1 of 37

Qari mill-Ktieb tal-

Profeta Isaija

Is 10,5-7.13-16

2 of 37

Dan jgħid il-Mulej:

3 of 37

Gwaj għall-Assirja, il-ħatar ta’ għadbi u l-għasluġ

fil-qilla tiegħi!

Għall-poplu midgħi jien nibagħtu,

4 of 37

u kontra l-ġens

tad-dagħdigħa tiegħi jien

nordnalu, li jħarbtu bla ħniena, jaħtaflu l-priża,

5 of 37

u jgħaffeġ fuqu bħat-tajn tal-art. Imma hu ma jifhimhiex hekk, u f’qalbu ma jidhirlux hekk:

6 of 37

għax f’qalbu għandu li jħarbat, u jeqred ġnus fuq ġnus. Għax hu qal:

7 of 37

‘Bis-saħħa ta’ idejja għamilt dan; u bl-għaqal tiegħi, għax moħħi jilħaqli, neħħejt il-fruntieri

tal-popli,

8 of 37

u ħtaftilhom ġidhom, u bħall-ġorf niżżilt lis-slaten. U idi, bħallikieku sabet bejta, ħatfet ġid il-popli.

9 of 37

Bħalma jiġbru l-bajd mitluq, jien ġbart l-art

kollha, bla ma ħadd ħarrek ġwenħajh, jew fetaħ munqaru u pespes.’

10 of 37

Forsi qatt ftaħret

il-mannara kontra min iqaċċat biha?

Forsi l-munxar qatt qam għal min jaħdem bih?

11 of 37

Bħallikieku l-ħatar jista’ jħarrek lil min jerfgħu, jew l-għasluġ lil dak li mhux xi biċċa għuda!

12 of 37

Għalhekk għad jibgħat

is-Sid, il-Mulej tal-eżerċti,

l-għelubija f’simnitu,

u f’ġewwenih iqabbadlu

l-ħruq, il-ħruq tan-nar.

13 of 37

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

14 of 37

R./ Il-Mulej ma jitlaqx

il-poplu tiegħu

Salm Responsorjali

15 of 37

Huma jkasbru, Mulej,

lill-poplu tiegħek,

u jgħakksu

lill-poplu ta’ wirtek.

16 of 37

Joqtlu l-armla u l-barrani,

u l-mewt jagħtu

lill-iltiema.

17 of 37

R./ Il-Mulej ma jitlaqx

il-poplu tiegħu

18 of 37

U jgħidu:

“Ma jarax il-Mulej; ma jintebaħx Alla ta’Ġakobb.”

19 of 37

Ifhmuha, intom nies boloh fost il-poplu!

Nies bla moħħ, meta se tintebħu?

20 of 37

R./ Il-Mulej ma jitlaqx

il-poplu tiegħu

21 of 37

Forsi min għamel

il-widnejn ma jismax?

Jew min sawwar

l-għajnejn ma jarax?

22 of 37

Taħsbu li min iwiddeb

lill-ġnus ma jrażżanx?

Jew m’għandux għerf

min jgħallem

lill-bniedem?

23 of 37

R./ Il-Mulej ma jitlaqx

il-poplu tiegħu

24 of 37

Għax il-Mulej ma jitlaqx

il-poplu tiegħu,

ma jħallix il-poplu,

il-wirt tiegħu.

25 of 37

Għax il-ħaqq jerġa’ jsir

bil-ġustizzja,

u fuqu jimxu dawk kollha ta’ qalb safja.

26 of 37

R./ Il-Mulej ma jitlaqx

il-poplu tiegħu

27 of 37

R:/ Hallelujah. Hallelujah

28 of 37

Infaħħrek, Missier,

Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ

tas-Saltna wrejthom

liċ-ċkejknin.

29 of 37

R:/ Hallelujah. Hallelujah

30 of 37

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew

Mt 11, 25-27

R:/ Glorja lilek Mulej

31 of 37

F’dak iż-żmien, Ġesù qabad u qal:

32 of 37

“Infaħħrek, Missier, Sid

is-sema u l-art,

33 of 37

għax inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu

l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin.

34 of 37

Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok. Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf lill-Iben jekk mhux il-Missier,

35 of 37

kif ħadd ma jagħraf

lill-Missier jekk

mhux l-Iben u dak li lilu

l-Iben irid jgħarrafhulu.”

36 of 37

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

37 of 37