Qari mit-Tieni Ittra ta’ �San Pawl Appostlu �lit-Tessalonkin�2, Tess 2, 1-3a.13-17
Ħuti, għal dak li għandu x’jaqsam mal-miġja
ta’ Sidna Ġesù Kristu u
l-ġemgħa tagħna biex ningħaqdu miegħu,
nitolbukom biex ma toqogħdux tħawdu
raskom malajr u tinħasdu bħallikieku l-miġja ta’ jum
il-Mulej qorbot,
u la jekk tkunu mnebbħin
mill-ispirtu u lanqas jekk tisimgħu xi kelma jew taqraw xi ittra taparsi
mingħandna.
Tħallux ’il min iqarraq bikom, b’ebda mod!
Aħna għandna niżżu ħajr dejjem ’l Alla minħabba fikom, ħuti maħbubin
mill-Mulej,
għaliex Alla għażilkom biex tkunu l-ewwel frott
tal-fidwa bil-qdusija
tal-Ispirtu s-Santu u l-fidi fil-verità.
Għal dan Alla sejjħilkom
permezz tal-Evanġelju tagħna, biex ikollkom
sehem fil- glorja ta’ Ġesù Kristu.
Mela, ħuti, żommu
ruħkom wieqfa u sħaħ
fit-tradizzjonijiet li intom tgħallimtu sew bil-kelma sew bl-ittra tagħna.
Sidna Ġesù Kristu stess u
Alla Missierna, li ħabbna
u tana l-kuraġġ ta’ dejjem
u t-tama sħiħa bil-grazzja,
jqawwilkom qalbkom u jsaħħaħkom f’kull għemil u kelma tajba.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
R./ Mulej, int tgħarbilni u tagħrafni
Salm Responsorjali
Mulej, int tgħarbilni
u tagħrafni; int taf
meta noqgħod u meta nqum, int tagħraf
mill-bogħod ħsibijieti.
Int tagħraf il-mixi u
l-waqfien tiegħi;
triqati kollha inti tafhom sewwa.
R./ Mulej, int tgħarbilni u tagħrafni
Inkun għadni anqas lissint
il-kelma, meta int, Mulej,
tkun ġa tafha kollha.
Dawramejt inti tħaddanni,
u tqegħedli idek fuqi.
L-għerf tiegħek
tal-għaġeb,
ma nwassalx għalih;
għoli wisq,
u ma nlaħħaqx miegħu.
R./ Mulej, int tgħarbilni u tagħrafni
Hallelujah, Hallelujah
Il-kelma ta’ Alla hi ħajja
u qawwija, tgħarbel
il-ħsibijiet u l-fehmiet
tal-qalb.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont
San Mattew� Mt 23, 23-26
Glorja lilek Mulej
F’dak iż-żmien, Ġesù waqt li kien qed jitkellem qal:
“Ħażin għalikom, intom
il-kittieba u l-Fariżej,
uċuħ b’oħra!
Intom tħallsu d-dieċmi
fuq in-nagħniegħ u
l-busbies u l-kemmun,
u mbagħad tagħlqu għajnejkom għal dak li
hu l-aqwa fil-Liġi, jiġifieri,
il-ġustizzja u l-ħniena
u s-sinċerità!
Dawn kien imisskom tagħmlu, bla ma tħallu
l-oħrajn barra, ja mexxejja għomja,
li ma tħallux nemusa tgħaddi mill-passatur, biex mbagħad tibilgħu ġemel!
Ħażin għalikom, intom
il-kittieba u l-Fariżej,
uċuħ b’oħra!
Intom tnaddfu t-tazza u
l-platt minn barra, waqt li minn ġewwa jkunu mimlija bi frott is-serq u r-regħba!
Fariżew agħma, it-tazza
l-ewwel naddafha minn ġewwa, biex imbagħad
tkun nadifa minn barra wkoll!”
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu