1 of 43

Qari mill-Ktieb tal-

Profeta Isaija

Is 38, 1-6.21-22.7-8

2 of 43

F’dak iż-żmien Ħeżekija marad għall-mewt.

U ġie għandu l-profeta Isaija bin Amos u qallu:

3 of 43

“Dan jgħid il-Mulej:

‘Aħseb għal darek għax se

tmut u ma tgħixx.’”

4 of 43

U Ħeżekija dawwar wiċċu lejn il-ħajt, u beda jitlob

lill-Mulej u jgħid:

5 of 43

“Ftakar, Mulej, nitolbok kif jien imxejt quddiemek, b’fedelta’ u qalb sħiħa u għamilt it-tajjeb f’għajnejk.”

6 of 43

U beka Ħeżekija biki kbir.

Imbagħad il-kelma

tal-Mulej ġiet fuq Iżaija u qallu:

7 of 43

“Mur u għid lil Ħeżekija:

‘Dan jgħid il-Mulej, Alla ta’ David missierek:

Jien smajt it-talba tiegħek, rajt id-dmugħ tiegħek.

8 of 43

Arani, issa se ntawwal għomrok bi ħmistax-il sena oħra, u neħilsek minn

id is-sultan tal-Assirja,

9 of 43

lilek u ’l din il-belt, u nħares ’il din il-belt.’ ”

U Iżaija qal:

10 of 43

“Ħa jieħdu ċappa tin u

jogħrku l-ġerħa biha u jfiq.”

U Ħeżekija qal lil Iżaija:

11 of 43

“Liema hu s-sinjal li se nitla’ f’dar il-Mulej?”

Iżaija wieġeb:

12 of 43

“U dan ikun is-sinjal

mill-Mulej, li l-Mulej jagħmel dan:

13 of 43

Arani, jiena rraġġa’ lura d-dell għaxar tarġiet li

x-xemx diġa niżżlet

mat-taraġ ta’ Aħaż”

14 of 43

U x-xemx reġgħet lura għaxar tarġiet mit-taraġ li kienet telgħet.

15 of 43

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

16 of 43

R:/ Mulej, int salvajtli

’l ħajti mill-ħofra

tal-qerda

Salm Responsorjali

17 of 43

Jiena għedt:

“F’nofs ħajti jkolli nitlaq;

għall-bqija ta’ snini jżommuni fi bwieb

Art l-Imwiet.”

18 of 43

R:/ Mulej, int salvajtli

’l ħajti mill-ħofra

tal-qerda

19 of 43

Jien għedt:

“Miniex se nara l-Mulej

f’art il-ħajjin;”

20 of 43

ma nara b’għajnejja

lil ħadd iżjed

minn fost dawk

li jgħammru fid-dinja.

21 of 43

R:/ Mulej, int salvajtli

’l ħajti mill-ħofra

tal-qerda

22 of 43

Tneħħietli l-għamara

tiegħi u ġiet imwarrba minni, bħal għarix

ta’ ragħaj.

23 of 43

“Int kebbibt ’il ħajti

bħan-nissieġ,

min-newl int qtajtni.

24 of 43

R:/ Mulej, int salvajtli

’l ħajti mill-ħofra

tal-qerda

25 of 43

Mulej, qalbi tgħix għalik,

aħjili ’l ruħi,

fejjaqni u agħtini saħħti.”

26 of 43

R:/ Mulej, int salvajtli

’l ħajti mill-ħofra

tal-qerda

27 of 43

R:/ Hallelujah. Hallelujah

28 of 43

In-nagħaġ tiegħi jisimgħu leħni, jgħid il-Mulej;

u jiena nagħrafhom,

u huma jimxu warajja.

29 of 43

R:/ Hallelujah. Hallelujah

30 of 43

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew

Mt 12, 1-8

R:/ Glorja lilek Mulej

31 of 43

Darba waħda, is-Sibt, Ġesù kien għaddej minn għalqa miżrugħa. Issa lid-dixxipli tiegħu ħadhom il-ġuħ;

32 of 43

u bdew jaqtgħu s-sbul u jikluh. Imma rawhom

il-Fariżej, u qalulu:

33 of 43

“Ara, id-dixxipli tiegħek jagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta’ Sibt.”

34 of 43

U hu qalilhom:

35 of 43

“Ma qrajtux x’għamel David meta kien bil-ġuħ,

hu u dawk li kienu miegħu?

36 of 43

Ma qrajtux kif daħal fid-dar ta’ Alla u kiel il-ħobż

tal-preżenza ta’ quddiem

il-Mulej,

37 of 43

li la hu u lanqas dawk li kienu miegħu ma kienu jistgħu jieklu minnu, imma

l-qassisin biss?

38 of 43

Jew ma qrajtux fil-Liġi li nhar ta’ Sibt il-qassisin

fit-tempju jiksru s-Sibt bla ma jonqsu?

39 of 43

Ngħidilkom li hawnhekk

hawn min hu aqwa

mit-tempju.

40 of 43

Li kieku kontu tafu xi jfissru l-kelmiet, ‘Ħniena rrid, u mhux sagrifiċċju’, ma kontux tikkundannaw lil min hu bla ħtija.

41 of 43

Għax Bin il-bniedem huwa

Sid is-Sibt.”

42 of 43

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

43 of 43