jifdi lil ħajtek mill-qabar;
iħaddnek bit-tieba u
l-ħniena.
R:/ Ħanin u twajjeb
il-Mulej
Ħanin u twajjeb il-Mulej,
idum ma jagħdab u kollu mogħdrija.
Ma joqgħodx jitlewwem magħna,
u anqas jinkorla għal dejjem.
R:/ Ħanin u twajjeb
il-Mulej
Daqskemm huma
s-smewwiet ‘il fuq mill-art,
hekk hi kbira tjubitu ma’ min jibża’ minnu;
daqs kemm hu mbiegħed
il-Lvant mill-Punent,
hekk hu jbiegħed minna ħtijietna.
R:/ Ħanin u twajjeb
il-Mulej
Hallelujah, Hallelujah
Il-kelma tiegħek hi l-verità;
qaddisna permezz
tal-verità.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont
San Mark
Mk 10, 1-12
R:/ Glorja lilek Mulej
F’dak iż-żmien, Ġesù telaq minn Kafarnahum u mar
fl-art tal-Lhudija u ’l hemm mill-Ġordan, u n-nies
mill-ġdid inġabret madwaru;
u hu, kif kienet id-drawwa tiegħu, raġa’ qabad
jgħallimhom.
Resqu xi Fariżej lejh, u biex iġarrbuh staqsewh jekk raġel jistax jitlaq lil martu.
Weġibhom u qal:
“X’ordnalkom Mosè?”
Qalulu:
“Mosè ta l-permess li wieħed jagħmel il-kitba
tad-divorzju, u jibgħatha.”
Imbagħad weġibhom Ġesù:
“Minħabba l-ebusija ta’ qalbkom kitbilkom dan
l-ordni. Iżda sa mill-bidu tal-ħolqien Alla għamilhom
raġel u mara.
Għalhekk mela raġel iħalli lil missieru u ’l ommu
u jingħaqad ma’ martu, u
t-tnejn isiru ġisem wieħed.
Għalhekk mhumiex iżjed tnejn, imma ġisem wieħed. Mela dak li għaqqad Alla
ma għandux jifirdu
l-bniedem.”
Xħin daħlu d-dar id-dixxipli reġgħu staqsewh fuq dan, u hu qalilhom:
“Min jitlaq lil martu u jiżżewweġ oħra jkun ħati ta’ adulterju kontra l-ewwel waħda;
u jekk mara titlaq lil żewġha u tiżżewweġ ieħor tkun ħatja ta’ adulterju.”
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu