GĦID IL-ĦAMSIN
Solennità –
Quddiesa tal-Vġili – Sena A
Miġja tal-Ispirtu s-Santu
Glorja `l Alla fil-għoli
tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.
Infaħħruk,
inberkuk,
nadurawk,
nagħtuk ġieh.
Inroddulek ħajr
għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan
tas-sema,
Alla Missier li tista’ kollox.
Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,
Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ħenn għalina.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.
Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis, Int waħdek Mulej,
Int waħdek il-għoli,
Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu
s-Santu:
fil-glorja tal-Missier Alla.
Ammen.
GĦID IL-ĦAMSIN
Solennità –
Quddiesa tal-Vġili
Miġja tal-Ispirtu s-Santu
Qari mill-Ktieb�tal-Eżodu�Eż 19, 3-8a.16-20b�
F’dak iż-żmien, Mosè tala’ ħdejn Alla, u l-Mulej sejjaħlu mill-muntanja u qallu:
“Dan għid lil dar Ġakobb
u għarraf lil ulied Iżrael: ‘Rajtu intom x’għamilt
lill-Eġizzjani,
u kif lilkom ġarrejtkom fuq il-ġwienaħ tal-ajkli u ressaqtkom lejja. Issa, jekk tisimgħu leħni u żżommu l-patt tiegħi,
intom tkunu l-wirt tiegħi minn fost il-popli kollha, għax l-art kollha tiegħi.
Intom tkunu għalija saltna ta’ qassisin u ġens qaddis’. Dan hu l-kliem li tgħid lil ulied Iżrael”.
Imbagħad Mosè mar isejjaħ
lix-xjuħ tal-poplu, u qegħdilhom quddiemhom dan il-kliem kollu li ordnalu l-Mulej.
U l-poplu kollu wieġeb b’leħen wieħed u qalu:
“Kulma qal il-Mulej aħna nagħmluh”.
Fit-tielet jum mas-sebħ kien hemm ragħad u beraq,
u sħab oħxon għatta
l-muntanja.
Instama’ wkoll iż-żarżir qawwi tat-tromba, u triegħed il-poplu kollu
fil-kamp.
Mosè ħareġ il-poplu
mill-kamp biex jiltaqgħu
ma’ Alla; u waqfu f’riġlejn
il-muntanja.
Il-muntanja tas-Sinaj bdiet iddaħħan kollha kemm hi,
għax niżel fuqha l-Mulej fin-nar.
Id-duħħan beda tiela’ ’l fuq bħad-duħħan ta’ forn, u
l-muntanja kienet titheżżeż kollha.
Kulma jmur id-daqq
tat-tromba kien dejjem jitqawwa. Imbagħad tkellem Mosè, u Alla wieġbu b’ragħda.
U niżel il-Mulej fuq
il-quċċata tal-muntanja
tas-Sinaj, u l-Mulej sejjaħ lil Mosè biex jitla’ fuq
il-quċċata tal-muntanja.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
R:/ It-tjieba tal-Mulej ma’ dawk li għandhom il-biża’ tiegħu
Salm Responsorjali
Bierek, ruħ tiegħi,
il-Mulej!
B’qalbi kollha nbierek
l-isem qaddis tiegħu.
Bierek, ruħ tiegħi,
il-Mulej,
u la tinsiex il-ġid kollu li għamel miegħek.
R:/ It-tjieba tal-Mulej ma’ dawk li għandhom il-biża’ tiegħu
Hu li jaħfer dnubietek kollha;
ifejjaq il-mard tiegħek kollu;
jifdi lil ħajtek mill-qabar;
iħaddnek bit-tjieba u
l-ħniena.
R:/ It-tjieba tal-Mulej ma’ dawk li għandhom il-biża’ tiegħu
Il-Mulej jagħmel is-sewwa,
u l-ħaqq mal-maħqurin kollha.
Hu għarraf lil Mosè l-ħsieb tiegħu,
l-għemejjel tiegħu lil ulied Iżrael.
R:/ It-tjieba tal-Mulej ma’ dawk li għandhom il-biża’ tiegħu
Imma t-tjieba tal-Mulej minn dejjem għal dejjem
ma’ dawk li għandhom
il-biża’ tiegħu,
u s-sewwa tiegħu ma’ wlied uliedhom;
ma’ dawk li jħarsu l-patt tiegħu, u jiftakru fil-preċetti tiegħu u jħarsuhom.
R:/ It-tjieba tal-Mulej ma’ dawk li għandhom il-biża’ tiegħu
Qari mill-Ittra ta’�San Pawl Appostlu �lir-Rumani
Rum 8, 22-27
Ħuti, aħna nafu li l-ħolqien kollu għadu s’issa jitniehed bl-uġigħ tal-ħlas;
u mhux hu biss, imma wkoll aħna li għandna l-ewwel frott tal-Ispirtu,
aħna wkoll nitniehdu fina nfusna waqt li nistennew
l-adozzjoni ta’ wlied,
il-fidwa ta’ ġisimna.
Aħna salvi bit-tama.
Meta wieħed jara l-ħwejjeġ li jkun ittama, ma tkunx aktar tama; għax kif jista’ wieħed jittama l-ħwejjeġ li ġa jkun ra?
Imma dak li qegħdin nittamaw, jekk m’aħniex narawh, qed nistennewh
bis-sabar.
Hekk ukoll l-Ispirtu,
min-naħa tiegħu, jgħinna
fin-nuqqas ta’ ħila tagħna.
Għax aħna anqas biss nafu nitolbu kif imiss, imma
l-Ispirtu stess jidħol għalina bit-talb tiegħu bi tnehid li ma jistax jitfisser bil-kliem;
u Alla, li l-ħarsa tiegħu tinfed il-qlub, jaf x’inhi
x-xewqa tal-Ispirtu; bit-talb tiegħu jidħol għall-qaddisin skont ma jrid Alla.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
Hallelujah, Hallelujah
Ejja, Spirtu s-Santu, imla
l-qlub tal-fidili tiegħek
u kebbes fihom in-nar ta’ mħabbtek.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont
San Ġwann
Ġw 7, 37-39
R:/ Glorja lilek Mulej
Fl-aħħar jum tal-festa,
il-jum l-aktar solenni, Ġesù qam jgħid b’leħen għoli:
“Min jieħdu l-għatx, jiġi għandi u jixrob. Kif tgħid l-Iskrittura, min jemmen fija, minnu joħorġu xmajjar ta’ ilma ħaj”.
Dan qalu għall-Ispirtu li kellhom jirċievu dawk li jemmnu fih,
għax l-Ispirtu kien għad ma ngħatalhomx, billi Ġesù kien għadu ma ġiex igglorifikat.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu
GĦID IL-ĦAMSIN
Solennità –
Quddiesa tal-Vġili
Miġja tal-Ispirtu s-Santu
Jiena nemmen f’Alla wieħed, il-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u
l-art, dak kollu li jidher u dak li ma jidhirx.
U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,
imnissel mill-Missier
qabel kull żmien.
Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier u bih sar kollox.
Niżel mis-smewwiet għalina
l-bnedmin u għall-fidwa
tagħna. U ħa l-ġisem
bis-setgħa tal-Ispirtu
s-Santu minn Marija Verġni
u sar bniedem. Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh, u
fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet, skont
il-Kotba mqaddsa,
u tela’ s-sema, u qieghed fuq
il-lemin tal-Missier.
U għandu jerġa jiġi
bil-glorja biex jagħmel ħaqq
mill-ħajjin u mill-mejtin, u s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem. U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej mill-Missier u mill-Iben:
li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u
mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.
U fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika, appostolika.
Nistqarr magħmudija waħda
għall-maħfra tad-dnubiet.
U nistenna l-qawma
mill-imwiet, u l-ħajja
taż-żmien li ġej. Ammen.